Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
26 illum Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Arġentina ................. 1 Belġju ...................... 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT GOWL kmieni fil-logħba ta' Higuain li jilgħab ma' Napoli fl-Italja, eżattament wara biss tmien minuti logħob tefa' lill-Arġentina fis-semifinali. L-Arġentina ma kellhomx ħajja faċli biex eliminaw lill-Belġju – bla dubju u kif mistenni t-tim rivelazzjoni flimkien mal-Kolumbja u l-Kosta Rika f 'din it-Tazza tad- Dinja. M'hemmx dubju li l-Belġjani għalkemm eliminati ħarġu b'rashom mgħollija minn din it- Tazza tad-Dinja. Il-gowl għall-Arġentina wasal wara li Angel Di Maria, li kellu jiġi mibdul wara li weġġa', għadda tajjeb lejn Gonzalo Higuain li dar malajr u għeleb lil Courtois permezz ta' xutt b'saħħtu li ma ta l-ebda ċans lil dan il-gowlkiper meqjus minn ħafna bħala wieħed mill- aqwa f 'din it-Tazza tad- Dinja. Fid-90 minuta l-Arġentina setgħu rduppajw l-iskor permezz tal-fenomenu Lionel Messi iżda Courtois ħareġ u interċetta tajjeb biex impedixxa lill-attakkant prolifiku ta' Barcelona milli jsib ix-xibka għall-ħames darba f 'din l-edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Il-Belġjani rrispondew ftit wara u ħolqu l-iktar okkażjoni perikoluża fil- logħba min-naħa tagħhom permezz ta' Axel Witsel li ra x-xutt tiegħu mid-distanza jgħaddi għoli mil-lasti difiżi minn Romero. Arġentina - Romero, Garay, Zabaleta, Biglia, Di Maria (Perez 33'), Higuain (Gago 81'), Messi, Mascherano, Demichelis, Lavezzi (Palacio 71'), Basanta Belġju - Courtois, Alderweireld, Kompany, Verthongen, Witsel, De Bruyne, Fellaini, Hazard (Chadli 75'), Mirallas (Mertens 60'), Van Buyten, Origi (Lukaku 59') Referì - Nicola Rizzoli (ITA) GONZALO HIGUAIN Twieled fl-10 ta' Diċembru 1987 fl-Arġentina Kien l-aqwa plejer fil-grawnd Irnexxielu jsib ix-xibka għat-tim tiegħu wara biss tmin minuti logħob Fil-preżent jilgħab ma' Napoli fl-Italja waqt li fil-passat lagħab ma' River Plate fl-Arġentina u Real Madrid fi Spanja Gowl kmieni ta' Higuain jitfa' lill-Arġentina s-seminali

