Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 Qtil ta' Bulgara f 'Buġibba fl-2011 Is-suspettat ħarab ILQTIL ta' mara mill- Bulgarija wasal ftit aktar minn erba' xhur wara l-ewwel omiċidju fl-2011 meta omm ta' nazzjonalità Russa qatlet lil bintha f 'appartament fix- Xemxija. F'dan l-ewwel delitt il-Pulizija akkużat lil Tamara Gennadievan Boubekova li dakinhar kellha 58 sena bil- qtil ta' bintha Yulia Kalinina ta' 28 sena. Dwar il-qtil ta' Irena Bilyanova Abadzhieva li kellha 38 sena mill-Bulgarija, il-Pulizija għandhom biss suspett qawwi min qatel lill-Bulgara, imma mhux il- qattiel innifsu li l-investigaturi jinsabu ċerti li dan ħarab minn Malta ftit wara li wettaq id-delitt. Riħa tinten minn appartament Għalkemm il-katavru nstab nhar is-Sibt, 4 ta' Ġunju 2011, Irena Bilyanova Abadzhieva kienet ilha mejta madwar ġimgħa. Hija kienet toqgħod f 'appartament fi blokk bl-isem ta' 'Antonia Flats' fi Triq it- Turist f 'Buġibba. Kien għall-ħabta tal-11am meta wieħed mill-ġirien tal-vittma xamm riħa tinten ġejja mill-appartament ta' Abadzhieva u billi kien ilu ma jaraha għal xi jiem issuspetta ħażin. Il-ġar qal lil ibnu biex imur ifittex sid l-appartament u jgħidlu biex jiġi jara x'hemm għax ir-riħa kienet insapportabbli. It- tifel, ġuvni ta' 27 sena minn Buġibba stess, mar sab lis-sid u flimkien marru fil-blokk ta' appartamenti li kif daħlu fil-komun ir-riħa tinten kienet diġà tinxtamm. Kif waslu fir-raba' sular, fejn kellha l-appartament il-vittma, ir-riħa kienet aktar qawwija. Wara li ħabbtu l-bieb u ma rrisponda ħadd, is-sid fetaħ l-appartament numru 8. Kif daħlu mill-ewwel innuttaw tiċpis tad-demm. Sid il-blokka ta' appartamenti daħal aktar 'il ġewwa fil-kamra li tagħti għall- gallarija ta' fuq it-triq u ra liżar u quilt li kienu qegħdin jgħattu xi ħaġa. Kif resaq aktar viċin u ra saqajn il-vittma. Mingħajr ma messew xejn aktar huma ħarġu mill- appartament u marru l-Għassa tal-Pulizija li tinsab ftit metri 'l bogħod minn fejn seħħ id- delitt. Aktar minn 40 daqqa ta' arma bil-ponta L-ewwel ma waslu fuq il-post tad-delitt kienu l-Pulizija tad- Distrett mill-Għassa tal-Qawra li tinsab fl-istess triq. Huma kienu mmexxijin mill-eks Spettur Therese Sciberras flimkien mas-Surġent Lydon Zammit u l-Kuntistabbli Salvatore La Grasta u Nicholas Bugeja. Kollox kien jindika li dan kien każ ta' omiċidju u għalhekk issejħu l-ispetturi mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali mmexxijin mill-Ispettur Chris. Marru wkoll l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, illum l-Aġent Kummissarju u s-Supretendent Carmelo Magri, illum Assistent Kummissarju. Kif daħlu fl-appartament u bdew bl-istħarriġ irriżulta li Abadzhieva kellha diversi daqqiet x'aktarx ta' sikkina. Għarwien u jeħel €4,000 multa Prostituti Rumeni kienu msawta u mhedda Ħniena lil raġel b'120 kundanna Mill-Qorti FRANĊIŻ ta' 24 sena kien immultat €4,000 u kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin wara li ammetta li l-ġimgħa l-oħra ġera għarwien f 'San Ġiljan u li aggredixxa żewġ surġenti