Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
34 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 Kemm kellek żmien meta bdejt tilgħab il-badminton u x'kienu l-ewwel unuri li rbaħt f 'dan l-isport? Bdejt nilgħab il-badminton mill-età żgħira ta' 5 snin meta kien għad hemm iz-ziju kowċ tat-tim nazzjonali Malti. Ta' 9 snin irbaħt l-ewwel darba l-kampjonati nazzjonali tal-U/11. U bqajt tiela' nirbaħ il-Kategoriji tal-U/13, U/16, U/19 maż-żmien sakemm wasalt biex irbaħt l-ikbar unur ta' Malta fl-età ta' 23 sena. Għandek xi għafsiet ta' qalb u rimorsi marbutin ma' dan l-isport? Għafsiet ta' qalb hemm ħafna, imma nixtieq insemmi wħud minnhom. L-ikbar waħda naħseb hi li meta kelli 16-il sena xoljew it- tim nazzjonali tal-badminton, biex spiċċajt nitħarreġ darba fil-ġimgħa biss għal ħames snin segwenti u sena oħra b'żewġ sessjonijiet fil- ġimgħa. Fil-fehma tiegħi meta kien għad kelli dik l-età huwa l-iktar żmien kruċjali fejn atleta jiżviluppa t-teknika, u l-abilità fiżika tiegħu. Rimors ieħor li għandi huwa li minn meta konna żgħar, qatt ma kelli ċans nilgħab il-mixed doubles għax it-tfajliet li kienu tamparna kienu jispiċċaw jilagħbu mal- ġuvintur il-kbar, b'hekk ma stajtx nibqa' nkabbar il-ħiliet tiegħi fil-logħba ma' partner. U nemmen li din il-ħaġa għadni nbati biha sal- ġurnata tal-lum. Kif komplejt tevolvi fil-badminton u x'suċċessi rnexxielek tikseb? F'Ottubru tal-2012 bdejna t-taħriġ bħala 'selezzjoni' tal- aħjar atleti Maltin fejn ħassejt li fi ftit xhur għamilna progress qawwi biex wasalna għar-rebħ tat-titlu nazzjonali tas-singles u tad-doubles f 'April tal-2013. Fi triqti għal finali, kelli logħba iebsa kontra ċ-champions tas-sena ta' qabel fejn irbaħt is-semi-finali fi 3 setts wara li tlift it-tieni sett kontroversjalment. Fil-finali ltqajt mal-partner tad-doubles tiegħi, Stephen Ferrante. Din hija logħba li kienet insidjuża peress li lgħabna ħafna kontra xulxin fit- taħriġ, allura konna nafu t-tattiċi u d-difetti ta' xulxin. Barra minn hekk, għat-tnejn li aħna kienet l-ewwel finali li qatt lgħabna, allura, kien hemm ħafna eċitament miż- żewġ naħat. Bla dubju, t-titlu tad- doubles ma kienx ikun possibbli mingħajr Stephen li kien, u għadu jkun hemmhekk għalija kemm fil- court kif ukoll fil-ħajja personali. X'inhuma l-isbaħ tifkiriet li għandek fil-livell internazzjonali? Esperjenzi internazzjonali f 'Malta kelli darbtejn biss. Meta kont iżgħar, ta' kull sena kienu jiġu l-barranin u kien jingħaqad il-junior squad. L-ewwel sena ma kontx magħżul mat-tim biex nirrapreżenta lil pajjiżi, iżda l-għada tat-team event kien imiss il-kompetizzjoni individwali u kont irbaħtha flimkien ma' barrani li bħali, kien imwarrab mit-tim, u li qatt ma kont lgħabt miegħu qabel. Is-sena ta' wara niftakar kienu ġew żewġ timijiet minn Skozja u l-Irlanda. Il-kowċ lgħabni s-singles u d-doubles fejn kont irbaħt iż-żewġ logħbiet. B'dawn iż-żewġ rebħiet għamilt kuraġġ kbir u bdejt nemmen fil-potenzjal tiegħi. Peress li kienu xoljew it-tim nazzjonali, kelli nistenna erba' snin biex nikkompeti fix- xena internazzjonali, din id-darba fil-Logħob tal-Mediterran li saru fi Sqallija flimkien mat-tim ta' Birkirkara BC. Din għalija kienet l-ewwel u waħda mill-isbaħ esperjenzi barra minn xtutna. Kellna l-ewwel logħba kontra l-aqwa selezzjoni ta' Sqallija, wara li konna rbaħna d-Doubles tal- Irġiel fuq