Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
10 illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 Bini ta' ġwiebi fi Triq il-Kosta "ILPROĠETT ta' Triq il-Kosta se jinkludi landscaping li se jkun integrat u kemm jista' jkun jixbah u jsaħħaħ il-bijodiversità ta' dawn l-inħawi. Dan huwa proġettat li jkun iffurmat minn speċi indiġeni ta' siġar u arbuxelli." Dan qalu l-Ministru għat- Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi fi tweġiba parlamentari għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina. Bezzina staqsa lil Mizzi jekk hux se jsir xi tip ta' landscaping fil-proġett il-ġdid li qed isir fi Triq il-Kosta li għadu kemm ħabbar dan l-aħħar u jekk hux se jinbnew ġwiebi biex ikun jista' jissaqqa l-landscaping kif sar f 'bini ta' toroq oħra fil-passat. Mizzi kkonferma li l-landscaping se jkun lokalizzat f 'postijiet speċifiċi matul is-sit u max-xogħlijiet se jiġu integrati ġwiebi u/ jew tankijiet li fihom se jkun hemm ilma għat-tisqija tal- istess speċi. Qal ukoll li l-pjanti ta' dan il-landscaping għadhom mhumiex finalizzati għar- raġuni li Transport Malta se terġa' tiddiskuti u tiffinalizza l-ammont ta' siġar u arbuxelli li se jiġu integrati fil-proġett, mal-MEPA u mal-awtoritajiet oħra kkonċernati. Dan se jsir malli Transport Malta tlesti kull intervent propost fuq is- siġar eżistenti. Mizzi temm jgħid li malli jsir qbil, Transport Malta se tipprepara l-pjanti u l-istimi neċessarji sabiex dan il- landscaping jitwettaq. In- numru u l-kobor tal-ġwiebi u/jew tankijiet tal-ilma jiġu ddeterminati skont l-ammont ta' siġar u arbuxelli. Transport Malta se tkun qed tipprepara sejħa għall-offerti li se tiġi ppubblikata għal dan ix- xogħol. Is-saħħa mentali Beda proċess li jħares lejn is-servizzi fil-komunità MINN meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tas-saħħa mentali f 'Ottubru tal-2013, beda proċess li jħares lejn is-servizzi fil-komunità u jidentifika passi li jistgħu jittieħdu biex insaħħu dawn is-servizzi. Dan qalu l-Ministru tal- Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba parlamentari għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech li staqsa lill-Ministru jekk jistax jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali fil- komunità minn Awwissu 2013 sal-lum. Mizzi qal li minn Marzu 2014 bdew għaddejjin diskussjonijiet ma' diversi NGOs biex aktar pazjenti li bħalissa huma residenti fl- Isptar Monte Karmeli jkunu jistgħu jirċievu kura fil- komunità. Żied jgħid li bħalissa qed jiġi riorganizzat is-servizz tal-Crisis Team biex dan is-servizz mhux biss jibqa' jingħata fl-emerġenza minn tim professjonali imma jkun jista' jibqgħu jiġu segwiti l-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz. Mizzi temm jgħid li qed jissaħħaħ ukoll is-servizz tal-outreach biex b'hekk il- persuna tista' tgħix b'mod san fil-komunità u kemm ikun possibbli jiġi evitat li terġa' tidħol għall-kura l-isptar. Hurry up! Book today to avoid missing out! Corfu 25th July - 1st August ¢299 FROM Costa Brava - Barcelona 22nd - 29th July ¢299 FROM San Giovanni Rotondo/Assisi 21st - 28th July ¢699 FROM Portugal & Northern Spain 20th - 27th July ¢569 FROM Sorrento, Amalfi & Capri 14th - 21st July ¢489 FROM ¢499 FROM Lourdes 5 days 4th - 10th July, 9th - 15th July ¢539 FROM Italian Dolomites 21st - 28th July ¢399 FROM Lago di Garda 28th July - 4th August ¢469 FROM Normandy 13th - 20th July ¢669 FROM Lourdes 4 days 28th July - 2nd August FROM Dubrovnik 20th - 27th July ¢399 FROM Prague 2-9 July, 9-16 July, 16-23 July ¢329 FROM Rome 28th July - 4th August ¢499 FROM Fatima - Portugal 9th - 16th July ¢599 FROM 27th July - 3rd August BSL Britannia Tours 3,060 SEATS ALREADY SOLD. ONLY 198 SEATS LEFT! … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢499 FROM FROM Lourdes 4 days Lourdes 4 days 28th July - 2nd August 28th July - 2nd August FROM FROM 27th July - 3rd August 27th July - 3rd August 3,060 SEATS ALREADY SOLD. 3,060 SEATS ALREADY SOLD. 3,060 SEATS ONLY 198 SEATS LEFT! JULY DEPARTURES ALREADY SOLD. ONLY 198 SEATS Paris ¢669 Last remaining SEATS ON THE FOLLOWING departures! 599 Other destinations/ dates available during August and September "Se nsebbħu u nsaħħu l-bijodiversità ta' dawn l-inħawi" - Joe Mizzi