tal-pulizija li ordnawlu biex jilbes. L-inċident seħħ nhar is-Sibt 6 ta' Awwissu għall-ħabta tas-7.20am meta l- akkużat, Yohan Schwanke, ta' 24 sena minn Franza ntlemaħ miexi għarwien fejn stabbiliment tal-ikel ta' San Ġiljan. Sorsi qrib din il-gazzetta qalu li wara li ntlemaħ mill-pulizija, il-Franċiż, li ġie Malta fuq btala, qasam it-triq u qabeż fil-baħar. L-uffiċjal prosekutur Jason Francis Sultana qal ukoll li waqt li l-Franċiż kien qed jgħum, huwa tela' fuq dgħajsa u beda juri l-warrani tiegħu lejn id- direzzjoni tas-Surġent Oliver Cassar. L-akkużat imbagħad tela' mill-baħar, mar ħdejn ix- xatt u libes shorts. Il-Qorti semgħet kif waqt li l-imputat kien qed jiġi eskortat mill-pulizija lejn l-għassa ta' San Ġiljan, huwa mbuttaha u rremmetta fuq is-Surġent Oliver Cassar u kissirlu n-nuċċali. Malli rah dan, is- Surġent Anthony De Giovanni mar jagħti l-assistenza tiegħu, mmanettja lil Schwanke u ħadu fiċ-ċella tal-għassa. Il-Qorti semgħet kif minkejja li ż-żagħżugħ Franċiż kien fis-sakra u ma jiftakar xejn, huwa xorta waħda ammetta l-akkużi kontrieh. Huwa skuża ruħu għall-imġiba tiegħu u qal li kien lest iħallas għall-ħsara li kkaġuna. Huwa ammetta li fera ħafif lis- Surġent wara li heddu, li kien fis-sakra u fi stat li ma setax jieħu ħsieb tiegħu nniffsu, li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija u li kiser il-paċi pubblika b'għajjat u ġlied. Il-Qorti ppreseduta mill- Maġistrat Josette Demicoli tatu multa ta' €4,000 u kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. ŻEWĠ nisa Rumeni li kienu jaqilgħu bejn €80 u €300 għal nofs siegħa sess qalu li huma kienu mhedda u msawta mil-eks sieħeb Rumen tagħhom sabiex jipprostitwixxu rwieħhom f 'appartament f 'San Ġwann u f 'lukandi f 'San Ġiljan. Dan intqal dil-ġimgħa minn Pilaf Anisoara u Mariaca Daresco, żewġ nisa Rumeni li kienu qed jixhdu fil-konfront ta' Alexandru Onofrei ta' 26 sena, ukoll mir-Rumanija, li qed iwieġeb mhux ħati li ttraffika lil Pilaf Anisoara u Mariaca Daresco, li sfurzahom jipprostitwixxu lilhom infushom kontra l-volontà tagħhom u li mexxa burdell. Fix-xhieda tagħha, Pilaf Anisoara qalet li l-akkużat kien ħadilha ritratti "indiċenti" u nofsha għarwiena u mbagħad ħolqilha kont fuq sit li joffri servizzi sesswali f 'Malta u kif ukoll ħinijiet u prezzijiet. "Alex," l-akkużat, "għamilli kont fuq dan is-sit u permezz ta' dan, bosta klijenti kienu jċempluli fuq il-mowbajl. Kont immur ma' bejn tlieta u erba' klijenti kull darba li kont immur f 'appartament f 'San Ġwann," hija qalet. Hija qalet li l-klijenti kienu jħallsu €80 għal nofs siegħa u dan kien jinkludi l-att sesswali nnifsu. Hi kienet tħallas lill- akkużat 40% tal-prezz. Intant, Mariaca Daresco, li wkoll kienet is-sieħba ta' Onofrei u li wkoll kellha kont fuq is-sit li jirreklama l-"call girls", qalet lill-Qorti li għal bidu kollox kien ward u żahar, però l-ħajja feliċi ta' mħabba li kellha spiċċat f '"ħolma kerħa wara li nbidel mil-lejl għan-nhar u beda jsawwatha." Il-Qorti semgħet kif allegatament l-akkużat kien jisforza lil