Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
ISSEGRETARJU Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius nieda l-abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li se tkopri bejn l-2015 u l-2020. Il-Politika Nazzjonali għandha għan ewlieni li tagħti appoġġ liż-żgħażagħ ta' bejn it-13 u t-30 sena u jrid ikollha miri realistiċi li jagħtu l-frott fi żmien stipulat. Ix-xogħol fuq dan l-abbozz tal-Politika Nazzjonali beda s-sena li għaddiet meta s-Segretarju Parlamentari preċedenti fforma kumitat li għamel dan l-ewwel abbozz. Sabiex tfassal dan l-abbozz il- kumitat ikkonsulta ma' diversi żgħażagħ, gruppi taż-żgħażagħ u entitajiet oħra; studja strateġiji li kienu ppubblikati fil-passat riċenti u dak remot u segwa l-linji gwida li toffri l-Unjoni Ewropea f 'dan is- settur. L-abbozz tal-Politika Nazzjonali issa huwa miftuħ għall-konsultazzjoni. La dan huwa abbozz ifisser, li mhux wieħed finali. Il-konsultazzjoni se tinkludi wkoll seminar li għalih se jkunu mistiedna fost l-oħrajn entitajiet u gruppi ta' żgħażagħ jew ħaddiema/ persuni li jaħdmu maż- żgħażagħ biex huma wkoll jipparteċipaw f 'din il-politika. Is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq li l-Gvern jemmen li biex din il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tkun effettiva tinħtieġ li tkun imsejsa minn ċerti prinċipji u livelli. Il-Gvern jemmen fiż-żgħażagħ, jemmen li jridu jingħataw l-opportunitajiet u l-għodda għaliex huma jagħmlu soċjetà aktar b'saħħitha. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu l-fulkru ta' kull soċjetà, primarjament għaliex huma kreattivi u allura jħarsu lejn il-ħajja b'lenti differenti. Il-kreattività tgħin biex ir-rota tal-ekonomija ddur u ssaħħaħ is-soċjetà kollha kemm hi. Minbarra hekk tnediet ukoll paġna fuq Facebook, bl-isem ta' National Youth Policy Malta li se sservi ta' pjattaforma sabiex mhux biss jingħata aċċess għall-abbozz tal-Politika Nazzjonali u jiġu reklamati l-avvanzi u d-diskussjonijiet relatati ma' dan l-abbozz imma wkoll sabiex dawk kollha interessati jistgħu jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom u jipparteċipaw fil- konsultazzjoni. 6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 Jitnieda l-abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ "Enemalta u Shangai Electric bi 30 proġett ta' enerġija rinovabbli fl-Ewropa" – Muscat SAVIOUR BALZAN MINN GUIYANG, ĊINA "ENEMALTA u Shangai Electric diġà għandhom proġetti għall-enerġija rinovabbli fl-Ewropa," Muscat qal dan lil Viċi President Ċiniż Li Yuanchao fit-tħejjija għal forum fuq żvilupp industrijali. Iktar tard hu kkonferma li kien hemm madwar 30 proġett ta' enerġija rinovabbli li flimkien kienu se jipproduċu 600 MW. Shangai Electric għandha 33% tal-istakes fil- korporazzjoni Enemalta. Muscat nhar il-Ħamis żar park industrijali ġdid fi Guiyang waqt iż-żjara tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ- Ċina. Id-delegazzjoni Maltija saħħet ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-Gvern Ċiniż bl-iffirmar ta' memorandum ta' ftehim kruċjali iktar kmieni din il- ġimgħa. Il-park eko-industrijali Guiyang Foxconn qiegħed fil-kampanja pittoreska qalb l-għoljiet ippuntati, tipiċi ta' din il-provinċja. Fost il-laqgħat li kien hemm, kien hemm żjara fil-kamp industrijali ta' Foxxcon. Hemmhekk il- maniġment urew lil Muscat il-prodotti diversi li kellhom, minn robotika sat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ. F'Foxconn, il-Prim Ministru ġie muri wkoll "l-ikbar TV fid-dinja", li fuqu kien hemm filmat tiegħu, li baqa' fuq dan it-TV matul iż- żjara kollha fil-fabbrika. Il-klijenti ta' Foxconn jinkludu kumpaniji Amerikani u Ewropej u kumpaniji elettroniċi Ġappuniżi. Foxxcon jimmanifatturaw l-aġġeġġi ta' Blackberry, iPad, iPhone u Kindle u anke l-PlayStation 4. Muscat deher impressjonat bl-ammont ta' prodotti u bl-enfasi qawwija fuq il-produzzjoni ta' prodotti b'impronta tal-karbonju baxxa. Kien b'mod speċjali impressjonat minn sistema tad-dawl tat-toroq li taħdem bix-xemx. Din tixgħel skont it-traffiku li jkun riesaq lejha. Saviour Balzan sbalzan@mediatoday.com.mt Muscat waqt iż-żjara tiegħu f'Foxconn Chris Agius waqt it-tnedija tal-abbozz