Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 33 SPORTSillum Deheb u dda għat-timijiet Maltin l-kampjonati FIBA FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet, niżel is-siparju fuq grupp Ċ tal-Kampjonati FIBA ta' taħt is-16-il sena li saru f 'Malta. Din kienet kompetizzjoni li rat lit- timijiet Maltin jibbrillaw. Fil-fatt it-tim tal-ġuvintur rebaħ il-midalja tad-deheb filwaqt li dak tat-tfajliet rebaħ dik tal-fidda. It-tim tal-ġuvintur, taħt it-tmexxija ta' Gabriele Alesse, rebaħ il-ħames logħbiet li lagħab. Fil-fatt fetaħ il-kompetizzjoni b'rebħa fuq Andorra 63-61 u wara rebaħ lil Wales 65-46. Malta rreġistrat it-tielet rebħa li kienet waħda minima fuq San Marino u kellu jkun Alec Felice Pace li jiskorja meta kien għad fadal sekondi biex tispiċċa l-logħba. Malta għelbet bl-ebda diffikultà lil Ġibiltà 59-33 u hekk kienu l-Maltin li akkwistaw il- midalja tad-deheb. Il-plejer Malti Kurt Cassar kien magħżul wieħed mill-plejers tal-best team. Cassar skorja aktar minn 20 punt kull logħba f 'din il-kompetizzjoni u ma kinitx sorpriża li kien magħżul bħala l-MVP (Most Valuable Player) tal-kompetizzjoni. F'din il-kompetizzjoni Andorra spiċċaw fit-tieni post u Wales fit-tielet pożizzjoni. Mill-banda l-oħra t-tim tat-tfajliet, taħt it-tmexxija ta' Sandro Farrugia, kellu jikkuntenta bil-midalja tal- fidda hekk kif tilef l-aħħar logħba kontra ċ-champions l-Iskozja 53-44. Malta kellhom tliet rebħiet kbar l-ewwel fuq Ġibiltà 66-22, imbagħad Wales 60-38 u wara kontra Andorra 68-30. L-aħħar logħba setgħet tmur kull naħa hekk kif iż-żewġ timijiet ma kienu rreġistraw l-ebda telfa. Il-Padiljun ta' Ta' Qali kien mimli nies biex jassistu għal din il-logħba li fiha spikkat l-għejja fuq it-tfajliet Maltin u s-superjorità tal-Iskoċċiżi biex Malta tilfet il-logħba bi skor minimu u kellha tikkuntenta b'midalja tal-fidda. Nicole Agius kienet magħżula parti mill-aħjar plejers tal- kompetizzjoni. L-Iskozja rebħu l-midalja tad-deheb filwaqt li l-midalja tal-bronż intrebħet minn Andorra. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius attenda kemm għaċ-ċerimonja tal-ftuħ u anke għaċ-ċerimonja finali. Filwaqt li sab ħin ukoll biex jattendi għal żewġ logħbiet li lagħbu t-timijiet Maltin. Hu flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw l-midalji u t-trofej lir-rebbieħa. Għaċ-ċerimonja finali kienu preżenti wkoll il-Viċi President tal-Kumitat Olimpiku Malti Mark Cutajar u d-Direttur fi ħdan l-istess kumitat Jonathan Vella. L-Onorevoli Agius feraħ lill-kowċ u l-plejers għas- suċċess miksub, filwaqt li faħħar l-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni ta' dan il-livell mill-MBA. Awgura li aktar assoċjazzjonijiet jieħdu l-eżempju tal-MBA u jattiraw kompetizzjonijiet ta' dan il-livell lejn pajjiżna għaliex mhux biss ikun qed jiġi ġġenerat it-turiżmu sportiv imma l-atleti tagħna għandhom bżonn li jiltaqgħu ma' kompetizzjoni denja biex inwessgħu l-esperjenza tat- talent Malti. It-timijiet nazzjonali rebbieħa ta' taħt is-16-il sena tal-basketball imkien mal-Onorevoli Chris Agius L-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jiltaqa' mal-ASA LGĦAQDA Ġurnalisti Sports kompliet bis-serje ta' laqgħat ma' għaqdiet u entitajiet tal-isport f 'pajjiżna meta fil-ġranet li għaddew il-Kumitat Eżekuttiv iltaqa' mal-ogħla uffiċjali tal-ASA s-sinjuri Joe Caruana Curran u Marco Manara, President u Segretarju Ġenerali rispettivament. L-Għaqda Ġurnalisti Sports għamlet enfasi mhux biss dwar ir-rwol tal-mezzi tax- xandir waqt kompetizzjonijiet tal-ASA u kif sar titjib f 'dawk li huma faċilitajiet għall-mezii tax-xandir iżda wkoll dwar il-koperazzjoni reċiproka li dejjem eżistiet bejn iż-żewġ entitajiet. L-GħĠS ilha mill-1995 flimkien mal-ASA tniedi kompetizzjoni li dejjem tat bidu għall-istaġun tas- sajf liema kompetizzjoni taf il-bidu tagħha wara li l-AIPS kellha l-laqgħa tal- Eżekuttiv f 'pajjiżna u bħala rikonoxximent tat-trofew għall-kompetizzjoni biex ta' kull sena jitfakkar Jum il-Ġurnaliżmu Sportiv Dinji li huwa ċċelebrat kull 2 ta' Lulju ta' kull sena jew fl-eqreb ġranet. