Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

ILQTIL ta' Fathi Shqaqi, li kien il-Kap u l-Fundatur tal-Moviment Islamiku Jihad, seħħ nhar il-Ħamis, 26 ta' Ottubru 1995 fis-1.15pm quddiem il- Lukanda Diplomat fi Triq it-Torri f ' Tas-Sliema. Dan il-qtil kien ilu ppjanat li jsir f 'Malta minn ħames snin qabel. Għalkemm il-qtil ta' Shqaqi jitqies bħala omiċidju mhux solvut, l-aktar għax il-qattiela qatt ma tressqu l-Qorti, l-awtoritajiet jafu l-mottiv u min seta' kien il-moħħ wara dan il-qtil terroristiku. Dokumenti żvelati wara l-qtil tiegħu li wrew li l-ewwel darba li huwa ġie Malta kien fl-14 ta' Diċembru 1993 fi triqtu minn Ruma lejn Tripli, iżda Shqaqi kien jiġi Malta ta' spiss taħt isem falz u dokumenti foloz. F'dak il-perjodu ma kienx hemm titjiriet minn u lejn il- Libja minħabba riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fl-1992 wara li Muammar Ghaddafi ma riedx jikkopera fil-każ ta' Lockerbie. Għaldaqstant Shqaqi kien jivvjaġġa bejn Malta u Tripli bil-vapur. Minħabba raġunijiet ta' sigurtà, il-Kap tal-Jihad dejjem ivvjaġġa taħt isem falz. Meta nqatel huwa kien qed juża l-isem Dr Ibrahim Ali A. Shawesh, Libjan ta' 43 sena. Fil-fatt huwa kien irreġistrat b'dan l-isem mal-Lukanda Diplomat f 'Tas-Sliema fejn kien qed joqgħod. L-awtoritajiet Maltin, saħansitra anke s-servizzi sigriet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ma kellhom ebda ħjiel li f 'Malta kien hawn bniedem li kellu prezz fuq ħajtu biex jinqatel. Fathi Shqaqi kien identifikat tliet ijiem wara tant li stqarrija uffiċjali dwar l-identità tiegħu ħarġet il-Ħadd, 29 ta' Ottubru. L-ewwel informazzjoni kienet li l-vittma kien ċittadin Libjan. L-identità ta' Shqaqi ġiet żvelata meta l-kadavru tiegħu kien diġà ttieħed il-Libja. Kien tard il- Ħadd filgħodu li l-Pulizija Maltija kienet infurmata uffiċjalment bl-identità ta' Fathi Shqaqi. Att terroristiku inkwetanti Kif sar magħruf min verament kien il-vittma, qamet il-mistoqsija dwar is-sigurtà f 'Malta u kif persuna bħal Fathi Shqaqi kienet tidħol u toħroġ minn Malta u ħadd ma jaf min verament hi. Min-naħa l-oħra, iżda, l-għedewwa tal-Jihad Islamiku mhux biss kienu jafu sew min hu Fathi Shqaqi, iżda kienu ilhom ħames snin jippjanaw biex joqtluh hawn Malta. Il-qtil tal-Mexxej tal- Jihad fi gżira bħal Malta mhux biss kienet poġġiet lil pajjiżna f 'dell ikrah minħabba n-nuqqas ta' sigurtà, iżda wkoll minħabba l-laxkezza kif il-qattiela kien irnexxielhom jaħarbu mill- pajjiż mingħajr ħadd ma jinduna. Qtil professjonali Mill-istħarriġ li kienu għamlu l-Pulizija fuq id- diskrezzjoni li ngħataw tal- qattiela, irriżulta li wieħed minnhom kien joqgħod f 'appartament f 'Tas-Sliema. Is-suspett kompla jikber meta dan qatt ma reġa' mar fl-appartament wara dan l-att terroristiku. Dakinhar tad-delitt is- suspettati kienu dehru flimkien ftit wara l-5am f 'Buġibba fuq mutur Yamaha. Il-pjan Kif is-soltu jsir meta jseħħ qtil terroristiku, il-pjan ikun maħsub u fid-dettall. Il- ġurnalist Gordon Thomas f 'artiklu li kien kiteb fil- ġurnal 'Telegraph', isemmi l-qattiela bl-ewwel isem – Gil u Ran. Dawn kienu daħlu Malta separatament wara li nħarġulhom passaporti foloz f 'Ruma u f 'Ateni rispettivament. Kif waslu Malta marru joqogħdu fil-lukanda 8 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt L-ewwel parti: Il-qtil ta' Fathi Shqaqi f 'Tas-Sliema L-ewwel John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Servizzi ġodda fl- ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u ta' Raħal Ġdid Simplifikar fil-pensjoni tar-romol MINN din il-ġimgħa bdew jitħaddmu sistemi ġodda li permezz