Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 27 SPORTSillum M'HEMMX dubju li l-istaġun li għadda kien wieħed diżastruż u wieħed mill-iktar diżappuntanti fl-istorja glorjuża tal- ġganti Ingliżi Manchester United taħt it-tmexxija ta' David Moyes. Madankollu kollox qed jindika li matul l-istaġun li ġej li se jkun qed jibda ftit tal-jiem oħra l-folja se tkun qed tinqaleb ta' taħt fuq hekk kif ir-Red Devils se jkunu mmexxija minn ħadd ħlief il-kowċ ta' suċċess kbir fil- futbol mondjali, l-Olandiż Louis van Gaal. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-President ferm ħabrieki tal-Manchester United Club Malta u espert fuq il-klabb minn Old Trafford, Joseph Tedesco fejn talbu l-opinjonijiet tiegħu rigward dan il- kowċ u x'qed jistenna minn Manchester United matul l-istaġun li ġej. Huwa sostna li "Wara staġun diżappuntanti ferm għal Manchester United fejn il-kritiċi kellhom xalata ġustament x'jikkritikaw il-wirjiet fqar ta' Manchester United taħt it-tmexxija ta' David Moyes, issa l-miljuni ta' partitarji ta' dan it-tim madwar id-dinja qegħdin jistennew bla dubju d-debutt ta' Louis Van Gaal fil-Premier League bħala l-maniġer il-ġdid tar-Red Devils. L-aspettativi huma kbar u l-isfida li għandu dan il-ġenju Olandiż mhijiex żgħira. Id-diriġenti tal-United iridu bla dubju jaħdmu qatigħ biex jattiraw il- plejers li jixtieq Van Gaal li sa issa kien kawt biżżejjed u bl-aktar mod professjonali ma kkomettiex ruħu fuq l-ebda isem, la fuq min ġej u lanqas fuq min se jitlaq. It-tour li sar ġewwa l-Amerika huwa żgur l-aktar tour impenjattiv għall-plejers tal-United biex jikkonvinċu lill- maniġer il-ġdid li huma kapaċi jkunu parti mit-tim, skont hu żbilanċjat, li jrid jerġa' jisfida għall-unuri. Il-fatt li mhux se jkunu impenjati fl-ebda kompetizzjoni Ewropea matul l-istaġun li ġej jista' jkun ta' vantaġġ għall- preparamenti tal-logħob tal-Premier League imma jista' jkun fl-istess ħin ta' żvantaġġ biex ċerti plejers jagħżlu li jilbsu l-flokk ta' Manchester United fl-istaġun li jmiss. Van Gaal juża sistema ta' 3-5-2, b'enfasi qawwija fuq il-wing backs. Din hija sistema purament ġdida għall-United li huma aktar magħrufa għas-sistema ta' 4-4-2 li tant ġabet suċċess taħt it-tmexxija ta' Sir Alex Ferguson. Van Gaal se jkollu biċċa xogħol kbira mhux ħażin biex iderri din is-sistema ġewwa t-training grounds ta' Carrington, sistema li tant ħalliet suċċess għat- tim nazzjonali Olandiż fl-aħħar kompetizzjoni tat- Tazza tad-Dinja. Is-CV ta' Van Gaal jitkellem waħdu. Is-suċċessi li kiseb ma' Ajax, Barċellona u Bayern Munich żgur se jagħtuh aktar stima minn kemm kellu David Moyes meta jiġi biex jaffaċċja lill-istilel ġewwa d-dressing room f 'Old Trafford. Minn kliemu jidher determinat li jerġa' jpoġġi lil dan il-klabb fil-quċċata tal-Premier League u jekk hemm xi dubji dwar id-dixxiplina li jħaddan, żgur li taru mar-riħ wara l-intervisti li smajna sa issa. Van Gaal għandu wkoll karatteristici li jinżlu tajjeb mal-użanzi ta' Manchester United għaliex jemmen ħafna fit-talent żagħżugħ u dan it-tim huwa magħruf għan-numru ta' plejers li rnexxielu jtella' mill- akkademja popolari tiegħu. Huwa ferm diffiċli li l-United imorru agħar mis-sena l-oħra però wieħed irid iżomm saqajh mal-art għaliex l-impenn meħtieġ f 'dan il-kampjonat ma jistax jiġi sottovalutat. Il-miri huma għoljin. Il- materjal qiegħed hemm però żgur li għad fadal fejn jissaħħaħ speċjalment fir- ripart tad-difiża u ta' nofs il-grawnd. Il-fatt li Van Gaal irid jidħol minflok Moyes u mhux minflok Ferguson jagħtih żgur vantaġġ psikoloġiku. Jekk Manchester United almenu ma jiġux mal- ewwel erba' postijiet naħseb li jkun falliment li sinċerament naħseb ikollu impatt negattiv ferm kemm fuq l-industrija kbira ta' dan il-klabb kif ukoll fuq l-aspetattivi tal-partitarji ta' Manchester United," temm jgħid Joseph Tedesco. SPORTSillum M'HEMMX dubju li staġun diżappuntanti għall-plejers tal-United ġewwa t-training grounds Van Gaal irid iġib lill- Manchester United fejn jixirqilhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014