Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 | illum 9 u mitfugħa fil-baħar fl-2007 għax bdiet taħdem għal rasha nstabu l-ebda dokumenti ta' identifikazzjoni fuqha. Kif instabu l-ħwejjeġ ta' taħt li kienet liebsa ma kienx eskluż li dawn tlibbsu meta kienet diġà mejta jew mitlufa minn sensiha. Kulma l-Pulizija kellhom kien li l-katavru kien ta' mara ta' karnaġġjon abjad, xagħarha iswed b'malju twil u kellha tpinġija fuq in-naħa t'isfel ta' daharha. Mingħajr ebda identifikazzjoni u l-ebda rapport riċenti ta' mara rrapportata nieqsa, il-Pulizija bdew jibbażaw l-investigazzjonijiet tagħhom fuq it-tpenġija li l-Pulizija ħasbu li seta' kien ta' għajnuna jekk jirriżulta li t-tpinġija sar hawn Malta. It-tama kienet li wieħed mill-artisti li jagħmlu t-tpinġija f 'Malta jiftakar li kien għamel it- tpinġija li nstabet fuq il-katavru u forsi seta' jagħti xi ħjiel min kienet il-vittma. B'dan il-qtil kienet infurmata l-Maġistrat Dr Edwina Grima li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti tal-Qorti, fosthom lil Dr Mario Scerri u l-Uffiċjali tax- Xena tar-Reat. Ingħatat xebgħa u kienet fgata Wara li tlesta l-aċċess u saru l-ewwel eżamijiet fuq il-katavru fuq il-lanċa tal-Forzi Armati, Dr Mario Scerri flimkien mal- investigaturi setgħu jistabilixxu li l-vittma kellha diversi daqqiet fuq rasha u f 'partijiet oħrajn ta' ġisimha, magħmulin b'oġġett iebes u anke kellha marki li juru li xi ħadd ipprova jifgaha. Wara li tlestew dawn l-eżamijiet preliminari, il- katavru tniżżel minn fuq il- Melita 1 u ttieħed lejn il-kamra mortwarja biex issir l-awtopsja. Dakinhar stess matul il- ġurnata saret l-awtopsja fil-kamra mortwarja tal-Isptar San Luqa li tmexxiet mill-istess Tabib Forensiku Mario Scerri flimkien mal-patoloġisti Safraz Ali u Marie Therese Camilleri Podesta. Mill-awtopsja rriżulta li Larissa Safranova sofriet qabel mietet. Meta nstab il-katavru fis-7.30am kien ġie stabbilit li l-vittma kienet ilha mejta madwar erba' sigħat li jfisser li nqatlet għall- ħabta tat-3am. Hija kellha tbenġil ma' diversi partijiet ta' ġisimha liema tbenġil kien għadu frisk. Ma' għonq il-vittma nstabu marki ta' dwiefer kienu jindikaw li saret pressjoni qawwija fuq l-għonq. Hija kellha tbenġil fuq l-ispalla x-xellugija, dirgħajha x-xellugija kif ukoll fuq moħħha u fuq wiċċha, kollha riżultat ta' daqqiet vjolenti b'oġġett iebes. Marki oħrajn kienu jindikaw li hija nżammet waqt li kienet qiegħda tiġi msawta. Hija sofriet ukoll daqqiet fuq riġlejha u daqqa oħra vjolenti fuq rasha. Iżda l-kawża tal-mewt kienet billi Safranova sfat fgata u mitfugħa fil-baħar. Qabel ma nqatlet, Larissa Safranova għaddiet minn martirju bi swat vjolenti u l-mewt kienet waħda fit-tul u krudili. Hija ntefgħet il-baħar meta kienet diġà mejta tant li meta l-katavru tagħha nstab fil- wiċċ kienet ilha mejta ftit sigħat. "Meta persuna tegħreq u tmut fil-baħar, il-katavru jinżel fil-qiegħ għax il-pulmun jimtela bl-ilma baħar. Wara xi jiem il-katavru jitla' fil-wiċċ. Iżda meta persuna tintefa' fil-baħar meta tkun diġà mejta, il-katavru jibqa' fil-wiċċ," spjegali wieħed mis-sorsi. Tfittxija qrib ix-xatt Minħabba li kien stabbilit li Safranova ma kinitx ilha mejta meta nstab il-katavru tagħha u kien ukoll stabbilit li l-aħħar movimenti tagħha kienu fl- inħawi tax-xatt ta' Tas-Sliema fejn diversi persuni kienu rawha l-ġurnata ta' qabel li nstabet maqtula, l-investigaturi ma setgħux jeskludu li Safranova nqatlet f 'Tas-Sliema stess. B'din it-teżi, il-Pulizija għal darb'oħra talbu l-assistenza tal-Forzi Armati biex jagħmlu tfittxija fil-baħar tul ix-xatt ta' Tas-Sliema minn ħdejn it-Torri sal-Ponta ta' Tignè bit-tama li