Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 Il-ħallelin qed ifittxu biss flus u oġġetti tad-deheb u fidda META l-Pulizija tad- Distrett ta' Tas-Sliema bdew jinvestigaw l-ewwel serqa, għall-ewwel rawha ftit stramba kif min daħal jisraq la sgassa l-bieb jew xi tieqa u seraq biss oġġetti tad-deheb u fidda u flus u xejn aktar. Kif is-serq kompla jiżdied kien innutat li l-ħallelin qed ifittxu biss flus u oġġetti tad-deheb u fidda kemm jekk huma ġojjellerija kif ukoll ornamenti. Li kieku kienu ħallelin komuni kienu jisirqu wkoll laptops, mobiles, tablets u apparat ieħor sofistikat, imma dawn kollha b'xi mod jistgħu jkunu traċċati u diffiċli biex jeħilsu minnhom malajr. Fil-fatt minn djar u appartamenti li nsterqu, l-Pulizija sabu li dawn l-oġġetti ma nsterqux u kienu fejn jidhru u faċilment setgħu jittieħdu. Imma dawn huma nies professjonali, qalilna wieħed mis-sorsi. Il-flus impossibli biex jingħarfu ta' min huma u l-oġġetti l-oħrajn li huma komuni, jinbiegħu jew jekk ikunu deheb u fidda dawn jiddewbu. Jidher li s'issa diġà ġew irrapportati madwar tletin serqa simili. Huwa maħsub li dawn il-ħallelin huma mir- Rumanija, Georgia u Bulgarija fejn hemm numru ta' żingari. L-istess tip ta' persuni li wettqu serq simili f 'diversi pajjiżi Ewropej fosthom f 'pajjiżhom stess u l-Italja li dan l-aħħar ukoll kien hemm mewġa kbira ta' serq ta' dan it-tip. B'dawn il-bump keys jistgħu jiftħu faċilment serraturi anke dawk heavy duty mingħajr ma jagħmlu ħsara u wara li jwettqu s-serqa jerġgħu jsakkru warajhom. Il-vittmi jindunaw li sfaw vittmi meta jidħlu fid-dar u jsibu taqlib ma' kullimkien. Nifhmu wkoll li mhux biss daħlu f 'residenzi li għandhom dawn it-tip ta' serraturi heavy duty, iżda wkoll oħrajn aktar komuni. "Dawn iqallbu kull kamra fejn anke jaqilgħu nkwatri u jmexxu dawn l-inkwatri biex ifittxu xi safe," qalilna s-sors. Il-Pulizija Maltija qed tipprova ssib tarf imma mhux faċli. Bħalissa hemm Pulizija mmexxijin minn Spetturi kemm dawk mid- Distrett ta' Tas-Sliema kif ukoll mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali. Żdiedu r-rondi kemm bil-Pulizija pajżana kif ukoll bl-uniformi. Nifhmu li fl-aħħar jiem anke qed isiru rondi ta' spiss mill- Pulizija tal-RIU fejn dawk li jkunu fix-xift magħruf bħala "as required" u li qabel dawn kienu jiddaħħlu għat-taħriġ kif ukoll f 'każ li jinqala' xi xogħol li ma jkunx ippjanat, issa qegħdin jagħmlu rondi aktar spissi fl-inħawi l-aktar milqutin. Fil-jiem li għaddew il-Pulizija kellhom ukoll informazzjoni li f 'diversi lokalitajiet ġie nnutat vann bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin b'persuni suspettużi fih, iżda sakemm morna għall-istampa ma rriżultax li dan il-vann instab. Il-Pulizija Maltija jinsabu f 'kuntatt, permezz tal- Interpol u l-Eurpol, ma' pajjiżi oħrajn l-aktar mal-Pulizija Rumena fejn bagħtulhom kemm ritratti, filmati u anke marki tas- swaba' u tal-idejn biex jaraw jekk għandhomx rekords tagħhom. Għall-ewwel dan is- serq kien qed isir matul il-ġurnata meta l-vittmi jkunu ħarġu għax-xogħol jew għal xi qadi, imma dan l-aħħar bidlu s-sistema u qegħdin isiru anke tard waranofsinhar. Il-Pulizija Maltija qed tieħu dawn ir-reati b'serjetà kbira, iżda billi dawn huma barranin mhux faċli li jinstabu. Jista' jkun li dawn kif jaraw li fl-inħawi hemm il-Pulizija jew li setgħu nqabdu fuq xi filmati, idabbru rashom minn Malta u wara ftit jitfaċċaw oħrajn. Dwar it-taħżiż tas-sinjali li jistgħu jfissru xi tip ta' kodiċi, is-sorsi tagħna qalulna li dawn huma relatati ma' dawn is-serq. Iżda, saħaq wieħed mis- sorsi, mhux qed ikun eskluż li ħafna minnhom saru minn persuni li m'għandhomx x'jaqsmu u għamluhom biex jgħaddu biż-żmien lir-residenti. Ġeneralment dawn il- klikek ta' ħallelin qabel iwettqu s-serqa, ikunu fl- inħawi minn qabel. L-appell huwa li kull min jara persuni suspettużi li s-soltu ma jkunux hemm fejn x'aktarx li wieħed minnhom ikun għassa ftit metri 'l bogħod mill-kompliċi tiegħu, jew min jara xi karozza jew vann suspettuż, għandu jċempel minnufih lill-Pulizija fuq in-numri 119 jew 112 u bil-kalma jgħid fejn, l-isem tat-triq u jekk hemm 'landmark' bħal xi monument jew ħanut, jagħti deskrizzjoni tal- persuni suspettużi, fosthom x'inhuma lebsin, x'qed iġorru, kemm huma twal bejn wieħed u ieħor u jekk qed jagħmlu użu minn xi vettura jinnutaw x'vettura hi, il-kulur u n-numru tar- reġistrazzjoni. Nissuġerixxu li biex wieħed ikun jaf kemm huma twal, jipprova jara x'hemm warajhom u jikkalkula fuq dak l-oġġett bħal xi karozza oħra jew ċint. Importanti li ħadd ma jipprova javviċina lil dawn il-persuni, imma jitlob l-għajnuna tal-Pulizija. Ikompli minn paġna 1 Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati 37/39, Rue D'Argens, Msida SEJĦA GĦALL–OFFERTI L-Uffiċċju tal-Kummissarju ghar-Refuġjati qiegħed jistieden partijiet sabiex jitfghu l-offerti tagħhom għall: REFCOM 2/2014 Provista ta' Mobile Offices, Inġinerija Ċivili u Xogħol ta' Tisbiħ Id-dokument ghall-offerta jista' jigi mniżżel minn dawn il-links: http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/Tenders%20-%20RFQ/Pages/default.aspx jew http://mhas.gov.mt/ u agħżel 'Tenders' Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux aktar tard minn nofsinhar (CEST) tal-Ġimgħa 5 ta' Settembru, 2014 .b'posta irreġistrata/courier JEW bl-idejn lil: L-Uffiċċju tal-Kummissarju ghar-Refuġjati, 37/39, Rue D'Argens, Msida MSD 1368 Ħinijiet tal-ftuħ huma minn 8:00am sa 12:30pm. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jew b' e-mail lil refugee-commission@gov.mt. Programm Ġenerali Solidarjeta' u Ġestjoni ta' Migrazzjoni 2007-2013 Offerta parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) Rata ta' ko-finanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi Nazzjonali Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni Id-deheb u l-fidda huma oġġetti li qed jinbiegħu jew jiddewbu immedjatament, il-ħallelin mhux interessati f 'aġġeġġi u teknoloġija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014