Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560
30 illum | Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 Ta' meta bdiet il-karriera tiegħek fil-waterpolo u kif bdiet? Il-karriera tiegħi fil-waterpolo bdiet fl-età ta' 14-il sena. Ħafna tfal jibdew xi ftit qabel minn din l-età u niftakar ċar li ħafna nies kienu jgħiduli biex nibda l-waterpolo qabel minflok naħli l-ħin jew niġri wara t-tfajliet jew nistad wara ħajt fil-pitch tas- Sliema. Kont diġà għawwiem tajjeb u kont ikkowċjat minn Alfred Cachia xi snin qabel, meta kelli xi 10 snin. Niftakar lil ommi li kienet teħodni l-Pixxina Nazzjonali qabel l-iskola biex ngħum , u ovvjament dik kienet xi ħaġa li ma tantx kont inħobb minħabba li jien ma tantx inħobb inqum kmieni filgħodu, biex ma nsemmix li kont insib l-għawm bħala sport veru ta' dwejjaq. Iżda dejjem kont ningħata kumplimenti li jien kont għawwiem naturali jew li kont ngħum mingħajr ma nuri tbatija. Kollox beda bħala kastig. Niftakar lis-sieħeb ta' ommi li dak iż-żmien kien jgħix magħna, Paul Saliba, li minħabba xi ħaġa li kont għamilt meta kelli 14-il sena ġiegħlni nattendi ġimgħa sħiħa ta' taħriġ. Niftakar ċar li huwa kien qagħad bilqiegħda matul is-sessjonijiet kollha ta' taħriġ għall-ġimgħa sħiħa biex jagħmel ċert li ma niqafx ngħum jew li nqarraq f 'xi lap jew nieqaf għall-mistrieħ. Hemmhekk beda kollox. Minn hemmhekk x'kompetizzjonijiet irbaħt? Wara dan irbaħt il- kompetizzjonijiet kollha tal-juniors matul is-snin, darbtejn bħala captain ta' Sliema Youths waqt li temmejt bħala l-aqwa skorer f 'ħafna okkażjonijiet u kont deskritt bħala l-aqwa talent żagħżugħ f 'Malta għal żmien twil. Dan kollu daħal f 'rasi u bdejt nieħu l-affarijiet b'ovvji. Tal-età ta' 16-il sena bdejt niħarreġ mat-tim tal-kbar ta' Sliema u xi drabi ngħatajt iċ-ċans li nilgħab kontra avversarji inqas b'saħħithom minna. Madankollu meta kelli 18-il sena lura fl-2002 għalkemm kont inħoss li kont tajjeb biżżejjed qatt ma ngħatajt iċ-ċans tajjeb li nilgħab, lanqas ma' Sliema ġew biex joffruli kuntratt li kien iżommni interessat fil-waterpolo u ma kellix intenzjoni u lanqas xewqa li nbiddel il-klabb. U għalhekk iddeċidejt li nieqaf nilgħab waterpolo. Niftakar li stajt nibqa' nilgħab logħob ta' taħt id-19-il sena li kieku ridt, iżda għażilt li nieqaf nilgħab. F'dan il-punt għalkemm ma kont għadni ksibt l-ebda suċċess fil-karriera tiegħi, li fil-fatt kienet għadha lanqas biss bdiet, iżda f 'moħħi ta' injorant li kont f 'dik l-età kont ħsibt li fil-fatt li diġà kont ksibt kollox fil-waterpolo. Ma fhimtx x'kont qed narmi! Bejn l-età ta' 18 u t-22 sena numru ta' klabbs interessaw ruħhom fija biex nerġa' nibda l-waterpolo. Iffirmajt kuntratt b'self ma' San Ġiljan f 'dan iż- żmien. Warren Debono kien il-kowċ u huwa kkonvinċieni biex nilgħab u tani ċans. Lgħabt l-ewwel logħba u kont tajjeb iżda wara dan kollu ksirt idi f 'inċident, u ma stajtx nilgħab fil- bqija tal-istaġun. X'ifisser għalik il-leġġendarju tal- waterpolo lokali Marco Manara? Fl-2006 Marco Manara ġie appuntat bħala kowċ ta' Sliema. Jien dejjem kont partitarju ta' dan il-plejer. Kont lgħabt miegħu meta kont qed niġi introdott fl-ewwel tim ta' Sliema ta' età żgħira u rbaħt kampjonat miegħu qabel kelli nieqaf mill- waterpolo għall-ewwel darba. Huwa kien dejjem iħajjarni biex nerġa' nibda l-waterpolo u li kont qed naħli t-talent li kelli meta kont wieqaf mil- logħob. Kont nisma' dan il-kumment kważi kuljum iżda li tisma' dan il- kumment minn plejer tal-kalibru ta' Marco kellu effett fuqi u fil-fatt meta staqsieni biex nirrikunsidra u nerġa' nibda nilgħab għalih ma' Sliema, ħsibt ħafna dwarha u ddeċidejt li nieħu ċans. Kelli rispett kbir għal Marco u ma ridtx niddiżappuntah. Huwa kien kowċ iddixxiplinat u kien strett ħafna miegħi. Inkoraġġieni ħafna u kien kowċ mill-aqwa. F'dak