Illum previous editions

illum 7 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 Omm Russa msawta, fgata u Inqatlet għax SEBA' snin u nofs wara li omm żagħżugħa Russa nstabet maqtula fil-baħar b'borża sewda marbuta m'għonqha u b'ħabel imdawwar magħha, il-Pulizija jinsabu fl-istess sitwazzjoni li kienu fiha dakinhar li Larissa Safranova ta' 25 sena tellgħet mejta mill-baħar qrib Għar id-Dud f 'Tas-Sliema. Kienu diversi l-persuni suspettati, imma l-investigaturi qatt ma sabu l-provi konkreti biex isolvu dan l-omiċidju li sal-lum l-investigazzjonijiet għadhom attivi biex isibu imqar l-iċken prova kontra dawk suspettati. Jidher li l-Pulizija jemmnu li l-mottiv tal-qtil kien minħabba x-xogħol li kienet tagħmel ta' prostituta kif ukoll traffikar ta' droga. Oġġett suspettuż fil-baħar Għall-ħabta tas-7.30am tal-Ħamis, 8 ta' Marzu 2007 il-Pulizija kienu informati li madwar 50 metru 'l barra mill-blat fejn qabel kien hemm ix-'Chalet' fix-xatt ta' Tas-Sliema kien hemm dik li kienet tidher xi ħuta kbira jew katavru f 'wiċċ l-ilma. Fl-inħawi marru diversi units tal-Pulizija li dak iż- żmien kienu jagħmlu parti mill-iskwadra tal-mobile kif ukoll il-Pulizija mill-Għassa ta' Tas-Sliema mmexxijin mis- Surġent Fabian Fleri, illum Spettur fid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Kif il-Pulizija waslu fuq il-post indikat, minn fuq l-art huma setgħu jaraw l-oġġett u għaldaqstant sar kuntatt maċ-Ċentru ta' Kordinazzjoni ta' Salvataġġ tal-Forzi Armati ta' Malta fil-Kwartieri Ġenerali tal-FAM f 'Ħal Luqa. Fuq il-post intbagħtet il-lanċa 'Melita 1' li kif waslet qrib l-oġġett suspettuż irrapportaw li dan kien katavru ta' mara u mhux ħuta. Is-suldati tellgħu l-katavru fuq il-Melita 1 u baqgħu sejrin bih lejn il-Kwartieri Marittimi tal-FAM f 'Xatt it-Tiben. Hemhekk kien hemm il-Pulizija jistennew fosthom l-Ispetturi Chris Pullicino u Daniel Zammit mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali flimkien ma' dawk tad-Distrett. L-ewwel omiċidju tas-sena 2007 Kif il-katavru twassal f 'Xatt it-Tiben, fuq il-lanċa Melita I telgħu l-investigaturi. Il-mara kellha rasha f 'borża tal-plastik sewda marbuta ma' għonqha permezz ta' ċarruta. Hija kienet ukoll marbuta b'ħabel. Kollox kien jindika li l-mara ntefgħet fil-baħar biex il-qattiela jeħilsu mill-katavru. Il-mod kif instab il-katavru, il-Pulizija ma kellhom l-ebda dubji li fuq idejhom kellhom każ ta' qtil u li dakinhar kien l-ewwel omiċidju tas-sena 2007. L-investigaturi, flimkien mal-esperti tal-Qorti, fosthom it-Tabib Forensiku Mario Scerri, eżaminaw il-katavru fuq il-lanċa stess qabel ma ttieħed lejn il-kamra mortwarja għall- awtopsja. Sa dak il-ħin l-identità tal-katavru kienet għadha mhix stabbilita u minkejja li kienet liebsa jeans u flokk iswed b'komma twila, ma Tliet Bulgari jittallbu fil-Belt Belti kkorrompa tfajla ta' 15-il sena Jerġa' jindifen l-Imnieħru Mill-Qorti TLIET tallaba Bulgari li f 'dawn l-aħħar ġimgħat dehru jittallbu għall-karità fi Triq ir-Repubblika, il- Belt, tressqu l-Qorti mixlija li "għexu ħajja ta' għażż u vagabondaġġ u f 'post pubbliku mmolestaw lin- nies biex jitolbu l-karità." L-imputati – Ivan Borisov, ta' 29 sena, Genoveva Dineva ta' 31 sena, u Kirana Ivanova ta' 61 sena ammettew l-akkużi kontrihom. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli semgħet kif il-Bulgari ma kinux jafu li f 'Malta huwa illegali li tittallab, u anke talbu skuża ta' għemilhom. Sorsi qrib din il-gazzetta qalu li l-Bulgari kienu ilhom jittallbu fi Triq ir-Repubblika u madwar toroq oħrajn għal tal-inqas tlett ijiem. Waħda min-nisa kienet qed iżżomm ritratt waqt li qed tittallab, filwaqt li mara oħra dehret ixxejjer tazza vojta lejn it- turisti u nies oħra mexjin. Huwa mifhum ukoll li l-pulizija tad-distrett tal-Belt irċevew bosta lmenti minn residenti u turisti. It-tliet Bulgari, li wieħed minnhom deher fuq siġġu tar-roti, ammettew l-akkużi kollha miġjuba kontriehom. Huma ġew liberati bil- kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien tnax-il xahar. RAĠEL ta' 50 sena mill- Belt ġie miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li t-Tlieta filgħaxija kkorrompa tfajla ta' 15-il sena li kienet qed taħdem f 'ħanut fi Strada Stretta fil-Belt. Il-każ seħħ bejn il-ħabta tad-9pm u l-11pm meta l-imputat, Ġesù Maria Nappa Licari, magħruf bħala Jesmond, allegatament kien qiegħed jixrob f 'ħanut fi Strada Stretta. Huwa mifhum li l-akkużat ipprova jixtri sigaretti mill- magna tal-ħanut