Daresco biex tmur mal-irġiel, u li meta kienet tiċħad kien isakkarha u anke jsawwatha – tant hu hekk li x-xhud qalet li darba minnhom, huwa kważi qalagħlha xagħarha. Daresco spjegat kif hija kellha x'taqsam sesswalment ma' tliet klijenti biss: żewġ Taljani u Tork. "Kont niltaqa' magħhom f 'lukandi lussużi f 'San Ġiljan. L-ewwel konna nieklu għal xi siegħa u nofs u mbagħad konna nitilgħu fuq u nagħmlu nofs siegħa sess. Kont neħdilhom €300 b'kollox u darba minnhom tlabt €40 oħra għat- taxi," qalet Daresco. Il-flus kienet imbagħad tagħtihom lill-akkużat. Meta mistoqsija mill- Maġistrat għaliex qatt ma kienet pruvat taħrab minkejja li kienet tiġi msawta u li kellha aċċess għal mobile u setgħet toħroġ, Daresco – li matul ix-xhieda tagħha tennet li hija kienet imwerwra mill-akkużat – qalet li ma kinitx tazzarda li tagħmel dan. "Qatt ma pruvajt naħrab. Meta tkun fil-pożizzjoni tiegħi, lanqas biss tipprova. Huwa raġel tal-biża' ħafna u għadni nibża' minnu sal-lum, minkejja li qiegħed taħt arrest." Intant, il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest u żammet lill-akkużat taħt arrest preventiv minħabba biża ta' intralċ ta' provi u biża' li jaħrab minn Malta. L-Ispettur Sylvana Briffa qed tmexxi l-prosekuzzjoni. RAĠEL ta' 61 sena minn Ħal Safi ġie kkundannat għal 12-il xahar ħabs u mmultat €200 wara li l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia sabitu ħati li f 'Lulju tal-2008 huwa attakka, ħebb, irreżista tmien uffiċjali tal-pulizija u li kkaġuna ġrieħi ta' natura ħafifa fuq il-Kuntistabbli Christopher Farrugia. Joseph Zahra nstab ħati wkoll li m'obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, li żamm fuqu arma bil-ponta, u li kien reċediv. Il-Qorti semgħet kif nhar id-19 ta' Lulju 2008, Zahra daħal fl-għassa tal-pulizija ta' Birżebbuġa. Huwa daħal b'ħafna rabja, qabad jidgħi u hedded l-Ispettur Priscilla Caruana li se jwaddbilha tyre għal wiċċha "għax xebgħet titnejjek bih." Meta kien mitlub biex jikkalma, l-akkużat qal lill- ispettur Jerry Attard "lilek inpattihielek," u beda jindirizza lill-Ispettur Johan Fenech bil-kelma "pufta." Wara li ħareġ mill-għassa, l-imputat qala' ċitazzjoni għax il-liċenzja tal-karozza ma kinitx imġedda. Sussegwentament l-imputat daħal fil-karozza u minn bejn is-seats deher jaqbad sikkina. Meta ntalab biex iċedi s-sikkina u joħroġ mill-karozza, huwa ma kkoperax, u l-pulizija kella tuża l-pepper spray fuqu. Il-Qorti qalet li ma kienx "tollerabbli" li persuna jgħajjar u jhedded uffiċjali tal-pulizija waqt xogħolhom, wisq inqas meta dan il-persuna jaqbad sikkina. Il-Qorti qalet li l-akkużat għandu xejn inqas minn 120 kundanna bejn l-1963 u l-2008. "L-akkużat ma jistax iweħħel fil-pulizija, irid jifhem li l-għawġ kollu hu tort tiegħu. Irid jifhem li jeħtieġ li jġib ruħu sew, anki jekk il-Qorti se tuża element ta' ħniena miegħu billi tagħtih piena minima," qal il- Maġistrat Ian Farrugia. John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Il-katavru ta' Irena qed jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014