Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Kif għażilt il-waterpolo fost sport ieħor? L-iskola minn dejjem kont interessat f 'diversi team sports bħal basketball. Meta kont żagħżugħ stajt inlaħħaq ma' bosta sports, imma wasalt fi stadju fejn ridt nagħżel minħabba l-impenji ta' taħriġ u studju. Ħajjarni l-waterpolo minħabba li huwa sport sajfi li jattira bosta nies. Qed ikollok staġun mill-aqwa sa issa ma' Sliema - fl-opinjoni tiegħi l-aqwa fil-karriera tiegħek fejn ħafna drabi qed tkun fost l-aqwa skorers ta' Sliema. Taqbel miegħi jew fadallek fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Kull sena nimmira biex ikolli staġun aħjar minn ta' qabel. Però għalija l-importanti hija l-prestazzjoni tiegħi u tat-tim mhux kemm niskorja gowls. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Ikkunsidrajtha ħafna drabi. Meta kont ftit iżgħar ġieli ħajruni kowċis biex ikolli esperjenza barra minn Malta f 'kampjonati ta' livelli importanti. Però ddeċidejt li niffoka fuq l-istudju fejn ħadt edukazzjoni barra minn Malta. Din kienet xewqa li minn dejjem kelli u ma xtaqtx nitlifha lanqas. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol professjonali tiegħek - dak ta' optician u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Noħroġ mid-dar kmieni filgħodu bil-basktijiet tax-xogħol u tat- taħriġ. Qabel id-9pm ma nersaqx lura lejn id-dar. La jibqagħlek ix-xewqa li tibqa' tilgħab, tagħmel sforz biex tlaħħaq ma' kollox. Meta kont tgħix fl-Ingilterra biex tistudja għal optician kif kont tlaħħaq mat-taħriġ tas-Sliema u tat-tim nazzjonali? Kont titħarreġ l-Ingilterra stess u tinżel Malta fis- sajf għal-logħbiet tas-Sliema u tat- tim nazzjonali meta kien imissek? Meta tlajt l-Ingilterra kelli determinazzjoni li nibqa' nilgħab dan l-isport kemm mas-Sliema kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti. Għamilt erba' snin fejn għamilt it-taħriġ waħdi kif ukoll kont nivvjaġġa siegħa u nofs 'il bogħod minn fejn kont noqgħod biex nitħarreġ mat-timijiet tal-ewwel diviżjoni fl-Ingilterra. Imbagħad kont ninżel lura Malta għall- kampjonat tas-sajf. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fil-bidu ta' din is-sena? Ksibna unur kbir għal pajjiżna meta rbaħna midalja tal-fidda għall-ewwel darba fil-Kampjonat tal-Commonwealth Games. It- tragward tagħna kien li naslu fuq il-podju imma morna aħjar milli stennejna għax irnexxielna naslu sal-finali. It-taħriġ u l-isforz li għamilna bħala tim ġew riflessi permezz ta' dawn ir-riżultati. Esperjenza mill-isbaħ bi grupp ta' plejers mill-aqwa. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-turnaments ma kinux tal-ogħla livell? Kif tirribatti din il-kritika sa ċertu punt kostruttiva? It-tim nazzjonali Malti għandu livell għoli li jħallina nikkompetu u nirbħu anki fuq livell internazzjonali. Huwa permezz tal-logħob li rbaħna li ksibna post fost l-aqwa 16 fl-Ewropa. Fil-Logħob tal-Commonwealth lgħabna ma' timijiet bħall-Afrika ta' Isfel u New Zealand fejn għandhom popolazzjoni ferm akbar minn tagħna. Naqbel li hemm distakk kbir bejnietna u l-aqwa timijiet fl- Ewropa imma sakemm il-waterpolo ma jkunx professjonali f 'pajjiżna dejjem se jibqa' jinħass dan id- distakk. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Minn dejjem kelli relazzjoni tajba ħafna mal-kowċ. In-nazzjonal kien l-ewwel esperjenza li kellna flimkien. Dejjem emmen fil- potenzjal tiegħi. U dik mal-kowċis ta' Sliema, Peter Decesare u Paul Privitera? Peter Decesare kien il-kowċ li tani ħafna fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħi speċjalment fil-kampjonati taż-żgħar. Kelli żewġ relazzjonijiet differenti ma' Pawlu Privitera. Bħala plejer dejjem wera l-kapaċitajiet tiegħu bħala mexxej. Fl-2008 kien il-captain tiegħi man-nazzjonal fil-European B Championships ġewwa Lugano. Fl-ewwel esperjenza tiegħu bħala SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Jerome Gabarretta – plejer tal-waterpolo li f'dawn l-aħħar snin avvanza ħafna l-livelli ta' logħob tiegħu u huwa plejer indispensabbli kemm ta' Sliema kif ukoll tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo "Kull sena nimmira biex ikolli staġun aħjar minn ta' qabel" Determinazzjoni u It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014