Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/376804
10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Settembru 2014 Il-Kwistjoni tal-Pjazza Għajnsielem solvuta L-akbar pjazza ta' Għawdex se ssir l-isbaħ KIF ħabbar esklussivament dan il-ġurnal fl-20 ta' Lulju li għadda, l-akbar pjazza fil-gżira Għawdxija, dik ta' Għajnsielem se ssir l-isbaħ pjazza ta' Għawdex. Dan wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Kurja biex jibda t-tisbiħ ta' din il- pjazza li parti kbira minnha hi magħmulha mill-istess zuntier tal-Knisja tal- Madonna ta' Loreto. L-aħbar u l-ftehim iffirmat mill-Ministru għal Għawdex, l-Avukat Anton Refalo u mill-Arċipriet tar-raħal Dun Frankie Bajada sar f 'perjodu partikolari meta l-Parroċċa Madonna ta' Loretu qiegħda tfakkar il-ħamsa u għoxrin sena mill-konsagrazzjoni tal- Knisja Arċipretali u l-aħbar ġiet milqugħa b'ferħ mill- poplu Għajnselmiż. B'hekk kwistjoni li ilha għaddejja għal seba' snin sħaħ bejn il-Kunsill Lokali u l-Arċipriet tar-raħal intemmet billi l-flus se jinħarġu mill-Gvern li ħareġ €106,000 u l-kumplament se jinħarġu mill-Kurja. Is- somma maħruġa mill-Kurja hi mistennija li tkun madwar €200,000. Is-sindku tar-raħal, Francis Cauchi kien ittimbra l-pjazza bħala mandra u kien fil-fatt żvela li l-Kunsill Lokali kien lest joħroġ il-parti li fil-fatt se toħroġ il-Knisja. Iżda skont is-sindku ta' Għajnsielem l-kurja ma kkoperatx mal- kunsill u l-flus li kienu se jintefqu fil-pjazza issa se jintefqu fil-belveder li qed isir f 'Għajnsielem li wasal biex jitlesta. Fattur mhux tas-soltu hu li grazzi għal din il-kontroversja li ilha għaddejja snin sħaħ, bejn il-Kunsill Lokali u l-Knisja, Għajnsielem hu l-aktar li gawda għax issa mhux biss se jkollu pjazza msebbħa u ta' lussu, iżda wkoll belveder li min imur iqatta' ftit ħin hemm se jkun jista' jitpaxxa b'waħda mill-isbaħ xeni panoramiċi tal-gżira tat-tliet għoljiet. Għal dawn l-aħħar snin saru tentattivi biex jintlaħaq ftehim kif se tkun restawrata waħda mill-isbaħ pjazez li hawn fil-gżejjer Maltin. F'din il-kwistjoni daħal il-Ministru għal Għawdex li flimkien mal-Isqof t'Għawdex, Mario Grech waslu biex sar dan il- ftehim. Tkellimna mal-Ministru għal Għawdex li qalilna li hu fittex dak li jgħaqqad u mhux dak li jifred. Il-proġett se jinkludi t-tibdil tal-pavimentar tal- asfalt, titjib fl-aċċessibbiltà u installazzjoni ta' dwal li jaħdmu bl-LEDs fost l-oħrajn. Se titjieb l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà u jitnaqqas il-konsum tal- enerġija. Dan il-proġett se jikkontribwixxi biex tissebbaħ il-pjazza tar-raħal li hi l-akbar waħda f 'Għawdex u tneħħi l-fosos ta' Floriana, forsi anke l-akbar waħda f 'Malta u Għawdex. F'nofs il-pjazza hemm il-Knisja Arċipretali ta' Għajnsielem u meta wieħed iqis li madwarha hemm żewġ każini l-ġmiel tagħhom, dak tal-banda u l-ieħor tal-futbol li t-tnejn li huma jilqgħu diversi turisti għall-ikel u anke divertiment matul tmiem il-ġimgħa, din il- pjazza tagħmilha waħda mill- aktar