Illum previous editions

illum 13 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 17 ma' Kevin Mercieca Kevin Mercieca - magħruf ma' ħafna bħala l-preżentatur tal-programm televiżiv Sfera. Qiegħed l-Università u dieħel għar-raba' sena l-kors tal-politika soċjali. Kien hemm żmien l-passat fejn kien se jaqta' qalbu mill-istudji tiegħu u jieqaf minħabba xi eżamijiet li kellu jirrepeti iżda mill- post-sekondarja baqa' għaddej 'il quddiem u ma ħarisx lura. Meta twelidt u minn fejn int? 16 ta' Ġunju tal-1990, Ħaż- Żabbar. X'tiftakar minn żmien tfulitek? Żmien sabiħ li ma ninsa qatt, speċjalment il-logħob tal-futbol il-mużew u ċ-ċentru fejn kont abbati. Kelli trobbija mill-aqwa u l-ġenituri tiegħi qatt ma ħallewni nieqes minn xejn. Fit-tfulija tiegħi kien hemm ukoll perjodi diffiċli, minħabba li kont għamilt sentejn niġi bbuljat kontinwament l-iskola iżda biż-żmien il-bullies saru ħbieb tiegħi u grazzi għal din l-esperjenza sirt assertiv. Għidt li kont abbati? Iva bejn l-1997 u l-2004 kont abbati ġewwa l-knisja tal-Kappuċini l-Kalkara, għamilt il-prietka wkoll meta kelli tmien snin. Żmien indimentikabbli! Ir-relazzjoni tiegħek mal- ġenituri u l-familja? Tajba ħafna, il-valuri tiegħi ħerġin minn rabtiet sodi fil- familja. Avventuruż xejn fil-ħajja? Ħafna, fil-fatt ftit taż-żmien ilu kont New Zealand fejn kelli l-opportunità li nagħmel mountain climbing u naqbeż mill-għoli fix-xmajjar! Nixtieq immur sky diving fil-futur! Kif beda l-interess tiegħek fil-mezzi tax-xandir? Fl-2008 meta kont għadni student il-Giovanni Curmi Higher Secondary, bdejt noħroġ gazzetta bl-isem ta' Sfera flimkien ma' sħabi Stefan Darmanin u Kurt Pawley, din kienet gazzetta fejn iż-żgħażagħ kienu jingħataw l-opportunità li jiktbu dwar suġġetti li jikkonċernaw liż-żgħażagħ. Aktar tard fl-2010 mort fuq ir-radju biex eventwalment minn fuq ir-radju morna fuq it-televiżjoni, il-programm kien ukoll jismu Sfera u kien iddedikat liż-żgħażagħ. Kull ġimgħa konna nitkellmu dwar suġġetti attwali li jikkonċernaw liż-żgħażagħ flimkien maż-żgħażagħ stess u l-professjonisti. Sfera se jkompli? Fuq Fliving mhux se jkompli, madankollu dan is-sajf se nibda programm ġdid fuq ONE li jismu Ħilithom. Programm li se jkun dedikat liż-żgħażagħ. Min kien l-aktar persuna diffiċli li qatt intervistajt? Bħalissa mhux qed jiġini ħadd f 'moħħi partikolari. Kif taffronta mumenti ta' dwejjaq fil-ħajja? Meta nsib ftit ħin għalija nipprova nagħmel ftit riflessjoni jew inkella mmur ġirja bir-rota jew jogging. Tħobbu s-sajf? U l-baħar? Il-baħar iva, is-sajf ma tantx għax is-sħana ddejjaqni ħafna u noqgħod 'il bogħod minna kemm jista' jkun speċjalment wara nofsinhar. U tħobb il-politka wkoll . . . Il-politika nħobbha iżda mhux il-politika partiġġjana, jien tkun taf fejn qiegħed miegħi u qatt ma aġevolajt xi partit jew ieħor waqt il-programmi tiegħi għax nemmen fl-imparzjalità u li kulħadd għandu jibni fehmtu fuq il-fatti vera kif qed jiġru u mhux kif qed jipprietka l-partit li tappoġġja. Għad narawk xi darba bħala kandidat? Qatt, ma nimmaġinax lili nnifsi