żewġ sets. Kollox kien iħoll u jorbot mill-aħħar logħba fejn jiena flimkien ma' kuġinti, Fiorella-Marie Sadowski, tlifna l-ewwel sett 17-21, u bi prestazzjoni qawwija rnexxielna negħlbu lir- rivali tagħna bl-iskor identiku ta' 21-16 fiż-żewġ logħbiet li kien għad fadal. L-emozzjoni li tirbaħ logħba daqshekk importanti għal pajjiżek hi verament indeskrivibbli. Wara din l-esperjenza, s'issa, qatt ma kellna l-opportunità li nilagħbu bħala tim għal Malta. Biss, flimkien ma' Fiorella-Marie, Stephen Ferrante u Stefan Salomone, bdejna nitilgħu nirrappreżentaw lil pajjiżna minn butna. Dorna postijiet bħall-Irlanda, ir-Rumanija, l-Ingilterra, l-Italja, il-Portugall u Ċipru liema tournaments ikunu validi biex takkwista punti għall- kwalifikazzjoni fl-Olimpjadi. Dan l-aħħar, jiena u Fiorella-Marie kkwalifikajna għall-Kampjonati Ewropej li saru ġewwa Kazan, ir-Russja, fejn iltqajna mal-ġganti ta' dan l-isport. Meta tkun hemm u ġġorr il-bandiera ta' pajjiżek u tara li qiegħed f 'nofs uħud mill- aqwa mid-dinja mingħajr ma trid tħossok kburi li inti Malti. Meta tqis li l-atleti li nilagħbu kontrihom ikunu jitħarrġu full-time, waqt li aħna naħdmu u jekk jibqa' ħin immorru nitħarrġu, ir-riżultati li jkollna fil-logħob jkunu jawgura tajjeb. Qed tara progress fil-badminton lokali? Iva. Il-progress fil-badminton lokali qed jidher kompetizzjoni wara oħra u qatt mhu se naqtgħu qalbna mit-tir tagħna li forsi xi darba naraw lil xi atleta Malti jirrapreżenta lil xtutna fl-ikbar avveniment sportiv, l-Olimpjadi. Liema kien l-isbaħ mument fil- karriera tiegħek sa issa? Ovvjament l-isbaħ mument tiegħi kien meta rbaħt it-titlu ta' champion ta' Malta, fejn b'dispjaċir ma stajtx niddefendi minħabba numru ta' injuries li waqqfuni milli nkompli nitħarreġ għall-kampjonati nazzjonali. Dan kollu mingħajr ma nneħħi mertu liċ-champions il-ġodda, għax persważ li ħadmu ħafna biex waslu sa fejn waslu. Li kieku kellek tiddeskrivi dan l-istaġun li għadu kif intemm fi ftit kliem, kif tiddeskrivih? Dan l-istaġun intemm hawn għalija, fejn filwaqt li fil-bidu tiegħu kont qiegħed inħares lejh b'entużjażmu, spiċċa biex kien wieħed mill-iktar deludenti. Nieqaf? Qatt! Dejjem tgħallimt li dejjem għandi nbati biex nieħu dak li ħaqqni. U kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-badminton? Għalissa se niffoka biex nirkupra kompletament mill-injuries, wara nkun nista' nfassal pjanijiet iktar fid-dettall. Li naf biċ-ċert hu li se nagħmel l-almu tiegħi biex nerġa' nkun fil-court kemm jista' jkun malajr u s-sena d-dieħla, jekk Alla jgħoġbu jagħtini s-saħħa biex inkompli, se niġġieled għal kull titlu disponibbli anki b'avversarji ta' livell għoli u żgħażagħ li huma promettenti ħafna. U għandi tir li nerġa' nikkwalifika għall- Kampjonati Ewropej tal-Badminton li se jsiru sentejn oħra fi Franza. Hemm xi titlu partikolari li tixtieq tirbħu u għadek ma rbaħtux? Fadal titlu wieħed li għadni qatt ma rbaħtx, li huwa l-Mixed SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Samuel Cali – isem li m'għandu bżonn ebda introduzzjoni l- badminton lokali hekk kif rebaħ kważi kull unur li għandu x'jori dan l-isport li kulma jmur qed jikber l-popolarità f'pajjiżna, ħlief il-Mixed Doubles Talent kbir "Il-badminton qatt ma ngħata l-attenzjoni li jistħoqqlu" "Nieqaf? Qatt! Dejjem tgħallimt li dejjem għandi nbati biex nieħu dak li ħaqqni"