Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 3 Joe Mifsud bi tliet karigi fi ħdan il-Kunsilli Lokali Iħoss li m'għandux kunflitt ta' interess LAVUKAT u eks ġurnalist Joe Mifsud aċċetta kariga ta' Ċermen tal-Bord ta' Governanza Lokali meta l-liġi tistipula li "L-ebda membru tal-Bord ma jista' jkun persuna li jkollha kariga fid-Dipartiment, fl-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali, fl-Assoċjazzjoni Segretarji Eżekuttivi Kunsilli Lokali Maltin, f 'xi Kumitat Reġjonali, xi Kunsill Lokali jew Kumitat Amministrattiv, u dan sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess reali jew potenzjali." Mifsud ma ħassx li kien qed jikser ebda kodiċi tal-etika meta skont Artiklu 4(9) tal-Kap 291 "ħa ġurament biex jeżamina u jiddeċiedi l-każijiet miġjuba quddiemu b'imparzjalità u b'ekwità skont il-liġi." Il-Kunsilli kollha jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Gvern Lokali li fi ħdanu twaqqaf il-Bord tal-Governanza u li tiegħu Mifsud huwa ċ-Ċermen. It-68 kunsill lokali f 'Malta u Għawdex huma maqsuma f 'erba' reġjuni; Xlokk, Nofsinhar, Tramuntana u Ċentru filwaqt li Għawdex huwa reġjun għalih. Joe Mifsud aċċetta li jieħu din il-kariga meta hu ilu konsulent legali tar-Reġjun Xlokk sa minn qabel ma nħatar ċermen tal-Bord tal- Governanza. Mifsud hu wkoll Kummissarju tal-Ġustizzja fir-Reġjun Ċentru. Ix-xogħol tal-Bord ta' Governanza hu li jistħarreġ u jiddeċiedi fuq kull kwistjoni mressaq lilu dwar każijiet ta' allegat abbuż jew deċiżjoni jew amministrazzjoni ħażina li jsiru minn sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi jew uffiċjali oħra meta dan ma jkunx ta' natura kriminali; ksur allegat tal-kodiċi tal-etika; kull ilment minn membru tal-pubbliku fil-konfront ta' sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi jew uffiċjali oħra dwar amministrazzjoni ħażina; kull ilment minn uffiċjali pubbliċi fil-konfront tal-aġir ta' sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi jew uffiċjali oħra dwar amministrazzjoni ħażina; kull ilment minn membri tal-pubbliku, uffiċjali pubbliċi fil-konfront ta' xi deċiżjoni ta' xi gvern lokali fejn jinħass li tkun saret irregolarità, inġustizzja jew abbuż mhux ta' natura kriminali. Mitlub jikkummenta minn din il-gazzetta, l-Avukat Joe Mifsud fi tweġiba bil- miktub qal li ma jeżisti l-ebda kunflitt ta' interess fil-pożizzjonijiet li għandu fi ħdan il-kunsilli. Qal li ż-żewġ irwoli ta' Ċermen tal-Bord ta' Governanza u Kummissarju tal-Ġustizzja huma regolati b'liġijiet speċifiċi u jekk xi darba jqum każ fejn hu ma jkunx jista' jisma' xi każ partikolari, jirrikuża ruħu u l-każ jiddeċidih ħaddieħor. Mifsud żied li r-Reġjun Xlokk minn żmien għall-ieħor jitlob is-servizzi legali tiegħu kif għamel fl-aħħar xhur biex persuni li għandhom jagħtu flus għall- kontravenzjonijiet li wettqu jħallsu l-ammonti dovuti. Qal li dawn il-persuni jkunu nstabu ħatja minn Tribunali f 'Reġjun li hu qatt ma jkun ħadem fih bħala Kummissarju tal-Ġustizzja. Fir-risposta tiegħu, Mifsud għażel li jikkopja lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, is-Segretarju Parlamentari inkarigat mill-Kunsilli Lokali, Direttur Ġenerali u Direttur tal-Gvern Lokali biex ikunu infurmati bl-allegazzjoni li saret fil-konfront tiegħu. Mhux magħruf jekk hux se jittieħdu xi passi jew sanzjonijiet kif stipulati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika sabiex dawn il-ħafna kpiepel li qed jilbes Mifsud f 'din l-isfera tal-gvern lokali jiġu regolarizzati minnufih fl-interess tat-trasparenza, tal-kontabbiltà u biex ma