ħajjin fejn hi l-uniku pjazza li minnha wieħed jista' jgawdi l-veduti tal-kampanja Għawdxija u tal-baħar. Fl-istess waqt f 'din il-pjazza wasal biex jitlesta l-post fejn se tinfetaħ l-MCAST, il- grawnd tal-futbol dalwaqt se jkun lest bit-turf artifiċjali u fil-pjazza ż-żgħira ta' ħdejn l-istess pjazza prinċipali, dik hekk imsejħa Tad-Dehra qed isir restawr fuq l-Għajn tal- Ħasselin. L-għajn minn fejn Għajnsielem ħa ismu Din il-binja storika waslet biex titlesta u nbniet f 'replika eżatta ta' kif kienet grazzi wkoll għal arkeologu li ħadem fuqha. Kienet f 'din il-pjazza li 'Għajn Salem', l-għajn li tat l-isem lill-istess raħal kienet tnixxi l-ilma. Kien għalhekk li l-Granmastru Ramon Perellos fl-1710 kien bena l-Għajn tal-Ħasselin, li kienet tikkonsisti f 'sitt banjijiet għal ħasil tal-ħwejjeġ biex jgħin lill-popolazzjoni li kienet qed tikber mhux ħażin f 'dan ir-raħal. Għal madwar 200 sena minn kmieni filgħodu din l-għajn kienet miżgħuda b'nisa Għajnselmiżi jitkellmu fuq kollox u fuq kulħadd waqt li jagħmlu l-ħasla tagħhom. Iżda aktar ma d-dinja bdiet timmodernizza ruħha n-nisa ma baqgħux jużaw dan il- mezz ta' ħasil u fl-1953 ġiet imneħħija għax kienet ġiet abbandunata u flokha nbniet il-pjazza Tad-Dehra. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt L-Arċipriet Frankie Bajada u l-Ministru Anton Refalo laħqu ftehim Il-pjanta tal-pjazza ta' Għajnsielem Fi 3 snin JOHN BUSUTTIL illum@mediatoday.com.mt LELI Borg għandu 48 sena minn Ħal Qormi li joqgħod San Pawl il-Baħar, armel, missier u nannu li iżda qatt ma ħalla d-diżgrazzji li tfaċċjaw f 'ħajtu jaqtgħulu qalbu mill-ħajja. Mort niltaqa' ma' Leli fl- appartmanet tiegħu ħdejn it-torri ta' San Pawl il-Baħar. Appartament kif jgħidu l-Ingliżi, 'spic and span' attrezzat b'għamara mill-aktar moderna u dwal ikkuluriti mas-suffett, appartament imdawwal li jġiegħlek tħossok ferm komdu meta tidħol fih. Leli li jgħix waħdu kien għadu ma libisx is-sieq artifiċjali u ġie jilqagħni fuq il-wheelchair bi flixkun birra f 'idejh u bdejna niddiskutu s-safra li konna għadna kif morna flimkien. Beda jirrakkontali ħajtu fejn qalli li hu dejjem ħadem fil-fran fejn beda jaħdem mal-Maypole iżda 29 sena ilu jiġifieri ta' 19-il sena rama għal rasu b'forn żgħir il-mandraġġ il-Belt. Minn dan il-forn żgħir irnexxielu jagħmlu l-għajn li minnu kielet il-familja kollha tiegħu, martu u ż-żewġ uliedu Joseph u Marija. Ħdax-il sena ilu waqt li martu Marianne kienet qed taħsel il- ħanut ħasset boċċa f 'sidirha u ddeċidew li jmorru jaraw tabib li min-naħa tiegħu bagħatha Wara nuqqas ta' diversi ġimgħat din is-serje se tkompli bi gladjatur li ltqajt miegħu f'safra ta' madwar 15-il ġurnata. F'dis- safra mxejna tliet kilometri taħt l-art, inżilna 800 tarġa f'minjiera tal-melħ u ma nafx kemm il- kilometru għamilna telgħin u neżlin l- metro ta' Berlin. Dan hu normali għal min isiefer, iżda meta l-persuna li qed nirreferi għaliha jien tkun b'sieq waħda tagħmel dierenza hux hekk? Għawdex: Int djamant