Illum previous editions

illum 20 July 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/349232

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 20 ta' Lulju 2014 SPORTSillum Roma mistennija jkunu protagonisti assoluti s-Serie A M'HEMMX dubju li wara l-istaġun mill-aqwa li kellhom fil-kampjonat tas-Serie A li għadda Roma mmexxijja mill-kowċ bravu Rudi Garcia mistennija jkollhom kampjonat ieħor mill-aqwa matul l-istaġun li ġej hekk kif diġà akkwistaw pedini importanti ewlenin fosthom Iturbe u Ashley Cole. Biex ikollna stampa aħjar fuq x'qed nistennew minn Roma matul l-istaġun li ġej dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-President ta' Roma Club Malta, Ray Sant li saħaq li: "Fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali, għalaqt id- diskors tiegħi billi għidt li l-kampjonat li għadda kien biss l-aperittiv ta' futur glorjuż. Għidt hekk għax nemmen b'konvinzjoni enormi f 'Walter Sabatini u f 'Rudi Garcia. Tal-ewwel huwa diriġent b'ħiliet kbar. Minn mindu ħa l-kmand totali f 'idejh, wara r-riżenja ta' Franco Baldini, wera li jaf jagħmel xogħlu sew. Huwa persuna riservata, bravu li jħobb jaħdem fis-silenzju qabel ma jaġixxi. Il-qawwa tiegħu hija li jiżvija lill- ġurnalisti. Eżempju ċar kien l-akkwist ta' Juan Manuel Iturbe. Kif wieħed seta' nnota, il-ġurnali bdew isemmu lil Cuadrado u Shakiri, bħala objettivi prinċipali tar-Roma. Rigward Rudi Garcia, nista' ngħid li bqajt immeraviljat bil-motivazzjoni kbira, dixxiplina u l-kapaċitajiet kbar li għandu. Huwa tip ta' bniedem li jikkontrolla kollox u ma jaħrablu xejn. Saħansitra anki lill-ġardinar ta' Trigoria jikkontrolla! Anki l-mod kif jagħmel il-konferenzi stampa, jirnexxielu jsaħħrek! Biex tikseb riżultati prestiġjuzi, trid tkun l-elite f 'kollox, jiġifieri diriġenza, kowċ u t-22 plejer validissimi. Nemmen li t-tim tar-Roma għandhom dawn il-kriterji kollha. Fil-kampjonat Taljan u l-Coppa Italia għandhom ikunu protagonisti assoluti. S'issa għamlu akkwisti formidabbli u bis-sens. Cole, Emanuelson, Keita, Ucan u Iturbe, żgur li se jkomplu jgħollu l-livell ta' dan it- tim. Jien konvint li sat-2 ta' Settembru, se jkollna aktar sorpriżi sbieħ. Iżda huwa importanti ħafna, li ma jċedu lil ħadd minn dawk imsejħa 'senaturi' fosthom Benatia u Strootman. Għalkemm għadna fi żmien prematur, u għad iridu jinbidlu ħafna affarijiet, inħoss li t-tim tar-Roma se jerġgħu jkunu fit-taqtigħa sal-aħħar għar-rebħ tat-titlu. L-uniku biżà li għandi hija li ma jkunux irrispettati mill- Palazz, kif ġara ħafna drabi fl-istorja tagħhom. Fir-rigward tal-avversarji tagħhom, nemmen li l-Juventus se jħossu immens in-nuqqas ta' Antonio Conte. Ir-Roma bl-akkwist ta' Iturbe, taw prova ċara ta' forza fil- konfront ta' Juventus. Din hija xi ħaġa storika fil-futbol Taljan. Huwa proċess ta' kambjament u tkabbir għat- tim tar-Roma. Mur ġib fi żmien Boniperti lil Juventus teħdilhom plejer minn taħt idejhom! Lit-tim ta' Napoli, s'issa qed narahom kwieti iżda naħseb xi akkwisti validi jirnexxielhom jagħmlu wkoll. Iż-żewġ timijiet ta' Milan, m'iniex narahom bħala l-antagonisti tat-tliet timijiet l-oħra msemmija. Għad fadlilhom ħafna biex jilħqu l-livell ta' Roma, Juventus u Napoli. Fiorentina u Lazio jistgħu wkoll ikunu qed jikkompetu għal pożizzjonijet għoljin fil-klassifika, għalkemm ma naħsibx li kapaċi jisfidaw għall-unuri. Ta' min wieħed isemmi wkoll, li t-tim tar-Roma żgur se jkollhom grupp iebes fiċ-Champions League. Dan minħabba l-fatt li wisq probabbli jkunu fir- raba' faxxa. Irrid inkun realistiku u nammetti li hemm wisq timijiet b'aktar potenzjal minn dak ta' Roma. Għalkemm l-istorja riċenti għallmitna li timijiet bħal Atletico Madrid kapaci jaslu sal-aħħar, u bi ftit aktar fortuna setgħu wkoll għamluha! Il-ħsieb tiegħi huwa li reġa' wasal iż-żmien li r-Roma tirbaħ il-kampjonat Taljan. F'dawn l-aħħar 13-il sena resqu ferm viċin