Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 7 Anzjanità attiva ġewwa San Vinċenz de Paul WARA taħriġ li sar lill- membri tat-tim tat-Taqsima Anzjanità Attiva ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana inawgurat u tat ċertifikati uffiċjali ta' tlestija lill-ħaddiema li lestew it- taħriġ. Is-Segretarju Parlamentari qalet li din it-taqsima hija importanti ferm għax qiegħda tgħin biex iżżomm l-anzjani residenti ġewwa San Vinċenz de Paul iktar attivi u b'hekk qed tingħatalhom kwalità ta' ħajja aħjar. Din it-taqsima torganizza attivitajiet lir-residenti kif ukoll toħroġhom għall-attivitajiet barra mir-residenza. Dr Caruana faħħret lil dawn il-ħaddiema għaliex huma pijunieri fit-twettiq tal-kunċett ta' Anzjanità Attiva li qiegħed jippromwovi s-Segretarjat Parlamentari u li qed jitwettaq permezz tal-istrateġija nazzjonali. Dr Justyne Caruana rringrazzjat lil dan it-tim li jaħdem b'tant dedikazzjoni u li jagħmel xogħlu mill-qalb. ILGRUPP Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ltaqa' formalment mal- amministrazzjoni tal-Union Ħaddiema Magħqudin nhar il- Ħamis li għadda fil-Kwartieri Ġenerali tal-UĦM fil-Furjana. Waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi oqsma ta' importanza, fosthom il-ħolqien tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sellem lis- Segretarju Ġenerali Josef Vella u lill-amministrazzjoni kollha tal-UĦM u stqarr li bħala Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiltaqa' mal-imsieħba soċjali u jisma' direttament il-kwistjonijiet li jolqtu lill-ħaddiema. L-għan tal-Partit Nazzjonalista hu li jikkomunika kontinwament mas-sħab soċjali u jiżviluppa l-politika tiegħu b'mod li jirrifletti l-ħtiġijiet tan-nies. Hu qal li unjin bħalma hi l-UĦM għandha rwol importanti ferm għax twassal il-kwistjonijiet li jaffetwaw lill-ħaddiema u lill-familji kemm f 'fora bħall- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), kif ukoll permezz ta' laqgħat kontinwi mal-Gvern u mal- Oppożizzjoni. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni hi rwol kruċjali f 'demokrazija, u saħaq li l-Partit Nazzjonalista fl- Oppożizzjoni se jkun qiegħed jagħti kontribuzzjoni sħiħa għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex jiżviluppa politika biex ikun Gvern alternattiv. Simon Busuttil tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu rispett sħiħ għall-awtonomija u l-indipendenza tat-trejdunjins, u li dan hu punt kardinali fir- rispett reċiproku li għandu jkun hemm bejn il-partiti politiċi u l-imsieħba soċjali. Trejdunjins għaqdiet ta' min iħaddem li huma indipendenti huma ħolqa kruċjali għal demokrazija b'saħħitha. Fl-introduzzjoni tiegħu, is- Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella qal li l-unjin hi impenjata bis-sħiħ biex twettaq djalogu soċjali b'mezzi ġodda u innovattivi bħal-laqgħa li qiegħda ssir bejn il-UĦM u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Huwa sostna li l-UĦM iżżomm kuntatt kontinwu mal-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l-familji u allura għandha d-dmir li tagħti s-sehem sħiħ tagħha biex pajjiżna jiżviluppa politika li tilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies. Josef Vella qal li d-djalogu soċjali hu miżien delikat u li r-rwol tat-trejdunjins hu li jżommu l-bilanċ meħtieġ biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem. Huwa awgura li l-laqgħa bejn il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u l-UĦM issegwi b'laqgħat oħrajn għat-tisħiħ tal-politika dwar ix-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema. L-anzjani tagħna qed jibqgħu attivi u għandhom kwalità ta' ħajja aħjar Rispett sħiħ għall-awtonomija tat-trejdunjins Il-Kap Nazzjonalista jżur il-UĦM S E J! A G! A L L - O F F E R T I MALTA RESOURCES AUTHORITY Millennia, Triq Aldo Moro, Marsa Tel.: 22955121; Fax.: 22955200 http://www.mra.org.mt Kiri ta' Uffi!ini L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Ri�orsi tistieden lil dawk interessati sabiex jissottomettu l-offerta tag�hom g�all-kiri ta' uffi�ini. Offerti mag�luqa, bl-avvi� Numru MRA/58/2014 immarkat �ar, g�andhom ji�u depo�itati fil-kaxxa tal-offerti g�and l-Awtorità ta' Malta dwar it-Ri�orsi, Millennia, it-Tieni Sular, Triq Aldo Moro, Marsa, MRS 9065 sa mhux aktar tard mill- 10 a.m. tal- "img#a, 5 ta' Settemberu 2014. Aktar dettalji jistg�u jin�abru mis-sit elettroniku tal- Awtorità : www.mra.org.mt