Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 31 SPORTSillum ħeffa. Kien Paulo Rossi li fetaħ l-iskor wara li rċieva minn kross ta' Gentile. Marco Tardelli u Alessandro Altobelli poġġew lit-Taljani 3-0 minn fuq wara kontrattakki ħfief. Lejn it- tmiem tal-logħba Paul Breitner għeleb lil Dino Zoff iżda dan ma kienx biżżejjed hekk kif it- Taljani reġgħu saru champions tad-dinja wara 44 sena sħaħ wara li għelbu lill-Ġermanja bl-iskor ta' 3-1. It-Tlettax-il Edizzjoni - Messiku 1986 L-Arġentina għat-tieni darba Il-Kolumbja kienet ġiet magħżula biex torganizza din l-edizzjoni f 'Ġunju tal-1974, iżda minħabba raġunijiet ekonomiċi rtiraw uffiċjalment f 'Novembru tal-1982, biex il-FIFA minflok għażlet lill- Messiku fl-20 ta' Mejju tal-1983 fejn għelbet il-kandidatura tal-Istati Uniti u l-Kanada. Il-Messiku sar l-ewwel nazzjon li organizza l-kompetizzjoni darbtejn fl-istorja. Tmien xhur qabel il-ftuħ, fil-Messiku kien għamel terremot qawwi, iżda ma saret l-ebda ħsara fil- grawnds fejn kellu jsir il-logħob. Is-sena 1986 kienet imsejħa 'Is- Sena tal-Paċi' minn Nazzjonijiet Uniti, u waqt it-Tazza tad- Dinja, il-belt tal-Messiku kienet miksija bi slogans bil-kliem 'Futbol għall-Paċi – Sena ta' Paċi.' Id-disinn tal-logo kien il-motto mhux uffiċjali li ġie addottat mill-FIFA 'Id-Dinja magħquda bil-ballun'. Finali Eċitanti Il-finali saret quddiem 114,000 spettatur u rajna partita sabiħa u eċitanti. Kien hemm il-futbol metikoluż tal-Ġermanja u l-intelliġenza tal-Arġentina flimkien mal- immaġinazzjoni ta' Maradona. Kien fil-fatt Maradona li beda jiftaħ kull darba l-ispazju fid-difiża tal-Ġermanja biex Jose Brown fetaħ l-iskor f 'nofs l-ewwel taqsima. Meta fil-55 minuta reġa' skorja Jorge Valdano deher li l-Ġermaniżi kienu sejrin iċedu. Deher kollox mitluf għall-Ġermanja, iżda dawn irkupraw bi spirtu kumbattiv, meta l-ewwel skorja Karl Heinz Rummenigge fl-74 minuta u sitt minuti wara Rudi Voeller ġab l-iskor indaqs għall-Ġermaniżi. Il- Ġermaniżi baqgħu jippressaw, iżda żbaljaw li ħallew id-difiża miftuħa beraħ, biex f 'mument minnhom Diego Armando Maradona ħataf l-okkażjoni, għadda ballun preċiż lil Jorge Burrachega li avvanza u tefa' fix-xibka. Kif kien xieraq u mistenni fi Buenos Aires kien hemm festa kbira u madwar 30 miljun ruħ iċċelebraw fit-toroq ewlenin. Reġa' kellna messaġġ qawwi li għall-futbol m'hemmx fruntieri. Maradona kien il-plejer tat-turnament, filwaqt li l-Ingliż, Gary Lineker rebaħ iż-Żarbun tad-Deheb bħala l-aqwa skorer ta' din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Arġentina. L-Erbatax-il Edizzjoni – Italja 1990 Il-Ġermanja terġa' tirbaħ f 'finali li ddiżappuntat Qabel il-finali ta' din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil, il-FIFA kienet ħabbret li kellha ssir replay dejjem jekk il-logħba sa wara l-ħin barrani tkun għadha f 'riżultat ta' parità. Il-finali kienet waħda li ddiżappuntat ferm u offriet livell ta' futbol baxx. Il- Ġermaniżi ddominaw il-logħba mill-bidu sal-aħħar iżda kien biss fl-84 minuta li rnexxielhom isibu x-xibka permezz ta' penalty ta' Andreas Brehme wara fawl minn Roberto Sensini fuq Rudi Voeller. Tajjeb ngħidu li wara l-logħba l-awtur tal-gowl Ġermaniż Brehme saħaq li ma kien hemm l-ebda fawl bejn il-plejer Arġetinjan u dak Ġermaniż. Rimarkabbli huwa l-fatt li wara din il-finali l-Arġentina sar l-ewwel tim li ma rnexxilux jiskorja waqt finali tat-Tazza tad-Dinja. Ukoll iktar qabel Pedro Monzon sar l-ewwel plejer li tkeċċa waqt finali wara fawl fuq l-attakkant prolifiku Ġermaniż, Jurgen Klinsmann. Din l-informazzjoni ttieħdet mill-ktieb bil-Malti – L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja 1930 - 2014, miktub minn Mario Meli li bħalissa jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin. Il-captain tal-Ġermanja, Lothar Matthaeus, jgħolli t-Tazza tad-Dinja wara li t-tim tiegħu rebaħ l-edizzjoni tal-1990 fl-Italja Il-poster uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-1990 fl-Italja Plejers tal-Arġentina jifirħu bil-kbir wara li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal- 1978

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014