Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 9 It-tielet parti: Il-qtil tal-accountant Lino Cauchi Il-Pulizija tinterroga lill-mara tal-vittma peress li missier it-tifel ma kienx hemm biex igawdi l-frott tiegħu wkoll. Meta l-Qorti awtorizzat id-difna, il-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, Alfred Calleja, kien ordna biex il-fdalijiet tal-kadavru ta' Lino Cauchi jingħataw lill-familja biex iħejju għall-funeral. L-eks Spettur John C. Ellul qalli li l-familja, speċjalment mart il-vittma, kienu ilhom isofru snin. "Ma stajtx naċċetta li din il-familja tingħata f 'kaxxa l-fdalijiet tal-maħbub tagħhom. Irranġajt u ġibt il-permess biex għall-ewwel darba funeral beda mid-Depot tal-Pulizija fejn il-fdalijiet tpoġġew f 'tebut u f 'hearse privata u akkumpanjat bis-saċerdot," qal John C. Ellul. Fil-funeral ta' missieru, li kien sar nhar it-Tnejn, 24 ta' April 1989, Paolo kien liebes l-uniformi tal-Kulleġġ Stella Maris fejn kien imur skola. Dakinhar iż-żgħir kellu biss seba' snin u kien għadu m'għamilx l-Ewwel Tqarbina, iżda l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi kienu ħarġu permess speċjali biex Paolo jkun jista' jitqarben fil-funeral ta' missieru. Din it-tqarbina speċjali, Paolo kien offriha għal ruħ missieru minkejja l-età tenera li kien għadu fiha. Paolo qatt ma nissel il-kelma 'pa' iżda dakinhar waqt il- quddies kif ukoll wara li rċieva l-ostja minn idejn Fr Joseph Falzon, li kien ħabib kbir ta' missieru, Paolo ħassu viċin ħafna ta' missieru li la qatt kien ra u lanqas kien se jarah ħlief fir-ritratti. Il-funeral ta' Lino Cauchi kien sar fil-Knisja tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun fejn in-nies imliet kull rokna. Jissemmew persuni qrib ministru Wara l-għibien u l-konferma li l-fdalijiet kienu ta' Lino Cauchi, bdew ħerġin diversi teoriji dwar il-mottiv wara l-qtil tal-accountant. Fost dawn kien hemm li Lino Cauchi kellu informazzjoni sensittiva dwar kuntratti u permessi ta' bini. Saviour Balzan, fil-ktieb li ppubblika fl-2013 bl-isem "Saying it as it is" (Ngħidha kif inhi), semma diversi punti dwar dan il-każ. Fosthom Balzan jgħid li fil-bidu ta' Lulju tal- 1992, waqt smiegħ ta' libell li ċertu Joseph Borg kien għamel kontra Joe Pace, li kien sid il- 'Magic Kiosk' f 'Tas-Sliema, Borg kien allega li waqt laqgħa li saret fit-8 ta' Diċembru 1981 bejn l-istess Borg u Piju Camilleri, li kien persuna qrib ħafna tal-eks Ministru Lorry Sant, kien ġie ffirmat ftehim privat. Dan il- ftehim kien dwar trasferiment ta' madwar 30 plott ta' artijiet li kellha l-kumpanija ta' Camilleri bl-isem ta' Luqa Developments Co. Ltd., biex jingħataw lura lil Borg u lil ċertu Victor Balzan. Dan il-ftehim kien tħejja minn Lino Cauchi li baqa' jżomm id-dokumenti kollha dwar dan il-ftehim. Fix-xhieda tiegħu Borg kien qal li dawn id-dokumenti, inkluż il-ftehim li kien iffirmat, għebu flimkien mal-għibien ta' Cauchi fi Frar 1982. Mistoqsija li qamet kienet li Lino Cauchi kien qed iġorr dawn id-dokumenti kif ukoll il- ftehim iffirmat fil-bagalja tiegħu li nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar 1982 instabet vojta u sgassata f 'Chadwick Lakes. Eliminat ukoll? Missier Lino, Emanuel Cauchi, kien allega li fil-qtil t'ibnu kien hemm il-"Mafia Maltija" mdeffsa fin-nofs. Huwa rrakkonta li ibnu kien jaħdem bħala awditur mal-kumpanija Diamantino-Manfrè qabel ma telaq u qabad għal rasu. Skont Emanuel, ftit qabel ma ibnu għeb, kien miet Lino Manfrè fl-Isptar San Luqa. Din il-mewt kienet ġiet deskritta bħala mewt misterjuża. Missier Lino Cauchi kien qal ukoll li Manfrè qabel ma miet kien informa lil xi persuni li Lino kellu aċċess għall-files kollha u kien jaf b'ħafna affarijiet meqjusin bħala sensittivi ħafna. Manfrè kien iddaħħal l-Isptar San Luqa għall-kura. Kien ingħad li huwa ma kellu xejn gravi għaldaqstant kienet mhux biss sorpriża li ftit tal-jiem wara miet, iżda wkoll qamu suspetti serji. Dak iż-żmien ma kinitx ingħatat spjegazzjoni kif pajp li kien imwaħħal ma' Manfrè, inqala' minn postu meta kien qed jinżamm għall-kura fl- isptar. Wara l-mewt ta' Manfré fl-isptar, Lino Cauchi kien għolla l-assigurazzjoni fuq ħajtu. Peress li l-mewt misterjuża ta' Manfrè waslet biss ftit jiem qabel l-għibien ta' Lino Cauchi, il-Pulizija kienu investigaw x'seta' kien hemm komuni jew xi ħadd li kien komuni bejn Cauchi u Manfrè. Min kellu interess li jelimina lil dawn iż-żewġ persuni f 'perjodu ta' ftit jiem? Sal-lum mistoqsijiet biss… risposti xejn. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull ħarġa dwar dawn l-omiċidji mhux solvuti, nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-Professur Kenneth A. Brown janilizza l-kranju ta' Lino Cauchi 'Super imposition' tar-ras ta' Lino Cauchi fuq ir-ritratt tiegħu li qablet perfettament Parti mill-proċess li sar fl-Awstralja biex kien ikkonfermat li r-ras li ttellgħet mill-bir kienet ta' Lino Cauchi Dr Kenneth A. Brown flimkien mal-eks-Spettur John C. Ellul li dak iż-żmien kien kuntistabbli mal-Laboratorju Forensiku Ritratti: Arkivji Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014