Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/352856
Il-Ħadd 27 ta' Lulju 2014 | illum 29 SPORTSillum 'Lulju 2015 fuq l-istess mejda waqt l-ikla uffiċjali tal-Kungress. L-Assoċjazzjoni kellha laqgħa fit-tul ukoll mal- kumpanija MyLaps li hija l-kumpanija uffiċjali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal- Muturi li tieħu ħsieb il-ħinijiet kollha kemm waqt it-taħriġ kif ukoll waqt il-ħinijiet uffiċjali tal-kompetizzjonijiet. L-Assoċjazzjoni tinsab impenjata dwar il- possibbiltà li sal-bidu tas- sena d-dieħla jkollha din is-sistema f 'Malta wkoll. Ma naqsux ukoll il- laqgħat mal-Federazzjoni Taljana FMI li huma ġirien tagħna u fejn ħafna Maltin qed jikkompetu wkoll fil-Kampjonati Taljani tal- FMI. Intant l-Assoċjazzjoni bħalissa qiegħda fil-proċess biex teleġġi kumitati ġodda għas-sena 2014/2015. Għal darb'oħra l-Laqgha Ġenerali Annwali se ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta' Lulju fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop. jirrappreżentaw il-qerda tal-futbol mondjali Eurosport jappoġġja lil Steve Camilleri għat-tieni sena konsekuttiva GĦATTIENI sena konsekuttiva, Eurosport se jerġgħu jkunu l-isponsors tal-atleta Malti Steve Camilleri. Dan il-kuntratt se jorbot lil Steve Camilleri u Eurosport għall-istaġun 2014/2015. Matul l-istaġun 2013/14, Camilleri ddomina l-istaġun tax-xitwa, fejn irreġistra l-aħjar ħin fis-60m ta' 7.07 sekondi b'riħ kontra ta' 1.7m/s, liema ħin kien l-aqwa mill-atleti Maltin f 'din is-sena. Fil-kampjonat tas-sajf, l-istess Camilleri rebaħ kull tellieqa lokali tal-100m, bl-iżjed waħda importanti tkun il-Kampjonat Nazzjonali, fejn iddefenda t-titlu li rebaħ is-sena ta' qabel, kif ukoll irreġistra l-aqwa ħin personali tiegħu ta' 10.80 sekondi. Camilleri, ta' 22 sena, fl- istess staġun kien impenjat f 'kompetizzjonijiet diversi fl-Ewropa. Dan wara li ġie magħżul mill-Assoċjazzjoni tal-Atletika ta' Malta (MAAA) biex jirrappreżenta lil Malta f 'kampjonati tal- Mediterran U23 fi Franza kif ukoll fil-kampjonati tat-timijiet Ewropej fil- Georgia. Barra dawn il-kompetizzjonijiet, l-istess atleta ġie mistieden biex jieħu sehem f 'European Classic Meet fil-Bulgarija, European Athletics Circuit fl-Italja kif ukoll meets internazzjonali fl-Isvizzera u l-Italja. B'dan l-isponsorship, Steve se jkun qed jirrappreżenta l-kumpanija Eurosport bid-ditta sportiva Adidas, magħrufa għall-ħwejjeġ u żraben sportivi. Camilleri se jkun qed jibda l-preparazzjoni tiegħu għall-istaġun 2014-2015 f 'Settembru, wara waqfa ta' xahar mit-taħriġ, fejn se jkun qed jipprepara għal staġun importanti ferm, b'kompetizzjonijiet bħal Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kif ukoll il-European Games. Camilleri xtaq jirringrazzja lil Eurosport tal-appoġġ kontinwu, kif ukoll lill-Kumitat Olimpiku Malti, Mochika Outdoor Life, General Soft Drinks u mirrorfriendly.com Steve Camilleri jippoża bl-isponsor tal-Eurosport li se jfornih għat-tieni sena konsekuttiva li jemmen li l-idea li t-Tazza tad-Dinja ssir fil-Qatar kienet idea ħażina, primarjament din kienet idea ta' Platini nnifsu u ta' ħadd iktar. Cantona li ma tantx jidher li għandu xi simpatija partikolari lejn Platini u iktar jidher li jappoġġja lil Blatter kompla li daqstant ieħor żbaljata kienet l-idea li matul is-sena li għaddiet Platini ta d-dritt lill- Iżrael, pajjiż mifni bi problemi minn kull lat biex jorganizza l-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena. Il-plejer leġġendarju Franċiż li fil-passat riċenti tant kiseb suċċessi ma' Manchester United afferma li f 'termini ta' drittjiet umani l-idea li Platini jagħti lill-Iżrael il-permess biex jorganizzaw dawn il-kampjonati hija daqstant ieħor diżrispettabbli daqs l-idea ta' Blatter li jagħti t-Tazza tad-Dinja lill-Qatar, meta wieħed jikkunsidra il- politika addottata mill-Iżreal u l-problemi li huwa mifni bihom dan il-pajjiż fosthom dawk politiċi. Finalment Cantona xejn ma qabel ukoll mal-idea li Platini jagħti l-Kampjonati Ewropej lill-Ukrajna lura fl-2012 li skont Cantona dan il-pajjiż ma tantx jirrappreżenta demokrazija sana. Cantona huwa tal-opinjoni li f 'dan id-diżgwid kbir bejn Platini u Blatter ħadd mhu qed jirbaħ iżda tabilħaqq qed jitlef bil- kbir il-futbol mondjali hekk kif fi kliemu dawn iż-żewġ staturi ferm importanti qed jirrappreżentaw il-qerda tal- futbol mondjali! Suċċess għaż-żgħażagħ Maltin waqt il-logħob tal-FISEC FLAĦĦAR jum mit-tlielaq individwali waqt il-logħob tal-FISEC li saru fi Vjenna, kellna iktar suċċessi mill- għawwiema Maltin. Michael Umnov rebaħ id-deheb fil-200 metru short course butterfly fejn il-ħin kien wieħed rekord għall-logħob tal-FISEC. Aktar rebħ ta' midalji wasal ukoll għal Neil Muscat meta rebaħ il-fidda fil-100 metru freestyle dejjem short course. Dan rebaħ il-fidda wkoll fil-50 metru backstroke. Kimberly Castelli ħadet il-bronż fil-50 metru butterfly. It-tim tas-subien ukoll rebaħ il-medalja tal-bronż fil-mitt metru medley relay ta' erbgħa. It-tim kien kompost mill- għawwiema Neil Muscat, Michael Stafrace, Michael Umnov u Jeremy Bugeja. B'hekk il-kontinġent Malti tal- għawm temm l-impenji tiegħu bir-rebħ ta' żewġ midalji tad- deheb, tlieta fidda u tmienja bronż. Kiser ukoll tliet FISEC rekords u żewġ short course rekords nazzjonali. Intant, waqt l-Assemblea Ġenerali Bro Martin, President tal-FISEC Malta, rebaħ it-talba biex Malta torganizza l-logħob tas-sena dieħla f 'Malta. It-talba ta' Malta għelbet l-isfidi ta' pajjiżi oħrajn. B'hekk bħal daż-żmien sena f 'Malta se jkun hawn madwar elf student ta' taħt is-sbatax-il sena biex jieħdu sehem f 'dawn il-logħob li huma speċi ta' Olimpjadi żgħar. L-atleti żgħażagħ Maltin li rrappreżentaw lil Malta l-Logħob tal-FISEC li saru Vjenna, l-Awstrija