Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 5
Malta tiskopri Giuseppe Calì ġdid?
Minkejja x-xogħol kollu li
ħareġ, l-aktar xogħol għal qalb
l-artist Għawdxi huma żewġ
pasturi żgħar tal-Madonna u
l-ħmara.
"Ridt nuri l-għejja tal-
Madonna wara t-twelid, iżda
wkoll l-għejja tal-ħmara wara
l-vjaġġ bil-Madonna fuqha,"
jispjega Farrugia, li jissokta
jgħid li f 'kull xogħol li jagħmel
dejjem jara li jwassal messaġġ.
L-artist jgħid li r-reliġjon
għandha rwol importanti ħafna
għalih u għal xogħlu.
"Kieku m'iniex reliġjuż ma
nagħmilx dak li nagħmel b'tant
dedikazzjoni."
Jgħid ukoll li minkejja li għad
għandu 25 sena, għandu biss
ħolma waħda.
"La noħlom b'safar u qas
b'esperjenzi oħra. Il-futbol ma
nsegwihx u m'iniex xi wieħed li
nintefa' fil-każini. Ħolma waħda
għandi, li nkompli nikber fl-
arti. Il-bqija kuntent kif jien,
nieħu l-ħajja kif toffrihieli
d-dinja."
"Is-sempliċità hi importanti… iżda l-għajn għad-dettall hi importanti wkoll!"