tinstab xi tip ta' evidenza fil-baħar. Din it-tfittxija saret permezz ta' għaddasa tal-Forzi Armati. Madankollu t-tfittxija kellha tiġi abbandunata ftit tal-ħin wara minħabba baħar qawwi tant li kien Forza 6 u ma kienx possibbli li ssir it-tfittxija. Ritratt fuq il-mezzi tax- xandir Peress li dak iż-żmien ma kienx hemm rapporti ta' persuni neqsin, il-Pulizija ma kellhom l-ebda ħjiel ta' min kien il-katavru. Għaldaqstant l-investigaturi daru fuq il-mezzi tal-istampa u x-xandir fejn ħarġu ritratt ta' wiċċ il-katavru u talbu l-għajnuna tal-pubbliku biex tkun identifikata. Fil-fatt ftit tal-ħin wara li r-ritratt tal-vittma deher fuq il-mezzi tax-xandir, il-Pulizija kienu avviċinati minn persuna li għarafha. Minn aktar informazzjoni l-Pulizija identifkaw il-katavru bħala dak ta' Larissa Safranova ta' 25 sena ta' nazzjonalità Russa. Prostituzzjoni u droga Kif il-Pulizija kellhom b'ċertezza li l-vittma kienet Larissa Safranova, immedjatament bdew ifittxu lil kull min kellu xi kuntatt magħha u min kien jafha. Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li Safranova ma kinitx turista hawn Malta tant li fi spazju ta' sentejn kienet diġà daħlet u ħarġet minn Malta tliet darbiet. L-ewwel darba li ġiet Malta kien f 'Settembru tal-2005 fejn għamlet perjodu qasir. Fl-2006 ġiet Malta darbtejn u baqgħet tgħix hawn. Sar magħruf li r-Russa kienet qed taħdem bħala prostituta, imma minn dawk magħrufin bħala "call girl" li tfisser li mhux toqgħod titlajja fit-toroq imma min iħaddimha jkollu l-klijenti tiegħu u mhux dejjem fl-istess post. Ġenerlament dawn il-klijenti jkunu rġiel ta' ċertu klassi li ma jmorrux iduru fit-toroq isibu prostituta imma jsiru l-arranġamenti minn qabel fejn jiltaqgħu ħafna drabi f 'postijiet diskreti. Il-Pulizija rriżultalha wkoll li Safranova kienet involuta fiċ-ċirku tad-droga, imma aktar fit-traffikar milli fit-teħid tad-droga. Fil-fatt mill-awtopsja ma rriżulta xejn li kien jindika li Safranova kienet tabbuża mid-droga, la mill-eżamijiet tossikoloġiċi u lanqas ma kienu nstabu marki fuq il-katavru ta' titqib. "Prostituzzjoni u droga huma żewġ vizzji li kif ixxellef difrejk ma' min ikun involut u tieħu triq għalik waħdek, tkun qed tixtri l-mewt u l-mewt b'mod kiefer", qalli espert f 'dan il- qasam. Tgħix ma' mara barranija Fix-xhur ta' qabel ma nqatlet Larissa Safranova, hija kienet marret toqgħod ma' ħabiba tagħha li kienet ukoll barranija. Għal xi żmien Safranova kienet tkun fil-kumpanija ta' raġel Taljan li kien joqgħod is-Swieqi. Jidher li dan kien iħobbha u minħabba l-fatt li hija telqet u marret tgħix mal-ħabiba tagħha, dan it-Taljan kien fost il-persuni suspettati fil-qtil tagħha. Mhux magħruf b'ċertezza għaliex kienet marret toqgħod magħha, iżda kien hemm min qal li meta Safranova bdiet taħdem għal rasha fejn żammet l-istess klijenti u kienet issib hi stess postijiet differenti madwar Malta fejn tmur mal-irġiel, min kien iħaddimha setgħu kienu urtati. Mill-investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija kienu qamu suspetti serji fuq tliet irġiel Maltin li huma magħrufin sew mal-Pulizija kemm fiċ-ċrieki tal- prostituzzjoni kif ukoll fl-abbuż u t-traffikar tad-droga. Iżda minkejja li dawn kollha kienu interrogati fit-tul, l-investigaturi ma sabu xejn konkret biex iressqu lil xi ħadd jew lil kollha l-Qorti b'konnessjoni mal-qtil brutali ta' Larissa Safranova. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-katavru ta' Safranova fuq in- naħa tal-lemin fuq il-lanċa Melita 1 Il-katavru ta' Safranova qed jitniżżel minn fuq il-Melita 1 "Qabel ma nqatlet għaddiet minn martirju bi swat vjolenti u l-mewt kienet waħda fit-tul u krudili"