Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
16 illum | Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 FLOBITWARJI li dehru dwar l-awtur u ġurnalista Anton Cassar, tħalla barra element importanti tal- perċezzjoni letterarja tiegħu. Cassar kien il-bniedem li fetaħ l-ispazju kollu mhux biss għax-xogħlijiet ġodda tal- grupp Moviment Qawmien Letterarju, iżda offra tiġdid letterarju għad-diskors kontroversjali fid-dibattiti ideoloġiċi tas-sittinijiet u nofs is-sebgħinijiet. Kien il-ġurnal L-Orizzont (li tiegħu Cassar kien editur) li, flimkien ma' Il-Ħaddiem, l-organu tal-Moviment Ħaddiema Insara, wessa' l-vista tal-awturi l-ġodda li riedu jinqatgħu minn romantiċiżmu skadenti u ddominat minn tendenzi li rabtu r-reliġjon mal- patrija. Bħala bniedem fuq ix-xellug tal-istorja, Anton Cassar fehem x'kienu qed jippruvaw jagħmlu l-awturi tal-Moviment. Paradossalment, Cassar innifsu kien beda l-ewwel esperimenti letterarji tiegħu meta kien għadu jistudja fis-seminarju (ta' Għawdex u ta' Malta). Kien minn dawk l-inħawi li Cassar beda jiddakkar min-nebħa rivoluzzjonarja u l-lehma għall- ħelsien. Dawn il-motivi, Cassar kien sejħilhom "L-Apprendistat poetiku tiegħi" (ara Bejn iż- Żerniq u l-Għabex ta' Ħajti, 2008) fejn l-ispiritwalità tinbidel f 'għanja politika- morali għal-libertà. Fil-Għanja tal-Ħelsien, mill-perjodu tas-Seminarju, Anton Cassar kien qed iqanqal lill-pajjiżi fil- ħakma tan-Nażiżmu-Faxxiżmu (iċ-Ċekoslovakkja, il-Polonja, Franza, l-Olanda, il-Belġju u l-Greċja, fost l-oħrajn) biex ma jċedux u jingħaqdu għat-"tiswir mill-ġdid tal-Ewropa"). Appell tassew profetiku. Il-kunflitt bejn il-Lemin Faxxista u x-Xellug liberatorju, (sakemm waslu l-Gulags bestjali ta' Stalin) forsi Cassar esprimih l-aħjar fl-istorja dettaljata tal- Gwerra Ċivili fi Spanja fis-snin tletin. (Niktakar lil Cassar jistaqsini biex niddisinjalu l-qoxra tal-ktieb tiegħu Il- Gwerra Ċivili ta' Spanja (SKS, 1987) u ma stajtx naħseb f 'xi ħaġa aħjar mir-riproduzzjoni tal-pittura famuża ta' Pablo Picasso "Guernica", il-belt qaddisa tal-Baski meqruda mill-Faxxisti. L-aħħar xogħol riċerkat ta' Anton Cassar bħala awtur kien dak li beda jabbozza dwar "Persunaġġi Reali f 'Ulied in-Nanna Venut" ta' Juan Mamo. Il-proġett kien bdieh hu u mbagħad għaddieh lil Adrian Grima u Olivia Borg li komplew bnew fuqu. Grima jgħid li dak ta' Cassar kien xogħol kruċjali, għax "spjega ħafna affarijiet li bil-kotba u r-riċerka biss ma tistax tasal għalihom." Ta' min jittama li l-istudji dwar Anton Cassar bħala ġurnalist, awtur u animatur kulturali ma jiqfux ma' mewtu. IL-PBS U R-RAPPURTAĠĠ Fil-mezzi tax-xandir il- Programmes Manager tal-PBS qed joħroġ jiddefendi l-kwalità tal-lingwa li qed tintuża fuq l-istazzjon nazzjonali (eż. "illajkja"!) u jgħid li l-istazzjon qed jibgħat regolarment lill-ġurnalisti tal-kamra tal- aħbarijiet u tal-isport biex jitgħallmu dwar l-istil tar- rappurtaġġ u l-użu tal-lingwa. Min qed imexxi dawn il- korsijiet? X'qed isir biex il-PBS jagħti l-eżempju? Min qed jieħu ħsieb il-kontroll tal-kwalità? X'jiswa "l-ftehim" bejn l-Akkademja tal-Malti, il- PBS u l-Kunsill tal-Malti? Kif