Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Xavier Saliba jingħaqad ma' Valletta wara ħames snin ma' Hibs ILCAPTAIN tat-tim nazzjonali tal-futsal, Xavier Saliba ħalla lit-tim tal-futsal ta' Hibs wara ħames snin ta' suċċess biex ingħaqad ma' Valletta, fejn se jkun anke l-captain tagħhom. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Saliba nnifsu fejn beda biex saqsih x'wasslu biex jingħaqad ma' Valletta. Huwa saħaq li: "Il-kumitat ta' Valletta sa mis-sena l-oħra meta kont il-kowċ fl-ewwel diviżjoni xtaqni nkun plejer ta' dan it-tim mill-belt kapitali ġaladarba tim jitla' premier, biss però jien kont nilgħab ma' Hibernians u kien ilni mal-ħames snin naħdem mal-istess nies u kienet diffiċli biex jien niċċaqlaq ma' tim ieħor. Fil-fatt fil- passat anki timijiet oħra kellmuni u jien dejjem bqajt ma' Hibs. Imbagħad kif bdejt insir naf bil-possibbiltajiet kbar li Hibs ma jikkompetux ħadet iktar ħajja l-ipoteżi Valletta u kien hemm anki xi timijiet oħra li kellmuni, però Valletta, fosthom Dassier Borg, Alexander Fenech u James McKay, kien l-iktar tim li wera interess b'saħħtu fija u urieni li jridni bis-serjetà! Sadanittant jien stennejt lil Hibs sal-aħħar biex jikkomunikaw id-deċiżjoni u kif dan sar għalaqt xi dettalji ma' Valletta u llum tista' tgħid li jien plejer tal-Belt u kuntent! Staqsejna lil Xavier kif marret kollox ma' kollox l-esperjenza tiegħu ta' ħames snin ma' Hibs. Huwa afferma li: "L-esperjenza tiegħi ma' Hibs se tibqa' waħda memorabbli għalija! Kienu ħames snin tal-ġenn ma' nies tal-ġenn u llum il-ġurnata nista' nsejħilhom ħbieb tiegħi! Rigward il-futsal ma' Hibs jien irbaħt il-kampjonat is-sena l-oħra (l-isbaħ esperjenza u lgħabt diversi finali). Tgħallimt ħafna affarijiet tal-logħba tal-futsal ma' plejers barranin u Maltin ma' kowċis barranin u Maltin kif ukoll affarijiet mill-aspett uman ma' nies tal-kumitat speċjalment mal-President Duncan Borg Myatt u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom minn qiegħ qalbi. Kienet esperjenza sabiħa u li dejjem se tibqa' f 'qalbi!" U x'inhuma l-objettivi ta' Saliba għal din is-sena? Rigward objettivi għadu kmieni hekk kif it-tim ta' Valletta għadu qed jifforma ruħu, però jien ninsab fiduċjuż li jkollna staġun tajjeb fejn inkunu nistgħu nagħtu sfida lil kulħadd! Biex titkellem fuq rebħ għalissa għadu prematur ħafna! Trid timxi logħba b'logħba u tara kif inhu sejjer l-andament tal-kampjonat! L-objettiv personali tiegħi huwa li Valletta jiksbu post fil-playoffs u fl-ewwel sena jieħdu sehem kontra l-ġganti tal-futsal Malti avolja naf li mhux faċli imma nemmen li kif diġà għidt jista' jkun hemm skwadra ta' livell tajjeb! Finalment saqsejna lil Xavier jekk hux se jkun qed jikkowċja lil xi tim ieħor matul dis-sena. Huwa wieġeb hekk: "Għad m'għandi l-ebda offerta rigward kowċing ħlief li bħalissa se nkun qed nagħmel xi sessjonijiet mat- tfal tal-Malta Futsal School għas-sajf!" Xavier Saliba waqt il-preżentazzjoni bil-okk il-ġdid tiegħu ta' Valletta FC Meta Sebastian Vettel tgħallem jitlef JEKK kien hemm sportiv li ddiżappunta bil-kbir f 'dawn l-aħħar xhur, m'hemmx dubju li dan kien is-sewwieq tal-Formula 1 ta' Red Bull Racing Renault, Sebastian Vettel. Ilkoll nafu kif matul l-aħħar erba' staġuni dan kien meqjus bħala fenomenu fejn rebaħ erba' titli tal- kostrutturi konsekuttivi b'uħud saħansitra jqisuh bħala l-aqwa sewwieq li pproduċa l-Formula 1 f 'kull żmien, saħansitra bosta bdew isostnu li dan kien jippossjedi kwalitajiet aħjar fil-F1 mis-sewwieqa leġġendarji Ayrton Senna u Michael Schumacher. Iżda matul dan l-istaġun huwa qed jiddiżappunta bil-kbir fejn għadu lanqas biss rebaħ tellieqa waħda u l-aħjar post li kiseb kien it-tielet post. Sa dan iż- żmien, matul is-sena li għaddiet huwa diġà kien rebaħ erba' tlielaq u ħadd ma seta' jlaħħaq mal-qawwa tiegħu. Fil-preżent, huwa jinsab fis-sitt post fil-lista tal-kostrutturi b'70 punt u b'distakk ta' xejn inqas minn 95 punt mis-sewwieq li qiegħed fil-quċċata ta' din il-lista, Nico Rosberg, fuq Mclaren li għandu 165 punt. B'hekk jidher li sa minn issa Vettel huwa maqtugħ mit-tiġrija għar-rebħ tal- kampjonat tal-F1 fejn b'hekk kollox qed jindika li se jkollu jċedi x-xettru ta' champion lil xi wieħed miż-żewġ sewwieqa ta' Mclaren, Nico Rosberg u Lewis Hamilton li qed jiddominaw għal kollox dan il-kampjonat matul dan l-istaġun u huma l-favoriti netti li jirbħu l-istess kampjonat. Saħansitra s-sewwieq meqjus bħala t-tieni wieħed ta' Red Bull Racing Renault, l-Awstraljan Daniel Ricciardo għandu vantaġġ ta' 28 punt fuq Vettel meta għandu 98 punt u jinsab fit-tielet post fil-lista tal-kostrutturi għalkemm għandu distakk konsiderevoli minn Rosberg u Hamilton. Jidher li Vettel ġie affetwat b'mod negattiv mit-tibdil fir-regolamenti tal-magni li saru fil- bidu ta' dan l-istaġun, xi ħaġa li tidher li ma tantx affetwat lis-sewwieq sieħbu, Ricciardo. Tajjeb ngħidu li matul l-istaġun li għadda Vettel kiseb disa' rebħiet konsekuttivi, u rebaħ 13 mid-19-il tellieqa tal-F1 organizzati. Huwa rtira mit-trakka darba biss fil- Grand Prix ta' Silverstone fl-Ingilterra u temm fuq il- podju għal xejn inqas minn 16-il darba, hekk kif huwa u anki l-karozza li jsuq Red Bull Racing Renault dehru li ma kellhomx avversarji u li ħadd ma seta' jwaqqaf il-qawwa mmensa tagħhom. Imma matul dan l-istaġun kollox jidher li nqaleb ta' taħt fuq. Min jaf x'se jkun il-futur ta' Vettel u tar-Red Bull – nistennew u naraw! Staġun diżastruż għal Vettel l-Formula 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014