diversi drabi, imma minħabba sfortuna u affarijiet varji ma rnexxielhomx jirbħu t-titlu," temm jgħid Ray Sant. Totti u De Rossi fit-tmun ta' Roma anki matul l-istaġun 2014/15 IL-MWA torganizza l-kompetizzjoni annwali għall-klabbs LGĦAQDA Maltija tal- Weightlifting (MWA) organizzat il-kompetizzjoni annwali għall-klabbs fil-Kumpless Sportiv tal- Kottonera nhar il-Ħadd 13 ta' Lulju. Iċ-ċentru għat-taħriġ tal- weightlifting tal-Kottonera , għar-raba' sena konsekuttiva rnexxielhom jirbħu din il- kompetizzjoni bil-punteġġ ta' 3,648 punt, segwiti minn, MCAST Naxxar, Starmax u CrossFit bi 356. Numru sabiħ ta' spettaturi attendew u taw l-appoġġ tagħhom lill-atleti. Dan ukoll wera biċ-ċar il-kuraġġ li għamlu lill-atleti fejn dawn lkoll irreġistraw l-aħjar riżultati personali kif ukoll inkisru 23 rekord nazzjonali speċjalment fil-kategoriji tan-nisa. Dan juri futur sabiħ għall-isport fuq il- gżejjer Maltin. L-ewwel kompetizzjoni kienet dik għall-kadetti fejn l-atleti li ħadu sehem taw prestazzjoni tajba fit-tentattivi tagħhom waqt li urew teknika tajba. Rylee Borg refa' 6/6 jikseb l-ewwel post 115 punt. Luke Brincat Stellini miċ-ċentru ġdid tal-weightlifting għat-tfal fil- Mellieħa ta prestazzjoni tajba wkoll u kiseb it-tieni post b'60 punt. Fil-kompetizzjoni għal żgħażagħ ir-riżultati brillanti ġew minn Kieran Mifsud b'243 punt, filwaqt li wkoll kisret żewġ rekords nazzjonali fil-kategorija tal-94 kilo b'refa' snatch ta' 93 kilo. Malcolm Camilleri kiseb it-tieni post b'207 punti segwit minn Owen Bugeja b'204 punti. Dawn l-atleti jitħarrġu lkoll fiċ-Ċentru WL Cottonera. F'din il-kompetizzjoni ħafna atleti tejbu r-riżultati tagħhom. Matthew Grech kiseb 190 punt segwit minn Kirstin Coleiro b'173 u Andy Grech b'157. Fis- sessjoni għal żgħażagħ ġodda l-aħjar riżultati kienu minn Leo Zammit u Gary Buttigieg li wrew il-potenzjal tagħhom fl-arti tal-irfigħ tal-piżijiet. Fil-kompetizzjoni għall-irġiel l-aktar riżultati tajbin ġew minn żewġ atleti mill-istess ċentru WL Cottonera Rodmar Pulis u Martin Pisani li lkoll refgħu t-total ta' 230 kilo imma Pulis li huwa l-eħfef mit-tnejn kiseb 283 punt u Pisani 257. Riżultati pożittivi oħra ġew minn Chris Schranz ta' MCAST Naxxar, li refa' total ta' 165 kilo u kiseb 180 punt segwit minn Calvin Briffa b'166 u żewġ atleti mit-tim CrossFit bi 356, Matthew Scerri 164 punti u Sean Cutajar b'158. Fil-kompetizzjoni femminili, festa ta' rekords nazzjonali kienu maqsuma minn tliet atleti. L-aqwa atleta f 'dan il-grupp kienet Jessica Edge b'irfigħ ta' 143 kilo u tikisser 9 rekords nazzjonali fil-kategorija 58 kilo u tiskorja 213-il punt. Nicole Gatt ta' Starmax tat prestazzjoni brillanti refgħet it-total ta' 121 kilo u tikser 9 rekords nazzjonali oħra fil- kategorija 53 kilo u tiskorja 184 punt. Tliet rekords nazzjonali oħra ġew minn Sarah Grixti ta' Ċentru WL Cottonera b'refa' totali ta' 104 kilo, segwita minn Marilyn Grech b'refa totali ta' 75 kilo u minn Beatrix Galea 70 kilo. Ħafna atleti Maltin lokali qed jattendu tliet ġimgħat kamp ta' taħriġ lokali organizzat fil- kumpless sportiv tal-Kottonera. Dan il-kamp se jitkompla sal-lum. Dan it-taħriġ huwa ta' benefiċċju kbir għall-atleti speċjalment dawk li huma fit-tħejjijiet finali tagħhom biex jirrappreżentaw lil pajjiżna. Jessica Edge se tkun fl-azzjoni l-ġimgħa d-dieħla fil-logħob tal-Commonwealth fi Glasgow. Hija se tkun akkumpanjata mill-kowċ Stephen Borg filwaqt li l-President tal-għaqda se jkun uffiċjal tekniku fl-istess logħob. Intant, Nicole Gatt tkun fl- azzjoni fix-xahar ta' Awwissu għall-Olimpjadi taż-Żgħażagħ li se jsiru ġewwa Nanjing fiċ- Ċina. Tajjeb ngħidu li huwa grazzi għall-MWA kif ukoll għall-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kunsill Malti għall-iSport li dawn il-kompetizzjonijiet jistgħu jkunu possibbli. Rodmar Pulis fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 July 2014