qed jitħarrġu fil-leħen, fl- intonazzjoni u fil-personalità dawk li jirrappurtaw l-aħbarijiet u l-isport? Dawn mhux jitgħallmu joħolqu aberazzjonijiet bħal "għafas like" jew "illajkja" għandhom bżonn, iżda kif jippreżentaw ruħhom, kif jintunaw, kif jimpustaw il-leħen u kif jimmodulaw il-qari. Biex ma nsemmux li meta jitbiegħdu mill-iskript, jitħarbtu. Fil-kamra tal-aħbarijiet, skont din ir-rubrika, hemm biss erbgħa min-nies preżentabbli li jistgħu jitqabblu ma' prestazzjoni Ewropea: Ruth Amaira, Antonia Micallef, Keith Demicoli u Joe Dimech. (NB: Ħadd minnhom ma jiġi minni.) Imma kif ġieli osservajt minn dawn il-kolonni ma nafx kif il- PBS jista' jittollera lil xi ħadd li meta jaqra l-aħbarijiet minflok Żejtun iżid is-suffiss a biex isem ir-raħal iġibu Żejtuna, Mater Dei –a, eċċ. Ħadd m'għandu widna biex jisma' din it-tkarkira u din l-aberazzjoni? Ħadd ma jifhem li l-ispettaturi esiġenti jixirqilhom ħafna aħjar? ALLA U L-POTASSJU TAL- KLORAT Jekk f 'Malta tisplodi kamra tan-nar u toqtol sitta min-nies li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-manifattura tal-bombi, it-terzi għandhom jedd biss għall €50,000 kull wieħed. Daqshekk jieħdu kull wieħed / waħda skont regolamenti ġodda (sic) li jgħidu li kamra tan- nar trid tkun assigurata għal €300,000. Mhux għoli l-prezz tal-imwiet f 'Malta fejn in-nar li jaħarqu d-dilettanti għall- qaddisin martri, verġni, mistiċi u l-kumplament, għalkemm dawk martri, għal xi raġunijiet oħra, aktar iqanqlu eċitament. Ma tistax ma taħsibx fit- traġedji tan-nar (bejn wieħed u ieħor fuq rata' ta' 2 kull sena) f 'nofs il-bakkanalji tas-sajf Malti. Jgħidulhom tradizzjonijiet. Jew sorsi eċċellenti għat-turiżmu. Imma qatt ma jirreferu għalihom bħala ritwali ta' mwiet previsti. Il-politiċi, minflok jieħdu azzjoni preventiva, jippreferu jimxu quddiem il-funeral ta' Nardu x-Xekel jew Samwel tal-Broxk jew Mikiel ta' Zonzu. Wara kollox, ta' spiss issib lill-politiċi bħala presidenti tal-klabbs tal-baned u allura, b'implikazzjoni, patruni tal- kmamar tan-nar. Ma jistgħux ma jimxux mal-marċ funebri. Fl-2011 kien ippreżentat rapport lill-Gvern Nazzjonalista li rrakomanda proposti ġodda biex jitħarsu l-ħajjiet. Il-Gvern ta' dak iż-żmien ma ħa l-ebda passi u issa, il-Gvern preżenti ddikjara li l-miżuri regolatorji mhux se jkunu operati qabel Ottubru, meta jkunu ntemmu l-marċi kollha u, possibilment, Malta difnet xi tnejn jew tliet katavri mqattgħin tan-nar. Dan is-sajf Malta tibqa' għaddejja bit-tbażwir ta' kimiċi volatili bħall-Potassju tal-Klorat jisplodi f 'isem Alla u l-ġerarkija tal-qaddisin tiegħu, anki dawk irduppjati jew ittripplikati f 'Malta devotissima. FIL-MEWT TA' ĠURNALIST-POETA MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Ewropa Newtrali Lill-bravu kowċ Paul Zammit JOSEPHINE GATT CIANCIO NAĦSEB li tkun idea tajba jekk il-membri parlamentari Ewropej jirsistu biex l-Ewropa tiddikjara ruħha militarment newtrali. Jien inħoss li l-armata ta' kull pajjiż, inkluż dik tal- Istati Uniti, għandha tkun ikkontrollata mill-Ġnus Magħquda. Hekk, kull pajjiż għandu jkollu ħafna uffiċjali fl- armata imma l-ebda