tagħhom jiżguraw aktar kontroll fuq il-provista tal-mediċini fiċ- Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u ta' Raħal Ġdid. Dan qed isir biex il-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar u tiżdied l-effiċjenza u l-effettività tas-servizz offrut mill- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC). Dawn is-sistemi l-ġodda tal-IT huma intiżi biex l-ispiżjara jkollhom stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jipprevjenu minn qabel li tonqos il-provista ta' mediċina partikolari. Din is-sistema ġdida tal-IT tippermetti li jkun hemm ġestjoni aħjar u kontroll iktar effettiv li għandu jgħin biex il-pazjent li jagħmel użu minn dan is-servizz ikollu provista ta' mediċina għas- sodisfazzjon tiegħu. Pazjenti li jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżerji taċ-Ċentru tas-Saħħa tal- Furjana u ta' Raħal Ġdid, u li riċentament irċevew il-Patient Voucher Letter tagħhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), għandhom jippreżentaw dan il-vawċer meta jiġbru l-mediċini tagħhom mill- imsemmija ċentri. "WEGĦEDNA Soċjetà Ġusta, u għalhekk f 'kull ħaġa li nwettqu qed naraw li kulħadd igawdi mill-ġid li jinħoloq u jgawdi wkoll mill-istess ħidma tagħna ta' kuljum." Dan qalu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia meta ħabbar simplifikar fil-Pensjoni tar-Romol. Farrugia qal illi llum nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li ż-żewġ wegħdi elettorali b'risq ir-romol diġà wettaqniehom. Dr Farrugia qal li sar kif kien imwiegħed, jiġifieri, il- pensjoni tar-romol tingħata mingħajr tnaqqis lir-romol kollha li jkunu jaħdmu, mingħajr eċċezzjoni. Dak li ridna nfissru b'ġustizzja soċjali – għaliex b'hekk inċentivajna aktar romol jagħtu sehemhom fid-dinja tax-xogħol, ikunu produttivi kif ukoll itejbu d-dħul tagħhom u tal-familji. Il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar it-twettiq tal-wegħda li neżentaw mill-ħlas tal-kontribuzzjoni lil dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu f 'darhom u jkollhom carer impjegat magħhom. Dan għaliex l-anzjani kienu jitqiesu bħala persuna li tħaddem. Bħalissa qed isir aktar xogħol f 'dan il-qasam għaliex hija x-xewqa tagħna li naraw l-anzjani jibqgħu jgħixu fl-ambjent ta' darhom filwaqt li nagħtu opportunità lil qrabathom biex ikomplu jaħdmu u mhux jitilqu mix-xogħol biex jieħdu ħsiebhom. Dr Michael Farrugia qal li s'issa, armel jew armla kellhom jagħmlu talba formali apposta biex jirċievu l-pensjoni tar-romol. Sal-lum, persuna li tkun għadha kemm tilfet persuna għażiża li tkun għexet magħha għal numru ta' snin, kien ikollha tgħaddi mill-martirju li tiġbor iċ-ċertifikat tal-mewt u tmur tapplika fl-Uffiċċju Distrettwali; biex imbagħad tiġi pproċessata fid- Dipartiment tal-Belt Valletta. Kemm-il darba l-persuna li tormol tmur jew ma tmurx fl-Uffiċċju Distrettwali, din xorta tirċievi ittra ta' avviż biex tapplika għall-pensjoni tar-romol u hekk jibda l-proċess li semmejna. Michael Farrugia qal li din il-ħidma b'risq is-soċjetà Maltija biex naraw Soċjetà Ġusta se titkompla. Dan hu proċess kontinwu bbażat fuq is-solidarjetà soċjali għax nemmnu bis-sħiħ li kull min jiflaħ għandu jikkontribwixxi filwaqt li nwieżnu lil dawk kollha li jaqgħu lura u jistgħu jħossuhom esklużi. Il-Ministru Farrugia qal li fil-qasam tas- simplifikazzjoni qed naħdmu biex sal-aħħar tas- sena ndaħħlu tliet inizjattivi ġodda. L-identità ta' Shqaqi ġiet żvelata meta l-kadavru tiegħu kien diġà ttieħed il-Libja Il-Kap u l-Fundatur tal-Moviment Islamiku Jihad, Fathi Shqaqi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014