Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 27 SPORTSillum Diego Costa jispira lil Chelsea biex jitilgħu waħedhom l-quċċata DIEGO Costa kien l-eroj assolut għal Chelsea meta wara li kienu gowl minn taħt, għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 4-2 biex issa jinsabu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra b'punti massimi minn erba' logħbiet. L-attakkant prolifiku Spanjol irnexxielu jiskorja tripletta waqt li l-gowl l-ieħor għat-tim minn Londra wasal mis-sostitut Loic Remy fil-81 minuta. Min- naħa l-oħra l-gowls għal Swansea City waslu minn awto-gowl ta' John Terry u minn gowl ta' Jonjo Shelvey. Intant, f 'logħba li offriet spettaklu mill-aqwa u li fiha rajna erba' gowls Manchester City u Arsenal temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 2-2 f 'logħba li ntlagħbet fl- Emirates Stadium. Il-gowls għal Arsenal waslu minn Wilshere u Alexis Sanchez waqt li ż-żewġ gowls għall-Blues waslu minn Sergio Aguero u Martin Demichelis. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Newcastle United bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Pelle u gowl kull wieħed għal Cork u Schneiderlin. Everton barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Lukaku u Mirallas. Sunderland u Tottenham Hotspur temmew il- konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 2-2 bil-gowls għal Sunderland jaslu minn Adam Johnson u minn awto-gowl ta' Harry Kane. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall-Ispurs waslu minn Nacer Cadi u Christian Eriksen. Intant, sorprendentament, Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Aston Villa li kellhom bidu mill-aqwa f 'dan il-kampjonat, bil-gowl għalihom jasal minn Gabriel Agbonlaor wara biss 9 minuti logħob. Riżultati Riżultati Kampjonati Barclays Premier Is-Sibt 13 ta' Settembru Arsenal vs Manchester C. 2-2 Chelsea vs Swansea C. 4-2 Crystal P. vs Burnley 0-0 Southampton vs Newcastle U. 4-0 Stoke C. vs Leicester C. 0-1 Sunderland vs Tottenham H. 2-2 WBA vs Everton 0-2 Liverpool vs Aston V. 0-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 14 ta' Settembru 17:00 Chelsea vs QPR It-Tnejn 15 ta' Settembru 21:00 Hull C. vs West Ham U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 13 ta' Settembru Empoli vs Roma 0-1 Fixtures Kampjonat Taljan Serie A TIM Il-Ħadd 14 ta' Settembru 12:30 Sampdoria vs Torino 15:00 Catania vs Atalanta 15:00 Fiorentina vs Genoa 15:00 Inter vs Sassuolo 15:00 Lazio vs Cesena 15:00 Napoli vs Chievo V. 20:45 Parma vs AC Milan Diego Costa - l-eroj assolut r-rebħa ta' Chelsea wara li skorja hat-trick

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014