Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Brażil ........................0 Olanda ......................3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT LOLANDA temmew din it-Tazza tad-Dinja fit- tielet post biex ikkastigaw lill-Brażil għar-raba' post wara li għelbuhom bl-iskor ta' 3-0 b'żewġ gowls jaslu ferm kmieni fil-logħba waqt li t-tielet gowl wasal fid-90 minuta. B'hekk m'hemmx dubju li wara l-umiljazzjoni storika li ġarrbu kontra l-Ġermanja nhar it-Tlieta li għadda fejn tilfu bl-iskor estrem ta' 7-1 huma ma setgħux kellhom tmiem agħar minn dan f 'din it-Tazza tad-Dinja. Interessanti huwa l-fatt li l-kowċ tat-tim nazzjonali Brażiljan, Jose Felipe Scolari, għażel li ma jibdiex bil- pedini importanti Hulk u Marcelo. It-Tulipani kif inhuma magħrufin l-Olandiżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu tal-logħba u fil-fatt ma tantx damu biex jiftħu l-iskor meta wara biss tliet minuti logħob rebħu penalty hekk kif il-captain Brażiljan Thiago Silva waqqa' lil Arjen Robben fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-plejer ta' Manchester United, Robin van Persie li ma żbaljax. Jidher li t-Tulipani ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fis-17-il minuta huma rduppjaw l-iskor meta wara żball difensiv tad- difensur David Luiz, dan fit- tentattiv li jikklerja l-ballun f 'sigurtà għadda l-ballun bir-ras lejn Blind li minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. L-Olanda għamluhom tlieta fid-90 minu sta pemezz ta' Wijnaldum, għal darb'oħra wara indeċiżjoni fid-difiża Brażiljana. B'hekk intemmet ġimgħa diżastruża għall-Brażil – bla dubju waħda mill-agħar ġimgħat jekk mhux l-agħar waħda fl- istorja glorjuża ta' dan it-tim nazzjonali. Tajjeb ngħidu wkoll li f 'din it-Tazza tad- Dinja il-Brażil sofrew xejn inqas minn 14-il gowl. Brażil - Julio Cesar, Thiago Silva, David Luiz, Paulinho (Hernanes 57'), Oscar, Maxwell, Ramires (Hulk 73'), Luiz Gustavo (Fernandinho 46'), Willian, Jo, Maicon Olanda - Cillessen (Vorm 90'), Vlaar, De Vrij, Martins Indi, Blind (Janmaat 70'), De Guzman, Van Persie, Robben, Kuyt, Clasie (Veltman 90'), Wijnaldum Referi Djamel Haimoudi (ALĠ) ARJEN ROBBEN Twieled fit-23 ta' Jannar 1984 fl-Olanda Kien l-aħjar plejer f'din il-logħba Kien wieħed mill-aħjar plejers f'din it-Tazza tad-Dinja u huwa kandidat ewlieni biex jirbaħ il-Ballun tad- Deheb Huwa wieħed mill-iktar plejers importanti ta' Bayern Munich fil- Ġermanja Ħolma kerha għall-Brażil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014