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli kellu kliem ta' tifħir lejn is-segretarjat tal- ASA speċjalment għal mod ta' kif l-assoċjazzjoni żżomm lill-mezzi tax-xandir aġġornati anke bil-match reports immedjatament wara t-tmiem ta' kull logħba. Il-President tal-ASA Joe Caruana Curran min-naħa tiegħu filwaqt li għaraf ir- rwol importanti li l-media tal-isport għandha biex sport bħalma huwa l-waterpolo, għawm u għawm sinkronizzat jikbru fil-popolarità wiegħed kull koperazzjoni biex ir- relazzjonijiet tajba li dejjem eżistew ikomplu jitjiebu. L-GħĠS ħadet l-opportunità biex estendiet l-awguri għas- suċċessi li t-timijiet nazzjonali tal-waterpolo kisbu fl-aħħar xhur li juri biċ-ċar li meta ssir preparazzjoni denja jaslu wkoll riżultati li jagħmlu ġieh lill-isport Malti. Sitt klabbs tal-weightlifting f 'turnament internazzjonali Il-Kumitat Eżekuttiv tal-GĦĠS imkien ma' Joe Caruana Curran u Marco Manara DIN is-sena sitt klabbs tal-weightlifting lokali pparteċipaw f 'turnament internazzjonali għall- klabbs. 64 klabb ġejjin minn partijiet differenti tad-dinja, bi 397 kompetitur maskili u 115 kompetituri nisa ssieltu għall- aħjar riżultati inernazzjonali. L-aħjar riżultati minn klabbs lokali ġew mit-tim tal-irġiel tal-Kottonera, li kisbu l-15-il- post fost 43 klabb, u mit-tim tan-nisa ta' Starmax li kisbu t-12-il post minn 40 klabb. L-aħjar klassifika individwali mill-atleti Maltin kienet ta' Malcolm Camilleri, kategorija 56 kilo b'irfigħ totali ta' 121 kilo u minn Kieran Mifsud kategorija 94 kilo. Iż-żewġ atleti kisbu l-ewwel post għal dawk ta' taħt il-15-il sena u t-tieni post taħt is-17-il sena. Kirstin Coleiro wkoll kiseb riżultat tajjeb, billi kiseb it- tielet post fil-kategorija 56 kilo għal dawk taħt il-15-il sena, billi refa' t-total ta' 109 kilo. Dawn l-atleti lkoll jitħarrġu fiċ-ċentru tal-Kottonera. Fit-taqsima tas-Seniors, l-aħjar riżultati ġew minn Noel Coleiro, kategorija tal-94 kilo, li kiseb it-13-il post minn 65 atleta b'total ta' 240 kilo, segwit minn Martin Mifsud tal-kategorija tal-105 kilo b'refgħa totali ta' 222 kilo li kiseb is-17-il post minn 48 atleti. Iż-żewġ atleti jitħarrġu fiċ-ċentru tal-Kottonera. Atleti oħra li kisbu riżultati sinifikanti kienu Ryan Agius mill-klabb Heavy Lightweights li pparteċipa fil-kategorija 85 kilo. Huwa kiseb is-27 post fost 75 atleta b'refgħa totali ta' 215 kilo. Chris Schinas mill-klabb Tarxien kiseb 14 minn 29 atleta kategorija 69 kilo b'irfigħ totali ta' 170 kilo. L-aħjar riżultat feminili nkiseb minn Nicole Gatt ta' Starmax fil-kategorija tat-53 kilo b'refgħa totali ta' 116 kilo. Hija kisbet it-tieni post għal dawk ta' anqas minn 17-il sena. Riżultat ieħor tajjeb kien minn atleta ġdida tal-MCAST ta' Raħal Ġdid, Hayley Mizzi li kisbet pożizzjoni aqwa minn rivali mill-Gran Brittanja, l-Awstralja u New Zealand. Il-klabbs kollha Maltin tal-weightlifting issa huma ffukati fuq il-kompetizzjoni lokali li jmiss organizzata mill-MWA – l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting li se ssir illum fil-Kumpless tal-Kottonera mid-9.30 am 'il quddiem.