Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049
Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 25 Kummercjali Ryanair tilħaq il-ħames miljun passiġġier lejn Malta Inawgurat proġett ta' tisbiħ fil-Valletta Cruise Port Jiddebutta l-ballun tal-arja tal-Visit Malta ILFAMILJA Archer minn Luton l-Ingilterra hi l-ħames miljun passiġġier tal-linja tal-ajru low cost Ryanair mindu bdiet ittir lejn Malta tmien snin ilu. Huma ntlaqgħu mill- Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis wara l-inżul mill-ajruplan fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Il-familja ngħatat merħba b'daqq tal-accordion u minn żeffiena tal-grupp Paul Curmi Dancers, kif ukoll ingħataw rigal ċkejken. F'kelmtejn tal-okkażjoni, Zammit Lewis spjega kif Ryanair hi t-tieni l-akbar linja tal-ajru, wara l-Air Malta, li ttir minn u lejn pajjiżna. Tant hu hekk li l-linja tal-ajru Irlandiża għandha sehem ta' 28% mis- suq. Hu fisser kif il-kumpanija li tmexxi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u Ryanair qed jaħdmu id f 'id biex jiżdied in-numru ta' turisti li jżuru Malta. Ryanair bdiet ittir lejn Malta fl-2006, bl-ewwel titjira kienet proprju minn Luton segwita minn titjiriet minn Pisa, imbagħad minn Dublin. ILFONDAZZJONI Valletta 2018 inawgurat proġett ta' tisbiħ fit-terminal tal-Valletta Cruise Port, li sar minn studenti tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST, matul l-aħħar xhur. Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef qal: "Grupp ta' 40 student li kienu qed jagħmlu grad fid-Disinn Grafiku u l-Mezzi Interattivi, taw interpretazzjoni viżiva tal-espressjoni kulturali f 'Malta, f 'forma ta' vjaġġ tul il-mina minn fejn jgħaddu l-passiġġieri. Dawn l-illustrazzjonijiet jimmarkaw is-snin li jwasslu lejn is- sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018 u se jiġu mgawdija minn eluf ta' turisti fix-xhur u s-snin li ġejjin." Il-mina li tinsab fit-terminal ta' Forni huwa l-post minn fejn jgħaddu l-passiġġieri tal-cruiseliners mal- wasla tagħhom f 'Malta u x-xogħol li sar juri l-espressjoni artistika kontemporanja. L-istudenti ħadmu fi gruppi biex żviluppaw disinji għat-tul u l-għoli tal-mina. Finalment, ix-xogħol ta' ħames studenti; Michela Mifsud, Desiree Dimech, Rebecca Barry, Silvio Micallef and Fleur Sciortino, intgħażel bħala l-iktar wieħed li jaqbel mal-funzjonijiet tat- terminal. ILKONNESSJONI Maltija mal-ballun tal-arja li qed jiddebutta fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Bristol International Balloon Fiesta tmur lil hinn mil-logo tal-Visit Malta. Fil-fatt il-ballun qed jinstaq minn pilota li twieled Malta – Thomas Gouder. Gouder emigra lejn Bristol fir-Renju Unit fl-età ta' sitt snin u minn dejjem wera interess fil-blalen tal-arja. Meta tikkunsidra li Bristol hija meqjusa bħala l-Kapitali Ewropea għal dawn il-blalen tal-arja u tilqa' fiha l-akbar festival fl-Ewropa, allura kienet aktar faċli li din l-imħabba ta' Thomas tkun innutata mill- familja kbira ta' dilettanti u piloti tal-blalen tal-arja. Thomas Gouder se jkun qed jiċċelebra s-sitt anniversarju minn meta kiseb il-liċenzja ta' pilota billi jsuq il-ballun tal-arja ta' Visit Malta. Dan il-festival issa daħal fis-36 sena tiegħu u huwa l-akbar avveniment tax-xorta tiegħu fl-Ewropa. Hija attività spettakolari u b'xejn, li ssir fuq erbat ijiem bejn is-7 u l-10 t'Awwissu. Dan huwa avveniment għall-familja kollha fejn fih jieħdu sehem mal-mitt ballun tal-arja u jattendu man-nofs miljun ruħ. Din l-inizjattiva tal-ballun tal-arja ta' Visit Malta qed titmexxa minn Karl Borg u Jesmond Bondin, b'kollaborazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu. Dan il-ballun tal-arja se jkun qed jieħu sehem f 'avvenimenti oħrajn simili madwar l-Ewropa u b'hekk se jkun qed jippromwovi lil Malta. Il-mina li minnha jgħaddu t-turisti li jiġu bil-cruise liners, issa b'illustrazzjonijiet minn studenti tal-MCAST Il-ballun tal-arja li se jittajjar fil-Bristol International Balloon Fiesta bil-logo tal-Visit Malta Ryanair bdiet ittir lejn Malta fl-2006