Illum previous editions

illum 10 August 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/361049

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Awwissu 2014 | illum 9 74 sena fl-Imġarr fl-1992 fgata u mitfugħha f 'bir Wieħed minn uliedha sab lil ommu mejta Elia Borg, wieħed mit- 13-il wild ta' Carmela kien irrakkontali kif kien hu li sab lil ommu mejta fil-bir. Kien is-Sibt, 18 ta' Jannar 1992, ftit qabel id-9am, Elia mar jieħu tazza tè u jixtri pakkett sigaretti mingħand ħanut magħruf bħala 'Tal-Barri' fl- Imġarr stess. Ta' kuljum sid il-post, Edgar Sammut, kien iħalli xi ikel li jkun fadallu għall-kelb ta' Carmela. Wara l-quddies tas- 6pm. Carmela kienet tgħaddi għand Sammut u tiġbor l-ikel. Iżda Carmela baqgħet ma tfaċċatx għal tlett ijiem wara xulxin. Sammut ħaseb li Carmela setgħet kienet ma tiflaħx u kien għalhekk li ma marritx. Għaldaqstant meta Elia mar bħas-soltu fil-ħanut ta' Sammut dan qallu li ommu ma kienx raha għal xi jiem u lanqas l-ikel tal-klieb ma kienet ġabret. Minbarra hekk Carmela kienet kważi ta' kuljum toħroġ fil-veranda tad-dar kbira li kellha fi Triq Sir Harry Luke u tagħmel xi ħin taqra l-Bibbja. Iżda lanqas hawn ħadd ma kien ra lill-anzjana. Però xorta ma kien hemm l-ebda suspett peress li kienet ix-xitwa u kien hemm min ħaseb li Carmela ma ħarġitx fuq il-veranda minħabba l-bard. Ftit qabel bint il-vittma kienet diġà rrapporat lil ommha nieqsa tant li l-Pulizija waslilha rapport dakinhar stess ftit qabel it- 8.30am u mill-ewwel kienet bdiet tfittxija għal Carmela. Bintha kienet qalet lill-Pulizija li l-aħħar li rat lil ommha kien ġimgħat qabel. Min-naħa l-oħra Elia Borg u Edgar Sammut ma ħadux riskju u marru flimkien l-Għassa tal-Pulizija tal- Imġarr fejn sabu l-Kuntistabbli li kien xogħol. Meta Elia qallu li ommu kienet ilha ma tidher għal xi jiem, il-Kuntistabbli qallu li hu ma setax jaqbad u jidħol fid-dar mingħajr awtorizzazzjoni. Għalhekk kien informa lis-superjuri tiegħu li awtorizzawh biex imur jinvestiga u jirrapporta lura x'kien hemm. Meta Elia u l-Kuntistabbli marru fid-dar tal-anzjana sabu l-bieb ta' barra magħluq u minkejja li ħabbtu diversi drabi ma kien hemm l-ebda risposta min-naħa ta' Carmela. Elia kien qalli li kien hu li tela' minn fuq garaxx li hemm biswit id-dar u qabeż għal ġewwa. Kif daħal innota li kien hemm taqlib fil-kmamar kollha u sakemm wasal ħdejn il-bieb ta' barra biex jiftaħ sabiex jidħol il-Pulizija, baqa' jgħajjat lil ommu. Kif il-Pulizija daħal ukoll fir- residenza wara li fetaħlu iben il-vittma fejn komplew ifittxu, iżda kulma sabu kien taqlib ma' kullimkien u l-ebda sinjal tal-anzjana. Iben Carmela rrakkontali kif ommu kellha speċi ta' arkata kbira li kienet għamlitha bil-ħġieġ. Huwa qal li kif kien fid-dar mal-Pulizija nnota li waħda mill-ħġiġiet kienet imkissra u fil-qrib kien hemm ftit demm. Kif telgħu fis-sular ta' fuq komplew isibu aktar taqlib. Kif iżda lill-Pulizija qalilhom li ommu kienet x'imkien hemm daħlu fil-kamra tas-sodda, Elia ra n-nuċċali ta' ommu qrib is-sodda u qal lill-Pulziija li ommu kienet x'imkien fil-qrib għax hi qatt ma kienet toħroġ mingħajr in-nuċċali. Wara li daru d-dar kollha u Carmela ma dehret imkien, marru fuq wara tad-dar fejn ir-raġel tal-anzjana, Anġlu, li miet xi tliet snin qabel, kellu madwar ħamest ikmamar fejn kien iżomm xi bhejjem. Kif Elia u l-Kuntistabbli fetħu waħda minn dawn il-kmamar sabu l-kelb li kellha l-anzjana msakkar. Minkejja li deher li kien ilu ma jiekol u jixrob, xorta qabeż fuq Elia bil-ferħ. Huma komplew ifittxu u f 'ħin minnhom il-Pulizija staqsa lil Elia jekk kellhomx xi bir. Elia mar fil-ġnejna u kif fetaħ l-għatu tal-bir, li kien magħmul mill-ħadid, u ħares fil-bir ħa x-xokk ta' ħajtu. Fil-bir ra l-parti tad-dahar ta' ommu. Huwa sejjaħ lill- kuntistabbli li dan min-naħa tiegħu warrbu minn ħdejn il-bir u informa lis-superjuri tiegħu li dak iż-żmien kien l-Ispettur Paul Sammut, li rtira mill-Korp tal-Pulizija bħala Assistent Kummissarju. Fi ftit ħin wara marru fuq il-post diversi Pulizija oħrajn, fosthom dawk tal-Special Assignment Group (SAG – skwadra li llum m'għadhiex teżisti), li dak iż-żmien kienet l-iskwadra responsabbli mis- salvataġġ. L-ewwel suspetti kienu li l-anzjana setgħet waqgħet fil-bir b'mod aċċidentali jew inkella spiċċat hemm minħabba ċirkostanzi oħrajn. Iżda meta Pulizija tal-SAG niżel fil-bir biex jara f 'liema qagħda kien il-kadavru, sab li l-kadavru kien marbut u s-suspetti kienu ċari li dan kien każ ta' qtil u kien ikun aħjar li fuq il-post jissejħu wkoll il-Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali (DIK). Kien każ ċar li Carmela Borg kienet inqatlet u mhux mietet b'mod aċċidentali. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla Nhar il-Ħadd li ġej inkomplu b'aktar dettalji dwar dan il-qtil. Fost dawn hemm kif instab il- kadavru wara li ttella' mill-bir u x'instab kemm mal-kadavru u fil-bir, x'kienet tagħmel il- vittma, noti li kienet iżżomm u x'piż taw il-Pulizija fl- investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-qtil u dettalji oħrajn. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Il-vittma Carmela Borg, li nstabet midfuna f 'bir wara d-dar tagħha Il-post fejn instabet mejta Carmela Borg L-investigaturi ma jeskludux li t-taqlib seta' sar biex jiżvijjaw lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 August 2014