Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Ittri Tifkiriet EDWARD TORPIANO FLORIANA NIXTIEQ ngħaddi kumment dwar serje ta' artikli ffirmati minn Joe Micallef Stafrace (li jidhru regolarment fil-ġurnal Leħen is-Sewwa), b'mod partikolari dwar dawk il- kummenti li, kull tant żmien, iżerżaq dwar kwistjonijiet politiko-reliġjużi fejn qed jipprova jerġa' jikteb l-istorja ta' Malta kif irid hu u kif jaqbel lilu biss. Lil dan id-dilettant tal- Istorja (u żgur li mhux xi espert), infakkru biss fi kliem il-Qdusija Tiegħu Papa Ġwanni Pawlu II fejn waqt żjara li Dom Mintoff għamel f 'Ruma nhar it-12 ta' Novembru 1981 qal: "Hu għalhekk li l-Knisja Kattolika bil-ħidma tagħha, toffri kontribut siewi ħafna għall-ħajja tas-soċjetà ċivili, kif jixhdu għadd kbir ta' istituzzjonijiet fil-kamp edukattiv, assistenzjali u karitatevoli u l-wirt li ma jitkejjilx ta' valuri li għandhom x'jaqsmu mal- isħuħija tal-familja. Biex tkun tista' twettaq dan is-servizz tagħha, il-Knisja Kattolika titlob il-libertà, li tmiss lilha għaliex irċeviet mingħand Alla l-mandat - li hu dmir u dritt - li xxandar il-Vanġelu Mqaddes f 'forom adegwati għall-istess natura ta' dan il-messaġġ u għad- dinjità umana ta' dawk li lilhom dan il-messaġġ huwa dirett..." Għaldaqstant nistaqsi lil Joe Micallef Stafrace nnifsu x'kienet ir-raġuni li, taħt Gvern Mintoffjan (12 ta' Ġunju 1971 - 9 ta' Mejju 1987) li, għal xi żmien, hu nnifsu kien jagħmel parti minnu, il-Knisja Kattolika sabet ruħha fi stat miskin, hekk li kellha "titlob il- libertà" li hi dritt tagħha? Il-Punt Sfida fl-edukazzjoni ĦARĠU r-riżultati tal- eżamijiet dan l-aħħar. Ħadt gost nara fuq il-mezzi soċjali ġenituri jfaħħru r-riżultati ta' wliedhom. Imma ħsibt fit-tul, għaliex jien kont ukoll studenta matul iż-żmien. Min jaf x'ħassew dawk it-tfal u żgħażagħ li forsi weħlu f 'xi suġġett u raw dawk il-posts kollha tifħir mill-ġenituri ta' sħabhom. Għaldaqstant, minn hawnhekk nagħmel kuraġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li forsi weħlu minn xi suġġett. Taqtgħux qalbkom. Nagħmel kuraġġ lill-ġenituri tagħhom ukoll u nappellalhom biex anke huma jagħmlu kuraġġ lil uliedhom. Nazzarda ngħid li wasal iż-żmien li tassew jittieħdu miżuri drastiċi fir-rigward ta' dak li nemmen li huwa l-aktar fattur kruċjali fil-kamp edukattiv. Nitkellem ma' bosta ġenituri li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja u li jibagħtu lil uliedhom f 'diversi skejjel kemm pubbliċi kif ukoll privati. Dejjem joħroġ sentiment komuni; li l-kurrikulum mhux adegwat biex jipprepara lit- tfal u ż-żgħażagħ għall-isfidi tal-lum u ta' għada. Hemm frustrazzjoni kbira dwar kemm it-tfal qed ngħallmuhom jaħsbu filwaqt li l-ġirja kontra l-ħin sabiex jitgħallmu bl- amment hija frustrazzjoni mhux biss għalihom iżda wkoll għall-ġenituri tagħhom. Anke f 'livell avvanzat ta' tagħlim għad hemm din it-tendenza li jkollna kurrikulum vast ħafna mimli b'dettalji esaġerati u bi ftit opportunità