bħala politiku. Ħames Minuti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri "Ħadd ma jridha wara biebu" Ringrazzjament lill-qarrejja DAREN DECELIS ĦADDINGLI LESPRESSJONI Maltija ta' "ħadd ma jrid lill-Pulizija wara biebu," tista' wkoll tiġi użata f 'sens, li ċertu Mark Farrugia minn Ħad-Dingli jaqbel li fi Triq il-Knisja, Ħad-Dingli ssir "road hump" però mhux wara biebu, imma wara bieb ħaddieħor. Irrelevanti għalih li xi ħadd se jgħaddi minn kalvarju minħabba din ir-"road hump" diġà msemmija. Kont nistenna li dan Mark Farrugia kien se jwieġeb għall- ittra tiegħi li dehret fil-mezzi tax-xandir lokali b'argumenti ċivili u prattiċi. U mhux b'pika jew li sabiex jintgħoġob ma' xi ħadd li ma joqgħodx fl-istess triq bir-residenza tiegħu. Il-periklu qawwi li jeżisti f 'din it-triq jinsab biss f 'moħħ dan il-korrispondent. Għax safejn nafu aħna l-inċidenti li ġraw fi Triq il-Knisja huma iżolati, minimi jew xejn. L-uħud fil-minoranza li jridu li ssir din ir-"road hump" hija għar-raġuni sabiex jiġi aġevolat xi ħadd individwali. Nitlob lil min hu responsabbli, sabiex jagħmel pubbliku l-istudju li sar u kif Transport Malta flimkien mal-Kunsill Lokali qablu miegħu, sabiex din ir-"road hump" titwaħħal fil-post li diġà ġie allokat li ssir fih. ROSE MALLIA SAN ĠIL JAN, RESIDENTI F'BOGOTÀ, IL KOLUMBJA JIEN membru ta' Institut Sekulari u ili naħdem fl-Amerika Latina għal dawn l-aħħar 35 sena bħala "lay missioner". Wara madwar 21 sena li ħdimt fil-Perù issa ili mis-sena 2000 naħdem ġo Bogotà, Kolombja. Nixtieq permezz ta' din il-gazzetta nirringrazzja lill-qarrejja u lill-benefatturi kollha tal-Malta Mission Fund li għamlu possibbli li din is-sena ġbart €2,000 biex inkun nista' nkompli x-xogħol missjunarju li għandi f 'idejja. Barra miż-żewġ proġetti li għandi f 'idejja li huma: wieħed jismu "New Horizon" fejn ngħallmu lil grupp ta' nisa snajja' differenti biex fil-futur ikunu jistgħu iwaqqfu kooperattivi u l-proġett l-ieħor li ngħin grupp ta' tfal (15) billi nagħtuhom għajnuna psikoloġika, materjali, spiritwali u morali matul is- sena kollha u hekk nevitaw li joqogħdu jiġġerrew fit-toroq u jkunu f 'periklu qed ngħin każijiet differenti ta' persuni li minħabba s-sitwazzjoni tant ħażina tas-sigurtà soċjali l-Gvern ma jtihomx il-mediċini neċessarji. Bis-saħħa tal-Mission Fund u naturalment grazzi għall- benefatturi tagħhom qed ikolli ċ-ċans li ngħin lil min hu fil-bżonn. Għalhekk nixtieq inħajjar lil aktar nies biex jibagħtu, bolli u telecards użati lil Malta Mission Fund. Id- donazzjonijiet ta' flus jistgħu jintbagħtu direttament fuq HSBC (Numru tal-Kont 061 197 448 050); BOV (Numru tal-Kont 163 007 980 19); APS (Numru tal- Kont 200 008 207 62) jew BANIF (Numru tal-Kont 000 879 631 01). Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq www.missionfund. org.mt Il-Mulej ibierek dak kollu li f 'isem Alla tagħmlu magħna u ma' dawk li huma anqas ixxurtjati minnha. F'isem dawk kollha li se jibbenefikaw mill-għajnuna tagħkom... grazzi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 July 2014