Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

FI Guiyang, kapitali tal- provinċja ta' Guizhou fiċ- Ċina, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem mal-gazzetta ILLUM dwar twaqqif ta' ċentru loġistiku f 'Malta. Dan se jkun ifisser li kumpaniji Ċiniżi jużaw lil Malta bħala żona ta' kummerċ ħieles u b'hekk ikunu jistgħu jattakkaw s-swieq Ewropej. Irridu nimxu lil hinn mill- kunċett tal-port ħieles, qal Muscat, u naħsbu b'ideat ġodda. "Iddiskutejna fit-tul din il-proposta u ċ-Ċina hija interessata f 'dan il-proġett. Malta qed tipprepara politika ta' loġistika li għandha tkun lesta sa l-aħħar ta' din is-sena." Hu stqarr li din se teħtieġ viżjoni ġdida u soluzzjonijiet ta' sigurtà, u ppjanar għaqli iżda tista' tiftaħ bibien ġodda għal Malta u ċ-Ċina. Fost il-postijiet li jistgħu jkunu ideali għax joffru spazju kbir u adekwat hemm Ħal Far. Mistoqsi mill-istampa dwar oġġezzjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-Unjoni Ewropea, hu dlonk wieġeb li Malta mhu qed tagħmel xejn differenti mill-pajjiżi l-oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-proċeduri għall- ftuħ ta' konsulat f 'Shangai kienu ffinalizzati u Sai Mizzi Liang, li tgħix iċ-Ċina, se tkun il- konslu. 0.90 13 ta' Lulju 2014 • Nr 404 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST herring caviar MOPL TM Available from all pharmacies across Malta & Gozo ONE A DAY • NO FISHY AFTERTASTE • 1 MONTH SUPPLY www.tomolivernutrition.com • Brain Function • Fat Metabolism Supporting • Good Vision • Joint Health • Healthy Skin • Healthy Heart The Omega 3 supplement supporting Fat Metabolism NEW Distributed by JV Pharma Ċentru loġistiku għall- prodotti Ċiniżi f 'Malta SAVIOUR BALZAN MINN GUIYANG, ĊINA sbalzan@mediatoday.com.mt Tkompli f 'paġna 2 Mario Grech l-aktar favorit biex jieħu post Pawl Cremona WARA l-artiklu li deher f 'din il-gazzetta ħmistax ilu dwar is-sitwazzjoni tat- tmexxija tal-Knisja f 'Malta, fejn numru ta' membri tal-kleru tkellmu b'mod anonimu dwar il-fatt li min jitkellem jispiċċa kkastigat, aktar qassisin għamlu l-kuraġġ u komplew jitkellmu ma' din il- gazzetta dejjem b'kundizzjoni li jibqgħu anonimi għax jibżgħu li jaqalgħuha. Qassis li kkonferma l-istorja kollha ppubblikata fl-ILLUM tal-Ħadd 29 Ġunju saħaq li preżentament hemm kawtela kbira bejn l-Isqof t'Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna. Dan il- qassis saħaq li l-maġġoranza tal-kleru huma favur li l-Isqof Mario Grech jinħatar bħala Arċisqof wara Pawl Cremona u mhux Scicluna. Iddeskriva lill-Isqof Grech bħala Isqof li jaf imur man- nies, inkluż mal-kleru, kif ukoll bniedem li kapaċi jmexxi b'umiltà kbira. Saħaq li filwaqt li ma jnaqqas l-ebda mertu minn fuq l-Isqof Scicluna, iddeskriva lil Scicluna bħala persuna li qalbu għadha marbuta mal-Vatikan wisq aktar milli mal-Knisja Maltija. Stennija kbira għall-finali tat- Tazza tad-Dinja Tkompli f 'paġna 3 M'HEMMX dubju li llum miljuni ta' nies minn kull kantuniera tad-dinja se jieqfu minn xogħolhom u b'ħerqa liema bħala jsegwu l-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġermanja u l-Arġentina. Jekk nieħdu l-ambitu lokali żgur li l-partitarji Maltin xtaqu li t-timijiet nazzjonali li l-iktar isegwu jiġifieri l-Italja u l-Ingilterra jaslu sal-fażijiet iktar tardivi ta' din il-kompetizzjoni iżda dawn inqalgħu fl-ewwel rawnd b'detriment għas-sidien tal- istabbilimenti kummerċjali li żgur li ħassew nuqqas fil- kummerċ minħabba dan. Skont l-opinjoni ta' bosta segwaċi tal-futbol mondjali, u anke tal-kowċ tal-Arġentina Alejandro Sabella, il-Ġermanja llum se jkunu qed jibdew favoriti. Dan wara l-wirjiet u r-riżultati li kisbu f 'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja kif ukoll wara li umiljaw bil- kbir lill-Brażiljani bl-iskor kbir ta' 7-1 nhar it-Tlieta li għadda. B'hekk żgur li l-moral fost il-Ġermaniżi huwa wieħed mogħla s-sema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014