ta' ħsieb kritiku jew ta' approfondiment fis- suġġett. L-istress qed jikber fuq kulħadd, u nemmen li għandna opportunità li nirriflettu u naraw kif nistgħu nirranġaw din is-sitwazzjoni. Iddejjaqni bil-kbir li nisma' stejjer ta' tfal, anke ta' età żgħira, li tant diġà huma stressjati li jitkellmu dwar qtiegħ ta' qalb. Nara statistiċi dwar tfal u żgħażagħ li qegħdin ifittxu refuġju fid-drogi u fix-xorb. Nisma' bi stejjer ta' tfal u żgħażagħ li qegħdin jikkawżaw ġrieħi fuqhom infushom. Dan kollu mhux sew u aħna bħala soċjetà għandna obbligu li nieħdu dawk il-miżuri kollha sabiex inwaqqfu din it-tendenza. Forsi tgħiduli qed niġġeneralizza. Jista' jkun, iżda dawn huma kollha realtajiet. Nemmen li hemm bżonn ta' rieda ċara li jkun fl-aħjar interess ta' kulħadd li s-sistema edukattiva ma tibqax iffukata biss fuq firxa wiesgħa ta' informazzjoni iżda aktar fuq it-tagħlim tal-għodda meħtieġa għall-proċess ta' analiżi u ħsieb. Hemm bżonn li nfasslu sistema li tiffoka fuq anqas materjal iżda b'aktar profondità. Fi kliem ieħor ninħtieġu sistema edukattiva li tassew tagħti lill-istudent il-possibbiltà li jitgħallem u jikber. Hemm bżonn li nagħtu lok għal aktar żvog għal kreattività, għal kurżità naturali li jkollhom it-tfal sabiex jesploraw u jistaqsu. Iż-żmien tal-edukazzjoni li tiffoka biss fuq fatti mitgħallma bl-amment għadda. Nemmen ukoll li spiċċa ż-żmien li niġġudikaw kemm taf studenta skont kemm tkun kapaċi tirriproduċi fil-karta tal-eżami dak li ġiet mgħallma fil-klassi. Nemmen li sabiex jiġu megħluba l-isfidi tas-seklu 21 għandna bżonn ta' persuni li jkunu kapaċi jaħsbu, janalizzaw u jieħdu d-deċiżjonijiet. Meta nitkellmu dwar il- qasam edukattiv, hemm bżonn li ma ninsew qatt li l-iskejjel mhumiex xi garaxxijiet fejn nipparkjaw lil uliedna għal numru ta' sigħat kuljum. Hemm bżonn li nifhmu wkoll li l-għalliema mhumiex xi parking attendants inkarigati sabiex jaraw li għal dawk is- sigħat dawn it-tfal ma jiġrilhom xejn. L-iskejjel tagħna għandhom potenzjal enormi, jeħtieġ ngħelbu l-isfidi. Ikun tajjeb li nevalwaw dak li se jsir mis- sena skolastika li jmiss meta se jkun hemm suġġetti lill- istudenti kollha tal-ewwel sena fl-iskejjel medji. Is-suġġetti jvarjaw minn edukazzjoni fiżika, home economics, arti, mużika u disinn u teknoloġija. Nittamaw li dan kollu jkun għall-aħjar. PES WOMEN Huwa ta' nkoraġġiment kbir nara lill-Forum Żgħażagħ Laburisti għaddejjin bl- inizjattiva tal-kamp tas-sajf taħt il-kappa tal-IUSY – l-International Union for Socialist Youth. Hija inizjattiva li se tiġbor fiha eluf ta' żgħażagħ biex flimkien jiddiskutu, joħorġu bl-ideat u anke jikbru fil-politika. Dan huwa lok għal żvog, għal kreattività. Nemmen li f 'dan il-festival li tant ilhom jippreparaw għalih l-FŻL se jkun hemm punti li wieħed għandu jevalwa biex jiddiskuti l-mod ta' kif bih qed tinbidel is-soċjetà b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ. U la qed nitkellem dwar il-kamp tas-sajf tal-FŻL