Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 9 f 'Malta ta' mexxej barrani Diplomat f 'Tas-Sliema, l-istess waħda fejn kien qed joqgħod Shqaqi. Huma kienu qegħdin jagħmlu użu minn mutur Yamaha XT li Ran kien qal lil xi ħadd fil-lukanda li kien se jużah biex idur bih hawn Malta waqt il-btala. Thomas irrapporta wkoll li vapur tal-merkanzija minn Haifa, fl-Iżrael, kien talab lill-Awtoritajiet tal-Port ta' Malta biex jitfa' l-ankri barra l-kosta Maltija minħabba xi ħsarat li kienu żviluppawlu. Fuq dan il-vapur kien hemm grupp ta' tekniċi fil-komunikazzjoni li kienu jagħmlu parti mill-grupp tal-Mossad. Dawn għamlu kuntatt maż- żewġ terroristi permezz ta' radju li Gil kien qed iġorr f 'bagalja. Minn fuq dan il- vapur, il-Mossad taw l-aħħar struzzjonijiet liż-żewġ aġenti bil-movimenti ta' Shqaqi. Jintlaqat b'ħames tiri minn sitta li sparaw B'tentattiv biex il-qattiela ma jħallu l-ebda traċċa, l-arma li ntużat mhux biss kienet armata b'silencer imma kellha wkoll borża mwaħħla magħha biex l-iskrataċ ma jinfirxux mat- triq, imma jispiċċaw fil- borża. Il-pjan tal-qtil kien ippjanat sal-iċken dettall. Il-qattiela li ntbagħtu Malta biex iwettqu dan ir-reat kellhom l-informazzjoni kollha dwar il-passi ta' Shqaqi. Kienu jafu li Dr Ibrahim Ali A. Shawesh, kien Shqaqi u minkejja li dakinhar kien liebes parrokka xorta waħda kienu bdew isegwuh minn kmieni filgħodu. Ran kien qed isuq il-mutur filwaqt li Gil kien riekeb fuq wara. Shqaqi kien miexi fuq il-bankina, wara li mar jixtri xi affarijiet fosthom rigali għat-tfal. Kif wasal quddiem id-Diplomat, resqu lejh bil- mutur u Gil spara sitt tiri. Shqaqi ntlaqat f 'moħħu u fuq wara ta' rasu u miet mill-ewwel fuq il-bankina fejn spiċċa wiċċu 'l isfel f 'għadira demm. Minn hemm il-qattiela dehru jaħarbu b'veloċità eċċessiva fejn x'aktarx li baqgħu sejrin lejn l-Imsida. Kien intqal li xi nies kienu raw kemm il- mutur kif ukoll żewġt irġiel barranin qrib il-jott marina kemm dakinhar tad-delitt f 'xi ħin filgħodu u anke aktar tard waranofsinhar wara li kienu wettqu l-qtil. Jinstab il-mutur u balla Il-mutur Yamaha XT li ntuża fid-delitt iddaħħal Malta fit-12 ta' Awwissu 1995 minn Franza. Dakinhar kien inġieb f 'Malta minn ċertu Philippe Renè Hamand ta' nazzjonalità Franċiża. Hamand kien ibbukkja kamra fil-Lukanda Holiday Inn f 'Tignè u kellu jibqa' hawn Malta għal ġimgħa. Iżda wara li seħħ id-delitt u nstab il-mutur abbandunat, irriżulta li l-isem Philippe Renè Hamand kien falz u fl- ebda ħin ma mar fil-Holiday Inn. Minkejja li l-Franċiż kellu jqatta' btala f 'Malta ta' ġimgħa, ma nstabu l-ebda dokumenti li Hamand kien ħalla Malta. Xi jiem wara l-qtil il- Pulizija kienu informati li kienet instabet balla f 'tyre. Irriżulta li sid ta' karozza Volkswagen, li dakinhar tad-delitt kienet ipparkjata qrib fejn inqatel Shqaqi, meta mar biex juża l-karozza sab li kellu puncture f 'tyre. Għaldaqstant kien ħa tyre biex isewwih u kien hawn li l-vulcaniser irrimarkalu li kien hemm xi ħadd li kellu għalih wara li sab li t-tyre kien infaqa' minħabba tir ta' arma tan-nar tant li fih instabet is-sitt balla. Il-ġimgħa d-dieħla Il-ġimgħa d-dieħla nkomplu bit-tieni parti ta' dan il-qtil fejn naraw kemm kien ilu ppjanat, min kien jaf li Shqaqi kien hawn Malta, il-ħarba tal-qattiela u aktar dettalji. Appell Kull ġimgħa ma' kull artiklu dwar l-omiċidji mhux solvuti, nagħmlu appell biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numri 119 jew 21224001. Għalkemm din il-ġimgħa xorta qed inġeddu dan l-appell, qed inkunu wkoll realistiċi u konxji li huwa diffiċli li l-Pulizija tista' tingħata xi tip ta' għajnuna. Skeċċ taż-żewġ suspettati li qatlu lil Fathi Shqaqi Fathi Shqaqi fl-art mejjet f 'għadira demm quddiem il-lukanda Diplomat f 'Tas-Sliema