Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/364853
Il-Ħadd 17 ta' Awwissu 2014 | illum 33 SPORTSillum Il-ġudo jgħin l-ħajja ta' kuljum "Dejjem xtaqt nilgħab ma' Qormi FC" – Ryan Micallef IKTAR kmeini matul din il-ġimgħa Ryan Miacllef ingħaqad ma' Qormi FC mingħand Rabat Ajax liema klabb dejjem kien lagħab miegħu. L-attakkant żagħżugħ li għad għandu biss 22 sena għamel id- debutt tiegħu mal-Magpies fl-istaġun 2010/11 iżda kien biss staġun wara li għamel id-debutt tiegħu mal-ewwel tim meta Rabat Ajax kisbu l-promozzjoni mill-Ewwel Diviżjoni għall-Premier fejn hawnhekk ħalla impressjoni ferm tajba. Fl-aħħar staġun huwa skorja sitt gowls fi 22 logħba għall-Magpies. ILLUM tkellmet ma' Ryan Micallef innifsu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida tiegħu ma' Qormi FC – tim li ssaħħaħ ferm speċjalment bl-akkwisti tiegħu, Franck Temile, Alfred Effiong u Zoran Levnaic fost l-oħrajn. Micallef qal li "Hija esperjenza ġdida għalija għax jien dejjem mar-Rabat lgħabt. Dejjem xtaqt nilgħab ma' Qormi FC u mill-ftit li għadni mort għat-taħriġ, jidher klabb serju ħafna." Ryan Micallef fl-azzjoni mal-eks klabb tiegħu, Rabat Ajax, propju kontra t-tim li għadu kif ingħaqad miegħu - Qormi FC WARA li qattgħu għaxart ijiem flimkien fi programm intensiv, il-parteċipanti tal-Ġudo għall-Paċi fl- aħħar jum kellhom taħlita ta' emozzjonijiet. Issa li l-proġett wasal fi tmiemu, il-parteċipanti kollha marru lura lejn pajjiżhom u lura għall-ħajja normali tagħhom. Iżda għal-ġudoka, din żgur ma kinitx l-aħħar tislima - dan huwa biss il-bidu. Diġà l-mexxejja ta' dan il-proġett kellhom laqgħa mal-maniġers tal-uffiċċju ġewwa Malta tal-EUPA, Marvic Debono, Robert Debono u Cynthia Miskova, fejn flimkien iddiskutew il-possibbiltajiet li jieħdu dan il-proġett pass ulterjuri, u joħolqu proġetti umbrella f 'pajjiżi oħra Ewropej. Il-persuni li huma sejrin lura mhumiex l-istess nies li waslu Malta għaxart ijiem qabel, iżda persuni li huma iżjed kompluti, aktar kunfidenti, jistgħu jikkomunikaw aħjar, għandhom ħiliet ta' tmexxija aħjar u ġudo aħjar. It-tfajla petita u mistħija, li l-ewwel ġurnata kważi taha ħass ħażin wara li kellha tipparteċipa fil-preżentazzjoni tal-grupp, issa għandha l-kuraġġ li tmexxi parti mis-sessjoni tal-ġudo. Iż-żagħżugħ li meta wasal ma setax jikkomunika mal-bqija tal-parteċipanti minħabba ostakolu tal-lingwa, tgħallem xi kliem bażiku u seta' jintegra fit-tim, kif ukoll spjega teknika waqt sessjoni tal-ġudo. Tifel ieħor li fil-bidu tal-proġett ma kienx iħossu komdu jitħarreġ mat-tfajliet, kellu Randori sabiħ (prattika ta' kompetizzjoni) ma' parteċipanta tal-proġett. Matul dan il-proġett, il- parteċipanti kienu esposti għal diversi realtajiet. Huma ppreparaw u taw lezzjoni lill- atleti tal-Ispecial Olympics. Wieħed mill-parteċipanti, li huwa nnifsu wkoll atleta tal-Ispecial Olympics, għamel diskors ferm motivanti fejn hu ħeġġeġ lil dawn l-atleti li jżommu t-taħriġ tagħhom, u saħansitra jippruvaw jissieħbu fit-taħriġ tal-isport mainstream. Il-parteċipanti ħejjew ukoll sessjoni għat-tfal immigranti, u wieħed seta' faċilment jara l-ferħ tat-tfal li ma waqfux sekonda matul is- sessjoni ta' sagħtejn. Għalkemm il-parteċipanti diġà jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom għall-volontarjat fl-isport tal ġudo, il-grupp tal-Ġudo għall-Paċi pprova wkoll jagħtu daqqa t'id f 'setturi oħra fuq il-gżira ta' Malta. Parti mill-grupp għen lill- organizzaturi tal-Festi Esterni ta' Ħal Lija, fejn dawn taw daqqa t'id bid-dekorazzjoni tat-triq. Parti oħra tal-grupp baqgħu r-residenza fejn għamlu sessjoni tal-ġudo biex jiġbru fondi għall-Organisation for Friendship in Diversity. Il-massa tal-grupp marru fil- ġnien tal-Għarusa tal-Mosta biex jassistu lill-Kunsill Lokali b'attività ta' tindif. Diversi boroż taż-żibel ġew miġbura, iżda barra minn hekk sar att tajjeb. Matul it-tindif, wieħed mit-timijiet innota basket b'passaport, dokumenti mediċi u dokumenti oħra, u għaddewh lill-mexxejja tal- proġett. Wieħed mill-mexxejja identifika lil sid il-basket bħala eks kollega u infurmah mill-ewwel. Din il-persuna mbagħad ġiet personalment ir-residenza tal-Università biex irringrazzja lill-parteċipanti u ammira x-xogħol li kien qed isir. Għalkemm il-programm kien estremament mimli, il-parteċipanti ġew mogħtija wkoll l-opportunità mill- Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex iżuru l-iMdina, Ta' Qali u l-irdum ta' Had-Dingli, fejn setgħu japprezzaw millenji ta' storja ta' Malta. Fil-għeluq, is-Sur Envic Galea, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-Judo, iddiskuta il-Kodiċi Morali tal- Judo. Huwa qal li Judo joħloq ħbiberiji għal dejjem, u l-ħbieb li tagħmel mil-Judo ikunu dejjem lesti jgħinuk. Il-Judo huwa wkoll il-bażi għar-rispett; jgħallmek l-awto-kontroll li huwa meħtieġ biex tagħmel dak il-pass ieħor biex issir ċampjin xieraq; u wkoll jagħti l-kuraġġ meħtieġ biex tqum kontra xi ħaġa li inti taħseb hija żbaljata. L-Onorevoli Chris Agius ukoll żar lill-parteċipanti fir-Residenza tal-Università. Huwa kien impressjonat bin- numru ta' Judoka li aċċettaw l-istedina biex jiġu Malta u feraħ lill-organizzaturi Maltin għall-organizzazzjoni professjonali tajba ħafna tagħhom. Hu qal li jittama li dan il-proġett se jkompli fis-snin li ġejjin. Matul iż- żjara tiegħu is-Segretarju Parlamentari kien ippreżentat bi plakka ta' l-Unjoni Ewropea tal-Judo, mibgħuta personalment minn Sergey Soloveychik, President tal- Unjoni Ewropea tal-Judo b'tislijiet personali tiegħu bħala ringrazzjament għall-appoġġ tiegħu biex dan l-ewwel proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-Programm 'Judo for Peace 2014'