ma nistax ma nsemmix kif għal din l-akbar attività tal-FŻL se tkun qed tattendi wkoll il-President tan-Nisa tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej Zita Gurmai. Zita kienet kollega wkoll fil-Parlament Ewropew. Tkellimna kemm-il darba jien u hi dwar pajjiżna, dwar dak li qed jiġi introdott minn Gvern Laburista, fosthom ħarsien tat-tfal b'xejn għat-tfal taħt it-tliet snin. Zita kienet ukoll issorprendiet ruħha għaliex filwaqt li pajjiżna sa ftit ilu kien fl-aħħar tal-lista fejn jidħlu l-miri ta' Barċellona dwar iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal taħt it-tliet snin, illum jinsab fil-quċċata u sar l-għira tal-Ewropa. Miż-żjara tal- PES Women, il-President Zita Gurmai, se nieħdu l-opportunità aħna wkoll bħala NL – Nisa Laburisti u fit-22 t'Awwissu se nkunu qed norganizzaw konferenza bit-tema "Women - Leaders in an evolving society''. Hija tema kurrenti li żgur se tħalli lok għal diskussjoni mhux biss bejn il-membri tal-eżekuttiv tagħna, iżda wkoll bejn dawk kollha li se jattendu għal din il-konferenza. Qed inħarsu 'l quddiem biex inkomplu nkabbru l-koperazzjoni li diġà teżisti mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej anke f 'oqsma ta' ugwaljanza. Din hija sfida kbira quddiemna, madankollu nħarsu 'l quddiem biex dawn ir-relazzjonijiet jitkattru u jħallu r-riżultati meħtieġa. Claudette Abela Baldacchino hija l-President tan-Nisa Laburisti CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO Ringrazzjament SR NATALIE ABELA LAHORE, PAKISTAN PERMEZZ tal-gazzetta tiegħek nixtieq nirringrazzja lil Mission Fund tad-donazzjoni ġeneruża ta' €2,000 li tawni b'risq il-ħidma tiegħi fost il- fqar, li aħna, sorijiet tal-karità, naħdmu magħhom. Il-flus li nirċievu b'risq il-missjoni tagħna nużawhom fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa. Ħafna persuni jmutu mhux għax għandhom mard li ma jitfejjaqx imma għaliex verament ma jistgħux iħallsu għall-kura medika – li mhux dejjem tkun ammont kbir, imma bil-paga miżerja li jaqilgħu ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż li jiġu barra l-bżonnijiet ta' kuljum. Ħafna ġenituri ma jibgħatux lil uliedhom l-iskola mhux għax ma jemmnux fl-importanza tal-edukazzjoni imma għax verament ma jistgħux ilaħħqu ma' "spiża" żejda. Nirringrazzja lill-poplu Malti tal-ġenerożità li dejjem juri ma' min hu fil-bżonn. Għalkemm aħna, il-missjunarji, qegħdin fil-post, mingħajr l-għajnuna tagħkom ftit li xejn nistgħu nagħmlu. Inħeġġiġkom biex tkomplu tgħinu lil Mission Fund billi tibgħatulhom donazzjonijiet diretti, tikkoperaw ma' kull inizjattiva li jorganizzaw u billi tibgħatu bolol użati. Jalla l-Mulej ibierek lill-organizzaturi kollha tal-Mission Fund u lil kull wieħed u waħda minnkom. Aħna niftakru fikom ilkoll fit- talb tagħna. Tistgħu ssibu aktar informazzjoni fuq l-attivitajiet tal-Mission Fund fuq is-sit: www.missionfund.org.mt YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014