Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810
24 illum | Ħadd 06 ta' Lulju 2014 Kummercjali HSBC jġedded l-appoġġ għall-EkoSkola GreenPak torganizza unuri għall-Kunsilli Lokali ILFONDAZZJONI HSBC tat għotja ta' €10,000 lil Nature Trust biex tgħin lil din l-NGO fit-tmexxija tal-programm nazzjonali EkoSkola fost l-iskejjel statali, tal-Knisja, u privati ta' Malta. Il-Group Senior Manager Corporate Sustainability Sue Alexander ippreżentat id-donazzjoni lill-President Eżekuttiv ta' Nature Trust Vincent Attard matul l-10 edizzjoni tal-EkoSkola Parlamentari li saret fil- Kamra tar-Rappreżentanti, il-Belt Valletta. Is-sessjoni Parlamentari tal-EkoSkola hi avveniment annwali li jlaqqa' żgħażagħ biex ifasslu deċiżjonijiet flimkien ma' Membri Parlamentari f 'dibattitu pożittiv dwar modi kif tista' titjieb il-ħajja fl-iskejjel u fis- soċjetà. EkoSkola f 'Malta hi kkoordinata minn Nature Trust, bl-appoġġ tal- Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Bidla fil-Klima, il-Ministeru għal Għawdex, Wasteserv u l-Fondazzjoni HSBC Malta. ILKUNSILLI Lokali ta' Pembroke, Tas-Sliema, Ħal Kirkop, Ħ'Attard u Paola rebħu unuri fir-riċiklaġġ matul it-tieni edizzjoni tal- GreenPak Local Council Awards organizzata mill- GreenPak Cooperative Society. Dawn l-unuri jservu biex jirrikonoxxu dawk il- kunsilli lokali li ddistingwew ruħhom fir-riċiklaġġ tal- iskart u b'riżultat t'hekk tejbu l-ambjent tal-lokalità. Tliet kunsilli lokali kienu nnominati f 'kull waħda mis- sitt kategoriji. Il-Kunsilli Lokali ta' Pembroke rebaħ il-'Best Overall Performance' għat- tieni sena konsekuttiva b'rata ta' rkuprar ta' skart li tlaħħaq it-58%, filwaqt li l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema rebaħ l-unur ta' 'Most Supportive Locality'. L-unuri ta' 'Best Performance: Recycling Bag' u 'Best Performance: Household Glass' intrebħu mil-lokalitajiet ta' Ħal Kirkop u Ħ'Attard rispettivament. Il- Kunsill Lokali ta' Paola rebaħ 'Most Improved Locality' b'titjib ta' 75% f 'dak li hu riċiklaġġ. Għall-ewwel darba, il- Fondazzjoni Inspire nediet l-unur ta' 'The Inspire Foundation Award' bħala tifkira ta' apprezzament lil dawk il-kunsilli lokali li pparteċipaw fil-kampanja ta' ġbir ta' ħwejjeġ li saret is-sena l-oħra. Fost il-ħafna kunsilli lokali li pparteċipaw f 'din l-attività biex jiġbru flus għall-Fondazzjoni Inspire, ir-residenti ta' Kirkop ġabru l-akbar ammont ta' ħwejjeġ użati, medja ta' 4 kilogrammi ta' ħwejjeġ għal kull dar. B'hekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop kiseb it-tieni premju tas-serata. Is-Senior Manager Corporate Sustainability tal-Grupp HSBC Sue Alexander tippreżenta d-donazzjoni lill-President ta' Nature Trust Vincent Attard fil-preżenza ta' HSBC Malta's Doriette Camilleri u l-Professur Paul Pace, Ko-ordinatur Nazzjonali ta' EkoSkola, flimkien ma' studenti li ħadu sehem f 'EkoSkola Parlamentari (Mix-xellug) Mario Farrugia, iċ-ċermen Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna qed jirċievi l-isponsorship mingħand Yiannos Michaelides, il-Kap Eżekuttiv ta' GO Ir-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-GreenPak Local Council Awards 2014 (mix- xellug) is-Sindku ta' Paola Roderick Spiteri, ta' Pembroke Dr Dean Hili, ta' Ħal Kirkop Carmel Calleja, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, il-Kap Eżekuttiv ta' GreenPak Mario Schembri, Kunsillier ta' Tas-Sliema Paul Radmilli u s-Segretarja Eżekuttiva ta' Ħ'Attard Marica Mifsud GO ġġedded l-impenn għall- Fondazzjoni Wirt Artna GO qiegħda ġġedded mill- ġdid l-impenn tagħha għall-Fondazzjoni Wirt Artna, il-fond tal-Malta Heritage. B'riżultat t'hekk GO se tkompli tkun is-sieħeb tal-komunikazzjoni tal- Fondazzjoni Wirt Artna billi tipprovdi għadd ta' servizzi fit-telekomunikazzjoni. Dawn is-servizzi se jgħinu lill-organizzazzjoni biex tkompli tħaddem l-operat tagħha u ssaħħaħ l-esperjenza tal-viżitaturi f 'ħafna mis-siti storiċi li l-organizzazzjoni tmexxi u tieħu ħsieb. Il-Fondazzjoni Wirt Artna tieħu ħsieb propjetajiet li jkopru s-7,000 sena ta' storja ta' Malta u li jvarjaw mill-preistorja sas-seklu 20. Minbarra l-Mużew tal-Gwerra, dawn jinkludu t-torri kostali tas-seklu 17 fix-Xgħajra, il- Lascaris War Rooms fil-belt Valletta, in-Notre Dame Gate fil-Birgu, it-Torri ta' San Tumas f 'Marsascala, it-Torri ta' Madliena f 'Pembroke, il-Forti Rinella fil-Kalkara u l-Batterija tas-Salut fil-belt Valletta, fost ħafna oħrajn. App li tħajjar żgħażagħ għall-volontarjat FACEBOOK app li awtomatikament tqabbel voluntiera żgħażagħ ma' organizzazzjonijiet volontarji skont l-użu tagħhom fuq Facebook, skont l-attivitajiet u dak kollu li jħobbu, kienet l-idea rebbieħa waqt l-edizzjoni ta' din is-sena tas-Social Innovation Challenge, kompetizzjoni organizzata mill-Junior Achievement Young Enterprise (Malta) Foundation u Microsoft Malta. L-attività ta' ġurnata li saret ġewwa l-Microsoft Innovation Centre rat is-sehem ta' madwar 60 student li kollha waslu biex jispiċċaw l-iskola sekondarja. It-timijiet li ħadu sehem kienu mill-iskejjel sekondarji ta' St Margaret College Cospicua u ż-Żejtun, St. Martin's College, St. Edwards College, Verdala International School, St. Michael School u San Ġorġ Preca College Girls Secondary. Tim mill- Assoċjazzjoni tal-iScouts f 'Malta wkoll ingħaqad f 'din l-attività. It-tim ta' St. Martin's College kiseb l-ewwel post u l-istudenti kollha tat-tim rebħu Windows Nokia Lumia 520 smart phone kull wieħed kif ukoll l-opportunità li jippreżentaw l-idea tagħhom waqt il-Microsoft NGO Connection Day li jmiss. Minbarra l-Facebook App, l-idea rebbieħa ipproponiet ukoll il-ħolqien ta' paġna fuq Facebook li tqajjem iżjed kuxjenza dwar il-volontarjat u fejn kulħadd jista' jaqsam l-esperjenzi tiegħu ta' xogħol volontarju.