kmandant fuq nett. Meta jkun hemm xi protesta f 'pajjiż, uffiċjali tal-Ġnus Magħquda, li jkunu eletti minn tal-inqas erbgħa minn ħamsa tal-Ġnus Magħquda, josservaw jekk il-protesta hiex waħda paċifika jew le. Jekk tkun paċifika l-gvern inkwistjoni ma jkunx jista' jordna l-armata toħroġ fit- toroq. Iżda jekk il-protesta tkun vjolenti, il-Ġnus Magħquda tagħti permess lill-gvern joħroġ l-armata, dejjem taħt il-kontroll tal- Ġnus Magħquda. Kif inhuma l-affarijiet, il- Ġnus Magħquda qed tagħmel ftit ħafna biex iżżomm il- paċi fid-dinja. L-ewwel ħaġa, il-Ġnus Magħquda għandha tieħu taħt idejha l-fabbriki kollha tal-armamenti, l-ebda pajjiż m'għandu jitħalla jipproduċi armamenti u l-Ġnus Magħquda għandha tissorvelja li ma jkunx hemm fabbri klandestini tal- armamenti. Naf li jkun hemm xi pajjiżi li ma jkunux iridu jiffirmaw ftehim bħal dan, jew biex ma jnaqqsux mill-poter tagħhom jew minħabba l-qligħ u l-impjegati li jaħdmu f 'dawn il-fabbriki. Iżda jekk xi pajjiżi jibdew jiffirmaw, matul iż- żmien kulħadd jiffirma. Ħaġa oħra, għandu jkun hemm it-taxxa għaż-żamma tal-paċi li minnha jitħallsu l-ħaddiema u n-negozjanti li bħalissa jagħmlu l-armamenti. M'hemm xejn ħażin li dawn il-ħaddiema jitħallsu talli ma jagħmlu xejn, sa kemm jinstabilhom xogħol alternattiv. Aħjar ma jagħmlu xejn milli jagħmlu l-armamenti. Tkun idea tajba wkoll li ebda membru ta' xi armata ma jkun jista' jilħaq biex imexxi pajjiż. Il-Ġnus Magħquda m'għandix taċċetta kapijiet ta' pajjiżi li jkunu ġejjin minn armata. Ħaġa oħra, gwerra għandha tiġi ddikjarata b'referendum u min jiddikjara gwerra irid ikun quddiem nett fil-ġlied. F'dan l-artiklu rreferejt għall-Ġnus Magħquda u mhux għan-nazzjonijiet magħquda għax inħoss li l-Ġnus Magħquda għandha tħares l-interessi tal-ġnus speċjalment meta ssib ħafna ġnus f 'pajjiż wieħed. Hi għandha taħdem biex iżżomm l-armonija bejniethom. Malta tista' tagħmel ħafna biex iżżomm il-paċi fid- dinja. ALFRED SCIBERRAS PACE MOORE BIRKIRKARA LEWWEL nett nifraħlek li ġejt ippremjat kowċ tas-sena mill-MFA. M'għandix kliem biex nirringrazzjak għal dak kollu li tagħmel għal klabb maħbub tagħna Birkirkara FC. Weġġajna bit-telf tal- kampjonat, mhux it-tim kollu kien f 'sikktu u xi plejers kumbinazzjoni kienu donnhom mhux fil-grawnd. Insomma dik l-istorja – għadna mweġġgħin. Issa naħsbu jekk Alla jrid għal staġun ieħor. Għandna tassew skwadra mill-aqwa biex nikkompetu fil-futbol Malti. Paul, mhux il-kowċ, ikun fil-grawnd u għalhekk int m'għandekx għalfejn titlobna skuża. Il-futbol hu dak li hu. Aħna kburin immens bik għax żidna Karkariż ieħor mal-familja tagħna Karkariża. Ħa ngħidlek dak li jistħoqqli ngħidlek dwar il-karattru sabiħ tiegħek. Int raġel ġentlom, taf titkellem b'umiltà u rispett, tagħder, taħfer u tirrispetta lil ħaddieħor. M'għandekx għedewwa, ma tarax kbir u tistma lill-avversarji. Kelma taf taħsibha sew qabel tgħidha. Nammirak għax karattru sabiħ ħafna. L-aħħar u mhux l-inqas, nirrigrazzja lil kull min ħadem ma' Paul Zammit, kumitat, membri tal-bord, uffiċjali u ħafna aktar li mhux se nsemmi ismijiet biex żgur ma ninsa lil ħadd. Prosit u grazzi lil kulħadd.