Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
32 illum Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Keith Galea jkompli jiddomina t-triathlon IĊCHAMPION ta' Malta tat-triathlon u tad-duathlon Keith Galea, qed ikompli jiddomina x-xena lokali tat-triathlon. Grazzi għar- riżultati li ġab, Galea ġie magħżul għal-Logħob tal-Commonwealth mill- Kumitat Olimpiku Malti li se jsiru fl-aħħar tax-xahar ġewwa l-Iskozja. Fit-8 ta' Ġunju, Galea ħa sehem fl- ewwel tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series. Dan is-series Galea rebħu sitt darbiet. Sfortunatament Galea kellu virus, ta' gastro interitis ġimagħtejn qabel it-tellieqa u allura ma kienx fl-aqwa forma li xtaq imma xorta waħda l-għan tiegħu kien li jkompli jirbaħ. It-tellieqa kienet fuq distanza sprint li kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 750m, 20km rota u 5km ġirja. It-tellieqa saret ġewwa Birżebbuġa, post differenti mis-soltu. Fl- għawma tela' l-ewwel f 'ħin tajjeb ta' 10 minuti. Fir-rota kompla żied il-vantaġġ tiegħu fuq l-eqreb rivali tiegħu u għamel l-20km rota f 'ħin ta' 32.27. Qabel il-ġirja Galea kellu vantaġġ ta' kważi 30 sekonda. Kien fil-ġirja fejn Galea bena vantaġġ kbir fejn għamel il-5km ġirja f 'ħin ta' 17.50 biex rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 1.02.25 b'vantaġġ ta' minuta u 30 sekonda fuq it- tieni atleta u żewġ minuti fuq it-tielet atleta. Fid–29 ta' Ġunju, Galea ħa sehem f 'aquathlon organizzata mill-klabb ta' St Patrick ġewwa Marsaxlokk. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 2.5km, għawma ta' kilometru u ġirja oħra ta' 2.5km. Galea mar mal-ewwel fuq quddiem fejn daħal l-ewwel fl-ewwel ġirja b'10 sekondi biss vantaġġ. Kien fl-għawma li Galea fetaħ vantaġġ kbir, fejn kien fi klassi għalih u fl-aħħar ġirja kompla żied il-vantaġġ tiegħu fejn rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 34.07 b'vantaġġ ta' minuta u 30 sekonda fuq it-tieni atleta u kważi żewġ minuti fuq it-tielet atleta. Is-suċċessi ta' Galea mhux qed iseħħu biss lokalment iżda anki barra minn Malta. Nhar it-22 ta' Ġunju, iċ-champion ta' Malta kien fuq l-istarting line tal-Kampjonati Ewropej li saru ġewwa Kitzbuhel, l-Awstrija. Il-livell kien vera għoli fejn ħadu sehem l-aqwa atleti Ewropej. Ir-rotta tar-rota kienet waħda vera diffikultuża kollha tlajja u teknika wkoll. Fl-għawma Galea kellu prestazzjoni tajba tant li tela' mal-grupp ewlieni. Fuq ir-rota Galea saq vera b'saħħtu fejn żamm mal- ewwel pożizzjonijiet u fil-ġirja Galea kellu ġirja eċċellenti fejn irkupra xi pożizzjonijiet u spiċċa s-seba' fil-kategorija tiegħu u fil-ħmistax-il post mill-Ewropa kollha. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal Galea jinsab vera kuntent bil-prestazzjonijiet tiegħu speċjalment dik ġewwa l-Awstrija għax mar tajjeb qalb l-aqwa atleti tal-Ewropa. Galea jixtieq jirringrazzja lill- kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-ġenituri u lill-ġenituri tal-mara, lill- isponsors tiegħu Garmin Malta, Jaycee Malta, BBB Bike Parts Malta, Challenge Malta Marathon, u l-iStarbene Shop tal-Mosta, lill-klabb Birkirkara St Joseph, lil Malta Triathlon Federation u lill-Kumitat Olimpiku Malti tal-appoġġ li jtuh u fl-aħħar nett lill-mara tiegħu Elizabeth tal-paċenzja, l-appoġġ u l-kuraġġ li ttih. Bħalissa Keith Galea jinsab fl-aħħar fażijiet tat-taħriġ tiegħu għal-Logħob tal- Commonwealth. It-triathlon se ssir nhar l-24 ta' Lulju ġewwa Stratchclyde Park ġewwa Glasgow fl-Iskozja. Keith Galea -azzjoni waqt il-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon li saru - Awstrija Imwaqqfa l-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi NHAR l-20 ta' Ġunju ġewwa l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi ġiet imwaqqfa l-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi. Din l-għaqda hi l-frott ta' tliet għaqdiet sportivi li bdew dan il- proġett ta' kollaborazzjoni bejniethom. It-tliet għaqdiet involuti f 'din l-Assoċjazzoni huma l-klabb tal-futbol tas- Swieqi United, il-klabb tar-rugby Swieqi Overseas u l-klabb tal-handball Swieqi Phoenix. Għat-tnedija ta' din l-għaqda kien hemm is-sindku tal-lokalità tas- Swieqi, is-Sur Noel Muscat, Dr Justin Fenech f 'isem is- Swieqi United FC, Dr Chris Cachia u s-Sur Orlando Bonnici f 'isem is-Swieqi Overseas u Swieqi Phoenix rispettivament. L-iskop tal-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi hi l-promozzjoni ta' sports u attivitajiet fiżiċi ġewwa l-lokalitajiet tas-Swieqi, l-Ibraġġ u l-Madliena kif ukoll ta' kollaborazzjoni aktar wiesgħa tal-għaqdiet li jirrappreżentaw sportivament dawn il-lokalitajiet. Is-sindku tas-Swieqi, is-Sur Noel Muscat, saħaq li din l-għaqda se tgħin fit-tisħiħ tal-identità lokali tar-residenti tas- Swieqi, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam l-isports u l-arti. Hu awgura lit-tliet timijiet kull suċċess fl- isports tagħhom u faħħar din l-inizjattiva. It-tliet Presidenti kollha qablu li din l-Assoċjazzoni se tgħin mhux biss il-klabbs individwali u lill-plejers tagħhom imma wkoll se ġġib isem u suċċess lil-lokalità tas-Swieqi u l-madwar. Huma emfasizzaw l-importanza tal-appoġġ li t-tliet klabbs se jagħtu lil xulxin u jaqsmu l-esperjenzi rispettivi tagħhom. Il-pass li jmiss għall-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi hi li titwaqqaf l-Akkademja tal- isports ġewwa s-Swieqi fejn fiha t-tfal tal-lokalità jkunu jistgħu jippruvaw diversi sports filwaqt li jitħarrġu biex isiru atleti aktar kompleti. Għal aktar informazzjoni dwar l-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi jew biex tibqgħu infurmati dwar attivitajiet ta' din l-għaqda tistgħu tikkuntattjaw lill- klabbs direttament jew inkella tfittxu l-paġna fuq Facebook, Swieqi Sports Association. Il-persuni wara t-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Sportiva tas-Swieqi

