Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 | illum 29 SPORTSillum tal-Goalkeepers Goalkeeper ieħor li bħal Navas wasal għal din it-Tazza tad-Dinja wara staġun mill-aqwa mal-klabb domestiku tiegħu kien Vincent Enyeama tan-Niġerja. Dan hekk kif l-istess goalkeeper kellu staġun straordinarju ma' Lille fi Franza. Fl-ewwel logħba li kienu involuti fiha n-Niġerja f 'din it-Tazza tad-Dinja kontra l-Iran huma ddominaw iżda setgħu tilfuha li kieku dan il- goalkeeper Niġerjan ma żammx il-konċentrazzjoni massima biex isalva tentattiv minn daqqa ta' ras tajba ta' Reza Ghoochannejhad. Wara din il-logħba ċaħħad għal diversi drabi lill-plejers tal-Bosnia Herzegovina milli jsibu x-xibka u fil-logħba kontra l-Arġentina żamm lil dan it-tim u speċjalment lill-fenomenu Lionel Messi milli jsibu x-xibka għall-ħinijiet twal fil-logħba għalkemm sofra tliet gowls fil-logħba. Dan il-goalkeeper spiċca din it-Tazza tad-Dinja fuq nota mhux daqshekk pożittiva bl-uniku żball li wettaq f 'din il-kompetizzjoni fil-logħba kontra Franza meta ħareġ ħażin u ppermetta li l-plejer ta' Juventus Paul Pogba jitfa' fix-xibka liema gowl kellu jkun il-gowl tar-rebħa Franċiża f 'din il-logħba. Ħafna kienu nsew lil dan il-goalkeeper wara ż-żmien li fih kien ħalla lil Inter fl-Italja biex ingħaqad mat-timijiet ferm inferjuri ta' Queens Park Rangers u tal-klabb preżenti tiegħu Toronto FC fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. Dan il-goalkeeper kellu logħba kbira fil-logħba inizjali kontra l-Kroazja fejn il-Brażiljani ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-1 fejn wettaq saves spettakolari fuq Luka Modric u Ivan Perisic. Iżda Julio Cesar kien l-eroj għat-tim tiegħu u għal nazzjon sħiħ fil-logħba kontra ċ-Ċili fejn sal-120 minuta wettaq save mill-isbaħ fuq Charles Aranguiz. Il-logħba marret għall-penalties u qabel il-lotterija tal-penalties l-istess goalkeeper qal lil sħabu biex jagħtu l-penalties b'kunfidenza waqt li hu kien se jilqa' tliet penalties. U fil-fatt bħal donnu dan qara l-futur hekk kif salva żewġ penalties fuq Maurico Pinilla u Alexis Sanchez waqt li Gonzalo Jara fl-aħħar penalty ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa għalkemm xorta waħda Julio Cesar salva dan il-penalty wara li tar minn tulu fl-art. L-għada ta' din il-logħba Julio Cesar sar l-eroj u s-salvatur ta' poplu sħiħ Brażiljan fejn saħansitra diversi gazzetti Brażiljani permezz ta' ritratti varji tefgħuh fuq l-istess linji ta' qaddisin Brażiljani! Fosri xi wħud stennew iktar minn dan il-goalkeeper li fis-6 ta' Mejju li għadda għalaq 23 sena, fejn huma ħasbu li seta' jkun f 'postijiet ogħla mit-tmien post f 'din il-gradwatorja. Dan hekk kif wara l-wirjiet brillanti li kellu matul l-aħħar staġun fi Spanja u anki fil-UEFA Champions League ma' Atletico Madrid, l-istess goalkeeper kien qed jiġi meqjus bħala l-aqwa goalkeeper fid-dinja. L-aktar li spikka kien fil-logħbiet kontra l-Istati Uniti u l-Arġentina fejn wettaq saves mill- isbaħ u ta' klassi fuq Clint Dempsey u fuq il-fenomenu u l-plejer ivvutat bħala l-aqwa plejer f 'din it-Tazza tad- Dinja, b'sorpriża għal ħafna, Lionel Messi. Kellu Tazza tad-Dinja mill-aqwa speċjalment fit-tieni taqsima kontra l-Urugwaj speċjalment save spettakolari fuq tentattiv