fejn l-allegata vittma kienet qed taħdem, iżda l-magna ma bdietx taħdem. Għaldaqstant, huwa talab lit- tfajla biex tgħinu. Hu mifhum li f 'ħin minnhom, huma kienu waħedhom fil- ħanut u malli t-tfajla tbaxxiet biex tipprova tara xi problema kien hemm fil-magna, l-imputat allegatament għannaq lit-tfajla, biesha, u anke mess il-partijiet privati tagħha. L-Ispettur Daryl Borg qal li dan l-inċident ġie rrekordjat fuq is-CCTV tal-ħanut. L-ispettur qal ukoll li wara l-allegat inċident, il-vittma, li isimha ma jistax jixxandar għax hi minuri, marret l-Għassa tal-Belt u għamlet rapport. Sussegwentament, il-pulizija marru fuq il-post u arrestaw il-vittma. Quddiem il-Maġistrat, Jesmond, li m'għandux impjieg, wieġeb mhux ħati li b'għemil żieni kkorrompa lit-tfajla u li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tagħha, kif ukoll li żamm jew issekwestra lit-tfajla kontra l-volontà tagħha. Huwa ċaħad ukoll li ġab ruħu b'mod li ta fastidju lill-allegata vittma meta messu kien jaf li l-aġir tiegħu qed joħloq fastidju. Intant id-difiża, permezz tal- Avukat Alessandro Lia, għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, fejn huwa qal li l-imputat għadu preżunt innoċenti. L-Avukat tenna li f 'dawn l-aħħar jiem sema' ħafna dwar każijiet ta' abbuż u li dawn tal-aħħar saru xi ħaġa komuni. "L-akkużi huwa bbażati biss fuq allegazzjonijiet ta' tifla ta' 15-il sena. Huwa veru li wieħed għandu jerfa' r-responsabbiltà tiegħu għal għemilu, però dan l-aħħar, każijiet t'abbuż saru wisq regolari. Wasalna f 'sitwazzjoni fejn qed nisparaw ħafna affarijiet għalxejn," qal l-Avukat Lia. Żied jgħid li l-imputat għandu tlett itfal, li l-età tagħhom tvarja minn 25 sena sa sentejn. Qal li qatt ma rriżulta xi ħaġa simili mill-fedina penali tiegħu u li l-Qorti tista' timponi diversi kundizzjonijiet fosthom li tordna lill-imputat biex ma jersaqx lejn it-tifla. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall- ħelsien mill-arrest minħabba biża' ta' intralċ ta' provi u minħabba n-natura serja tal- imputazzjonijiet. Intant il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża sabiex l-isem tal-akkużat ma jiġix imxandar. "Jekk l-imputat jinstab innoċenti, ismu u r-reputazzjoni tiegħu xorta se jkunu tħammġu. Min ħa jerfa' r-responsabbiltà mbagħad?" qal l-Avukat. Madankollu, il-Qorti ċaħdet it-talba tad-divjett fuq l-isem tal-imputat u żammet lill- akkużat taħt arrest preventiv. ILKATAVRU ta' Mario Camilleri 'l-Imnieħru' mistenni jiġi midfun fil-jiem li ġejjin, wara li l-Ispettur Chris Pullicino informa lill-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa li fis-seduta li jmiss fil-każ tal-qtil ta' Mario Camilleri u ibnu Mario Camilleri Junior ta' 21 sena mistenni jixhed l-espert li għamel l-eżamijiet fuq il- kranju tal-Imnieħru. Dan il-verbal sar mill-Ispettur Chris Pullicino matul il- kumpilazzjoni ta' Jason Galea, ta' 39 sena minn Birżebbuġa, u Ronald Urry, ta' 49 minn Raħal Ġdid, li huma mixlijin bil-qtil ta' Matthew Zahra, ta' 27 sena. Zahra kien għeb nhar il-15 ta' Awwissu tas-sena 2012 u nstab midfun f 'għalqa fil-Qajjenza f 'Lulju tal-2013, meta kienet qed issir tfittxija għal Mario Camilleri u ibnu. Il-Qorti semgħet kif nhar it-23 ta' Lulju, il-Qorti kienet ordnat sabiex jinqala' l-katavru ta' Mario Camilleri mill-qabar tiegħu biex isiru testijiet fuq il-kranju tiegħu. Dan wara li l-patalogi u l-pulizija ma qablux fuq il-kawża tal-mewt ta' Camilleri. Il-pulizija qed jinsistu li huwa miet permezz ta' tir f 'rasu, filwaqt li l-esperti tal-Qorti qed jisħqu li minkejja li qala' tir, din ma ppenetratx il-kranju tiegħu. "Wara li l-katavru ta' Camilleri ġie eżaminat, il-pulizija u esperti tal-qorti għamlu l-eżamijiet fuq il- kranju ta' Mario Camilleri (l-Imnieħru) wara li dan reġa' nqala' mill-qabar. L-espert huwa mistenni jixhed fis- seduta li jmiss u wara li dan l-espert ikun xehed, il-prosekuzzjoni mistennija titlob id-difna mill-ġdid tal- Imnieħru." L-awtorizzazzjoni trid tiġi mill-Maġistrat Micallef Trigona wara li jkun sema' x-xhieda tal-espert. Il- Maġistrat Josette Demicoli, li qed tippresedi l-kumpilazzjoni tal-qtil ta' Matthew Zahra, iddikjarat li fl-eventwalità li l-Maġistrat Micallef Trigona jawtorizza d-difna, din tkun tista' ssir. Il-kawża ġiet differita għat-13 t'Ottubru. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Ir-ritratt tal-vittma li kien iċċirkolat fuq il-mezzi tax-xandir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 september 2014