Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/345569
Il-Ħadd 13 ta' Lulju 2014 | illum 29 SPORTSillum it-Tazza tad-Dinja Arjen Robben Olanda Neymar Brażil Benzema Franza Lionel Messi Arġentina Thomas Muller Ġermanja James Rodriguez Kolumbja Strumentali fid-difiża Ġermaniża. Żgur li l-esperjenza vasta tiegħu għenet bis-sħiħ biex jgħin lill-Ġermanja tasal sal-aħħar fażijiet ta' din it-Tazza tad-Dinja. Ilkoll nafu li t-Tazza tad-Dinja għal Neymar intemmet fil-kwarti tal-finali kontra l-Kolombja iżda bla dubju huwa kien l-aqwa plejer fost sħabu u l-gowls li skorja waslu biex il-Brażil jaslu sal- fażijiet tardivi ta' din il-kompetizzjoni. Skorja erba' gowls. Skorja tliet gowls f 'din it-Tazza tad-Dinja u għen lil Franza jaslu sal-kwarti tal-finali fejn tilfu bl- iskor minimu ta' 1-0 kontra l-Ġermanja f 'logħba nieqsa mill-emozzjonijiet u tattika ħafna. Ma jistax jonqos li f 'din il-lista lill-plejer bl-isem ta' Lionel Messi meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa plejers tad-dinja jekk mhux l-aqwa kif ukoll bħala wieħed mill-aqwa tliet plejers li qatt ipproduċa l-futbol mondjali flimkien ma' Pele u Maradona. Ilkoll nafu x'kapaċi jagħmel dan il- plejer ma' Barcelona, però mal-Arġentina mhux soltu rajnieh jimpressjona daqskemm impressjona f 'din it-Tazza tad-Dinja. B'hekk ta risposta lil dawk id-diversi kritiċi li kienu tal-fehma li Messi ma' Barcelona jilgħab tajjeb iżda mal-Arġentina le. Bla dubju li kien l-aqwa plejer tal-Arġentina fejn bosta saħqu li l-Arġentina huma dipendenti fuq Messi hekk kif ma jippossjedux xi skwadra brillanti. F'din it-Tazza tad-Dinja Messi skorja erba' gowls. Skorja erba' gowls f 'din it-Tazza tad-Dinja fosthom hat-trick fir-rebħa kbira ta' 4-0 li l-Ġermanja kisbu kontra l-Portugall. Tajjeb ngħidu li dan kien id-49 hat-trick skorjat fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Bla dubju dan kien l-iktar plejer li spikka u ssorprenda f 'din it-Tazza tad-Dinja. Skorja xejn inqas minn sitt gowls fosthom gowl kontra l-Urugwaj li qed jitqies bħala l-isbaħ gowl li ġie skorjat f 'din it-Tazza tad-Dinja. Għad għandu biss 22 sena, jilgħab ma' AS Monaco fi Franza iżda hemm interess kbir minn Barċelona u Real Madrid fejn dawn qed joffrulu s-somma eżorbitanti ta' bejn it-€80 u l-€100 miljun. il-11-il plejer li l-iktar li spikkaw fl imkien mal-aħjar kowċ. l-iktar żewġ timijiet nazzjonali li huma segwiti f 'pajjiżna eliminati fi l-fażi bikrija tal-gruppi.