ta' Maxi Pereira. Fil-logħba kontra l-Brażil kellu jkun gowl ta' Thiago Silva wara indeċiżjoni fid-difiża Brażiljana u freekick mill-isbaħ ta' David Luiz, l-ebda wieħed tort ta' dan il-goalkeeper li jeliminaw lill-Kolumbja minn din it-Tazza tad-Dinja li kienet waħda kollox ma' kollox ferm tajba għalihom fejn fil-fatt il-plejers u l-istaff tekniku Kolumbjani ngħataw merħba ta' eroj mal-wasla lura tagħhom fil-Kolumbja mill-Brażil. Ftit kienu jafu b'dan il- goalkeeper qabel din it-Tazza tad-Dinja fejn huwa jilgħab ma' Newcastle United fl-Ingilterra. Iżda żgur li se jibqa' mfakkar għal-logħba valida mill-kwarti finali kontra l-Kosta Rika fejn Louis van Gaal daħħal fl-azzjoni lil dan il-goalkeeper flok il-goalkeeper numru 1 Cillessen u rnexxielu jsalva żewġ penalties li fissru li l-Olanda għamluha għas-semifinali tal-istess kompetizzjoni fejn imbagħad iltaqgħu kontra l-Arġentina fejn fil-fatt sfaw eliminati. Wara din il- kwarti tal-finali huwa sar l-eroj assolut tal-Olanda fejn beda saħansitra jissemma' iktar minn pelejrs ta' statura liema bħalha fit-tim nazzjonali Olandiż u mhux biss bħal Robben u Van Persie u ġie mlaqqam bħala speċjalista tal-penalties għalkemm tajjeb ngħidu li fl-istaġun li għadda ma' Newcastle United salva biss żewg penalties minn 20! Ħafna segwaċi tal-futbol mondjali se jibqgħu jiftakru l-fatt li dan il-goalkeeper kiser rekord ta' 16-il save f 'logħba waħda jiġifieri dik kontra l-Belġju, madankollu dan il-goalkeeper kellu Tazza tad-Dinja mill-aqwa. F'logħba oħra, dik kontra l-Portugall ċaħħad lil diversi plejers Portugiżi fosthom lil Nani milli jsibu x-xibka. L-għada tal-logħba spettakolari li kellu kontra l-Belġju dehru bosta ritratti sarkastiċi li urew lil Howard bħala l-gwardjan tas-sigurtà tal-Istati Uniti hekk kif dan il-goalkeeper f 'din it-Tazza tad-Dinja sar l-idolu tal-poplu Amerikan. Barra s-saves determinanti tiegħu, l-istess goalkeeper mexxa lil sħabu fil-grawnd permezz tal-karattru uniku tiegħu u tal-kwalitajiet ta' mexxej tiegħu. Dan il-goalkeeper numru 1 tal-Alġerija ma wasalx fil-Brażil,b'reputazzjoni kbira. Fil-fatt il-kowċ tat-tim li miegħu jilgħab dan il-goalkeeper jiġifieri Hearts fl-iSkozja, Robbie Nielsen, ammetta li ma kellu l-ebda idea li dan l-istess goalkeeper kien saħansitra għamel prova ma' dan il-klabb fil-passat riċenti. Tajjeb ngħidu li Hearts kien wieħed mid-disa' klabbs li M'Bohkli għamel żmien ta' prova miegħu qabel ingħaqad mal-klabb preżenti tiegħu CSKA Sofia fil-Bulgarija, fejn tajjeb ngħidu wkoll li mhuwiex l-għażla regolari ta' dan it-tim u ħafna drabi jkun fuq il-bank tar-riservi. Madankollu bħal ħafna minn sħabu l-plejers Alġerini li ngħataw merħba ta' eroj mal-wasla tagħhom fl-Alġerija, huwa kiseb rispett ġdid bil-wirjiet mill-aqwa tiegħu matul din it-Tazza tad-Dinja fosthom fil-logħba kontra ċ-champions tad-Dinja, il-Ġermanja, fejn fost oħrajn wettaq saves denji ta' wieħed mill-aqwa goalkeepers ta' din it-Tazza tad-Dinja fuq il-plejers ta' fama u klassi mondjali Thomas Muller u Philipp Lahm. 4. Vincent Enyeama - Niġerja 5. Tim Howard – L-Istati Uniti 6. Rais M'Bohli - Alġerija 7. Julio Cesar - Brażil 8. Thibaut Courtois - Belġju 9. David Ospina - Kolumbja 10. Tim Krul - Olanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014