Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt ILLUM iċ-ċiklisti tal-LifeCycle Challenge se jerħulha għall- Ġappun, waslet edizzjoni oħra! Sa mill-1999, minn meta bdiet l-isfida tal-LifeCycle, is- Sezzjoni Renali rċeviet miljuni ta' ewro f 'tagħmir u servizzi li jinkludu magni tal-kliewi, arja kkundizzjonata għas-swali, televixins LCD għall-użu tal- pazjenti u servizzi ta' dietisti fost l-oħrajn. Ta' kull sena, qabel jibdew it-tħejjijiet tal-isfida, il- Fondazzjoni LifeCycle tikkuntattja r-Renal Unit u tiddiskuti magħha l-ħtiġijiet tagħha biex b'hekk il- fondazzjoni tiffissa l-għan tal- isfida għal dik is-sena. Il-fondazzjoni din is-sena qed tagħti wkoll €70,000 lil Research Trust imwaqqfa mill-Università ta' Malta biex tniedi programm ta' riċerka dwar insuffiċjenza renali. In-numru ta' konsulenti mediċi fuq dan il-qasam hu ferm limitat s'issa. Din is-sena l-isfida tal- LifeCycle se ssir fil-Ġappun. Imma għaliex? ILLUM tkellmet ma' Vanessa McDonald il- persuna responsabbli mill- istampa rigward din l-isfida. "Aħna nippruvaw immorru postijiet differenti kemm jista' jkun. Fl-Ewropa ma tantx hemm postijiet fejn tista' tkopri 2,000 kilometru. Sentejn ilu, morna l-Awstralja, din kienet l-ewwel darba li morna f 'pajjiż li mhux Ewropew. Il-Ġappun intgħażel flimkien mal-isponsor uffiċjali Actavis, minħabba li huma attivi ħafna hemmhekk u b'hekk setgħu jgħinuna ħafna fil-loġistika." Vanessa qalet li d-distanza tkun dejjem 2,000 kilometru u jiddependi wkoll mill-post u jekk isibux postijiet fejn tiġi provduta akkomodazzjoni b'xejn, bħal fi skejjel jew f 'xi ġimm. Mal-art! Pajjiż interessanti ferm, pajjiż li forsi mhux ħafna Maltin żaruh. Dan ifisser li ċ-ċiklisti se jkollhom ftit ċans jaraw il-post? "Le, minkejja li l-parteċipanti jridu jħallsu għall-ivjaġġar jispiċċaw ma jaraw xejn mill- post, ħlief iż-żona li jkunu qed jagħmlu l-isfida fiha. Iżda bħala pajjiż kien wieħed li malajr ġibed l-attenzjoni u ħoloq reazzjoni fost il-pubbliku." McDonald qalet li n-numru ta' parteċipanti jvarja kull sena. Saħqet li jkun hemm ħafna min jitħajjar u jkun irid jieħu sehem iżda l-iskeda tat-taħriġ hija waħda ferm iebsa u mhux kulħadd ikun jista' u jkollu l-mezzi biex iwettaq din il- ħolma. Oriġinarjament kien se jkun hemm 32 parteċipant, iżda issa niżlu għal 22 minħabba li għaxar parteċipanti kellhom jirtiraw mill-isfida hekk kif ma setgħux ilaħħqu mat-taħriġ minħabba impenji familjari u ta' xogħol. L-iżgħar ċiklista għandu 24 waqt li l-ikbar wieħed qabeż is-60. Fost it-22 hemm erba' nisa li qed jieħdu sehem f 'din l-edizzjoni. Kull parteċipant irid jiġbor €2,500 sabiex ikun jista' jipparteċipa f 'din l-isfida. B'hekk il-minimu ta' flus ikun garantit li se jinġabar. Il-fondi li jagħti l-pubbliku permezz tat- telefon u l-messaġġi jkomplu jikkontribwixxu għat-total finali. "L-għan tagħna hu li nilħqu iktar minn €100,000 kull sena. Din is-sena se nixtru magna li tista' tintuża l-ħin kollu mill- pazjenti tal-ITU f 'Mater Dei u anke tagħmir għar-Renal Unit" qalet Vanessa McDonald. F'każ ta' emerġenza hemm tim ta' għaxar persuni li xogħolhom hu li jaraw li kollox sejjer tajjeb fejn tidħol is-saħħa taċ-ċiklisti. Vanessa spjegat kif is-sewwieqa Ġappuniżi huma ferm iddixxiplinati u ċ-ċiklisti huma preparati sew. "Imma xorta waħda kollox jista' jinqala. Għandna persuni li jafu jitkellmu bil-Ġappuniż u dan se jkun kruċjali sabiex aħna nkunu nistgħu nitkellmu mal- awtoritajiet, kemm jekk pulizija u anke rigward is-saħħa" saħqet McDonald. Fost iċ-ċiklisti hemm ukoll tobba li se jkunu jistgħu jgħinu fil-fiżjoterapija. Punt interessanti huwa li fl-edizzjoni ta' din is-sena l-parteċipanti mhux se jkunu jistgħu jaqdfu ħdejn xulxin u ma jistgħux jisimgħu mużika matul l-isfida. Vanessa qalet li dan kollu ġej minħabba liġijiet Ġappuniżi. "Is-soltu nagħmlu wkoll sinjali bid-direzzjonijiet ta' kull jum biex jgħinu liċ-ċiklisti. Iżda din id-darba l-awtoritajiet ma ħallewniex nagħmlu dan. Anke "Waħda mill-eħrex sfidi fid-dinja" "L-iżgħar ċiklista għandu 24 u l-ikbar qabeż is-60!" Uħud mill-parteċipanti waqt it-taħriġ tagħhom Ir-rotta tal-Life Cycle Challenge fil-Ġappun Il-poster uffiċjali tal-isfida LifeCycle fil-Ġappun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014