iż-żmien dan kien eżatt dak li kelli bżonn u qabel ma kont naf għamiltha mal-ewwel sebgħa ta' Sliema u kont qed nilgħab tajjeb. Kont għamiltha, wara 4 snin ta' ħajja mhux denja ta' atleta, irnexxieli nerġa' lura fit-triq it-tajba u bdejt nilgħab bil-kunfidenza għal darb'oħra. Dan kien minħabba r-rispett li kelli għal Marco Manara u għall-kunfidenza li wera fija, waqt li xtaqt nikkonvinċi lit-tfajla tiegħi ta' dak iż-żmien li tabilħaqq stajt nirnexxi. Xi ħaġa tipika tiegħi! Wara sena ta' suċċess personali ma' Marco Manara, fis-sena ta' wara kont qed nilgħab l-aqwa waterpolo ta' ħajti, din id-arba ma' kowċ ieħor, u probabbilment il-kowċ favorit tiegħi u persuna li dejjem wera kunfidenza fija u li dejjem kien jaf kif joħroġ l-aħjar minn ġo fija bil-mod li bih kien jikkowċjani u jinkoraġġini. Dan kien Peter Decesare lura fl-2007. Tlifna l-kampjonat iżda rbaħna n-knockout. Fis-sena ta' wara kelli xi ngħid mal-kowċ Igor Gocanin u għalhekk ingħaqadt ma' Exiles b'self fejn irbaħna l-kampjonat u n-knockout fejn irnexxielna nibqgħu mhux megħluba matul l-istaġun kollu. F'dik is-sena (2008) irnexxieli nirbaħ ukoll l-ASA Plejer tas-Sena tat-Tieni Diviżjoni. Fis-sena ta' wara rritornajt ma' Sliema fejn irbaħna t-treble (il-kampjonat, in-knockout u l-kampjonat tax-xitwa) fl-2009. Is-snin 2010, 2011 u 2012 ġabu knockout ieħor u tliet kampjonati tax-xitwa oħra għas-sodisfazzjon tagħna. Neptunes kienu bdew jiddominaw ix-xena tal-waterpolo lokali. Għalkemm aħna konna dejjem inkunu fil-finali, ikolli nammetti li huma dejjem kienu kemxejn aħjar minna. U x'ġara fl-2012? Fl-2012 missieri marad bil-marda qerrieda tal-kanċer u qatta' ħafna mill-ħin tiegħu l-isptar. Kawża ta' hekk jien kelli nqatta' ħafna ħin miegħu wkoll waqt li kelli mmur naħdem u niddedika ħin għall- waterpolo. Din kienet xi ħaġa diffiċli ħafna għalija fejn sofra l-waterpolo minħabba li bdejt infalli sessjonijiet ta' taħriġ li fisser li bdejt inkun iktar fuq il-bank milli fl-ilma waqt il-logħob tal-waterpolo mas-Sleima. Wara s-sena 2012 li kienet waħda twila u mimlija tensjoni, f 'nofs l-istaġun kelli inċident stramb u ksirt is-swaba' ta' saqajja u kont sfurzat li nitlef minn ġimagħtejn sa tliet ġimgħat tal-istaġun. Dan żied mat-tensjoni li kelli kemm minħabba l-marda ta' missieri kif ukoll mat- tensjoni li x-xogħol ta' kuljum iġib miegħu. B'hekk iddeċidejt li kien ikun aħjar li nieqaf mill-waterpolo milli naħli minn tlieta sa erbat ijiem fil-ġimgħa nitħarreġ u noqgħod fuq il-bank minflok nilgħab fl-ilma. Ma stajtx niddedika l-ħin li tirrikjedi l-logħba tal-waterpolo f 'dak il-punt f 'ħajti. Eventwalment missieri miet f 'Ottubru ta' dik is-sena. Kif affetwatek il-mewt ta' missierek? Il-mewt ta' missieri affettwatni ħafna b'mod negattiv. Qattajt sena f 'kontemplazzjoni fejn ma kontx ċert eżatt x'ridt nagħmel f 'ħajti. Bdejt nipprattika diversi delizzji u sports bħas-sajd biex jgħinuni nimla l-ġurnata. Ridt xi ħaġa inqas ta' tensjoni. Ħaġa mexxiet għall-oħra u qabel ma ndunajt, irrealizzajt li kont ħallejt l-iktar affarijiet importanti f 'ħajti jmutu mewta naturali, u dan meta kelli 28 sena. Il-waterpolo kien wieħed minnhom. X'fisser għalik l-unur li rbaħt għall-aħjar plejer għax-xahar ta' Lulju? SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Michael Rizzo – plejer tal-waterpolo li sforz id-determianzzjoni kbira tiegħu kellu staġun mill-aqwa l-waterpolo u dan hekk kif saħansitra għamel xi żmien jikkontempla jekk kellux jirtira minn din il-logħba li tant iħobb "Irrealizzajt li kont ħallejt l-iktar affarijiet importanti f 'ħajti jmutu mewta naturali, u dan meta kelli 28 sena. Il-waterpolo kien wieħed minnhom" "Il-mewt ta' missieri affettwatni b'mod negattiv ħafna. Qattajt sena f 'kontemplazzjoni fejn ma kontx ċert eżatt x'ridt nagħmel f 'ħajti" "Kollox beda

