Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 27 SPORTSillum Olanda ......................4 Kosta Rika .................3 (wara l-għoti tal-penalties) MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT M'HEMMX dubju li l-kowċ Olandiż kien l-iktar persuna kuntenta wara li l-Olanda għelbu lill-Kosta Rika wara l-għoti tal-penalties bl- iskor ta' 4-3. Dan hekk kif fil-120 minuta huwa bidel lill-gowlkiper Cillessen mal-gowlkiper ta' riserva Krul li rnexxielu jsalva żewġ penalties tal-Kosta Rika. Fl-ewwel taqsima u f 'ħinijiet twal fit-tieni taqsima ma stajna ninnutaw l-ebda azzjoni denja ta' nota. Fid-79 minuta l-Kosta Rika kellhom jaffetwaw sostituzzjoni sfurzata hekk kif weġġa' għalihom il-plejer Gamboa u minfloku daħal jilgħab Myrie. Fl-84 minuta Van Persie ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ mill-gowlkiper tal-Kosta Rika meqjus minn bosta bħala wieħed mill-aqwa gowlkipers f 'din it-Tazza tad-Dinja, Navas. U t-Tulipani kellhom ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor fil-ħin miżjud hekk kif tentattiv mill-viċin tas-solitu Van Persie ġie mblukkat minn fuq il-linja fatali minn Tejeda biex il-logħba sad-90 minuta ntemmet f 'parità ta' mingħajr gowls u għalhekk il- logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Fil-117-il minuta kienu l-Kosta Rika li kienu għoddhom marru fil-vantaġġ iżda xutt ta' Urena ġie mblukkat bi bravura mill- gowlkiper Olandiż Cillessen b'siequ. L-Olanda rrispondew permezz ta' Sneijder minuta mit-tmiem tal-ħin barrani li iżda kien ferm sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda. B'hekk il-logħba kellha tmur għall-għoti tal-penalties fejn mill-11-il metru għall- Olanda rnexxielhom isibu x-xibka Van Persie, Robben, Sneijder u Kuyt waqt li għall- Kosta Rika skorjaw Borges, Gonzales u Bolanos. Olanda - Cillessen (Krul 120'), Vlaar, De Vrij, Martins Indi (Huntelaar 105'), Blind, Van Persie, Sneijder, Robben, Kuyt, Wijnaldum, Memphis (Lens 76') Kosta Rika - Navas, Acosta, Gonzalez, Umana, Borges, Umana, Borges, Bolanos, Campbell (Urena 66'), Ruiz, Diaz, Gamboa (Myrie 79'), Tejeda (Cubero 97') Referí - Ravshan Irmatov (UZB)(OLA) TIM KRUL Twieled fit-3 t'April 1988 fl-Olanda Kien l-eroj għall-Olanda meta salva żewġ penalties deċisivi Jilgħab ma' Newscastle United fl-Ingilterra Lagħab sitt logħbiet mal-Olanda Iddebutta mat-tim nazzjonali Olandiż fil-konfront kontra l-Brażil fl-4 ta' Ġunju 2011 Olanda ......................4 Kosta Rika 3 nota. Fid-79 minuta l-Kosta Rika kellhom jaffetwaw logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Gonzales u Bolanos. Kosta Rika - Navas, Acosta, Gonzalez, Umana, Borges, L-Olanda s-semi nali wara l-għoti tal-penalties

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014