tiġi bl-ebda mod imminata l-fiduċja tal-pubbliku inġenerali u anke tan-nies li huma direttament involuti fil- qasam tal-gvern lokali ġewwa pajjiżna. Joe Mifsud - Ċermen tal-Bord ta' Governanza Lokali Tkompli minn paġna 1 Ir-riżultat juri biċ-ċar li l-maġġoranza tan-nies tippreferi li l-elezzjonijiet għadhom isiru fl-istess ġurnata b'64% favur u 26% kontra. L-istħarriġ sar bejn it-18 u t-30 ta' Ġunju li għadda lil 583 persuna li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16-il sena 'l fuq u li marġinalment jirrappreżentaw kampjun tal- popolazzjoni nazzjonali. Meta l-parteċipanti fl-istess stħarriġ ġew mistoqsija wkoll jekk hux beħsiebhom joħorġu jivvutaw fl-elezzjoni li jmiss tal-kunsilli lokali. Ir-risposti kienu 57% iva; 30% probabbli iva; 5% probabbli; le 8%. Jekk dan iseħħ se jiġu ffrankati spejjeż kbar għall- pajjiż kif ukoll ħafna skariġġ fuq l-elettorat, b'mod speċjali l-anzjani, dakinhar tal- votazzjoni. Il-Pulizija se tappella kontra d-deċiżjoni tal-Qorti 57% biss interessati f 'tal-Kunsilli Tkompli minn paġna 1 UFFIĊJAL għoli fil-korp tal- Pulizija qal ma' din il-gazzetta kif ma setax jifhem ir-raġuni wara l-libertà proviżorja lil Jason u George Galea. "Iżda l-Maġistrati huma dawk li huma," kien il-kumment ta' dan l-uffiċjal ogħli lil din il- gazzetta. Mhux tal-istess opinjoni kien Eddie Attard, eks kuntistabbli tal-Pulizija u riċerkatur ewlieni f 'pajjiżna fil-qasam tal- kriminalità. "Din hi xi ħaġa normali, xejn ġdid. Il-liġi ilha hekk mill- aħħar tat-tmeninijiet li anke min hu akkużat b'omiċidji jista' jingħata l-libertà proviżorja. Jekk qatilx wieħed jew tnejn hu irrilevanti. Din il-prattika issa saret normali," qal Attard f 'kummenti ma' din il-gazzetta. Il-Qorti laqgħet id-deċiżjoni tad-difiża biex Jason Galea u George Galea jingħataw il-libertà proviżorja b'diversi kundizzjonijiet il-Ġimgħa waranofsinhar. "Il-proċeduri kriminali ilhom sejrin għal aktar minn sena, saru diversi seduti u ħafna xhieda nstemgħu. F'dan il-kuntest il-Qorti se taċċetta t-talbiet tad-difiża u tagħti l-libertà proviżorja," qal il-maġistrat Tonio Micallef Trigona. Il-maġistrat żied jgħid li l-Qorti tagħraf li l-akkużi huma ta' natura gravi u għaldaqstant il-kundizzjonijiet kellhom jirriflettu dan. Fost l-oħrajn, Jason u George Galea ngħatatilhom il-libertà b'depożitu ta' €30,000 u b'garanzija personali ta' €30,000 oħra. Huma se jkunu taħt arrest domiċiljali u jkunu jistgħu joħorġu mir-residenzi tagħhom biss biex jiffirmaw fl-eqreb għassa tal-pulizija darbtejn kuljum. "Arrest domiċiljali ma jfissirx li dawn ikunu taħt għassa l-ħin kollu, imma li l-Pulizija tiċċekja u tagħmel il-verifiki jekk l-imputat ikunx vera fir-residenza. Kieku kellna nibqgħu għassa għal kull arrest ta' dan it-tip, kieku l-korp qas ikollu biex jaħdem," sostna wieħed mill-uffiċjali tal- Pulizija. L-uffiċjal temm jgħid li l-għoti tal-libertà proviżorja tibqa' linja sottili għax fuq naħa għandek id-drittijiet ta' bniedem arrestat u fuq naħa oħra għandek is-sigurtà ta' persuni oħra. F'intervista esklussiva ma' din il-gazzetta ftit jiem wara l-qtil, Mona Camilleri kienet qalet ukoll li bdiet taħseb ħażin f 'ħuha meta ma setgħetx taqbad kemm lir-raġel u kemm lit-tifel, li kellhom ikunu fil- kumpanija tiegħu. L-akkużat, li jiġi wkoll ħuha, ġie għaliha d-dar iżda ma fetħitlux. "Dak ġie għalija biex joqtol lili wkoll. Wara li ħeles mir- raġel u mit-tifel, ried jeħles minni wkoll biex jgħid li aħna emigrajna. Ħija kien il-moħħ wara dan il-qtil għax lill-akkużat l-ieħor qas biss ma konna nafuh," kienet qalet Camilleri.

