Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560
Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 7 "HUWA pjaċir u unur għalija li qiegħed hawn illum biex nagħtu ġieħ lill-memorja tal-President Guido de Marco, wieħed mill-akbar statisti ta' pajjiżna" dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu taċ-ċerimonja fejn matulha nkixef il-monument f 'ġieħ il- President Emeritu Guido De Marco. Muscat kompla jgħid "Kien fl-isfond ta' teżi li kont qed nagħmel li ltqajt mal-Professur de Marco fil- bini tal-Parlament. It-tema li xtaqt inkellmu dwarha kienet pjuttost dejqa. Ridt nistaqsi kif wieħed jista' jiddefinixxi lil pajjiżna, u ridt nara x'jaħseb dwar definizzjonijiet bħal small state, city state, micro state. Tbaqbaq mhux ħażin fuq kull waħda minn dawn id-definizzjonijiet u argumenta li kulħadd jaf id-daqs ta' pajjiżna u minħabba f 'hekk wieħed m'għandux juża kategoriji u definizzjonijiet li jistgħu jċekknu r-rilevanza tagħna f 'għajnejn ħaddieħor." Intant l-eks President ta' Malta Guido de Marco ta' kuljum se jibqa' jsellem lill- poplu Malti ħdejn id-daħla tal-Qorti fil-Belt Valletta. L-istatwa li hi magħmula mill-bronż saret mill-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi u turi lil Guido de Marco b'id waħda qisu biex jieħu b'idejn lin-nies u f 'id l-oħra qed iżomm kopja tal-bijografija tiegħu li għandha t-titlu 'Il-politika tal-persważjoni.' Preżenti għall- inawgurazzjoni kien hemm uliedu Mario, Giannella u Fiorella, il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Presidenti Emeriti George Abela, Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, Membri Parlamentari, dinjitarji u persuni distinti oħra. Guido de Marco serva lil Malta bħala President, Deputat Prim Ministru u Ministru f 'bosta karigi speċjalment fl-Affarijiet Barranin fejn kien strumentali biex Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Guido de Marco b'id waħda qisu biex jieħu b'idejn lin-nies u f 'id l-oħra qed iżomm kopja tal-bijografija tiegħu Call for Expression of interest for professional service providers Projects Malta Ltd., a subsidiary of Malta Government's Investments Ltd. is issuing an expression to all professionals and/or firms that are interested to offer their expert services in: Architecture & Design, Legal, Auditing, Finance & Feasibility Studies and Project Management. Projects Malta Ltd. will invite the shortlisted applicants to put forward their proposals and quotations for the provision of services for upcoming projects within the ambit of Public- Private Partnerships. Service Providers that are interested to be part of this database should send their statement of experience and any other material showcasing their qualifications to: Chief Financial Officer, Projects Malta Ltd., Clock Tower, Level 1, Tigne Point, Sliema by Wednesday 17th September 2014. Monument f 'ġieħ Guido de Marco Iż-żjara f 'Londra se tħalli frott għal Malta ILPRESIDENT ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mal-Ministru għall- Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi u l-Kummissarju Għoli Malti għar-Renju Unit Norman Hamilton kellu laqgħa mad-diretturi ta' Barts Hospital f 'Londra. Skont il-paġna uffiċjali tal-President fuq Facebook, il-laqgħa kienet ta' importanza kbira u li b'ħidma kontinwa Malta se tibbenefika min- negozjati li qed isiru f 'Londra. Iktar kmieni din is-sena kien imħabbar li ntlaħaq qbil bejn il- Ministru tas-Saħħa u Università Queen Mary f 'Londra għall- ftuħ ta' skola medika f 'pajjiżna. Dan il-ftehim iwassal għal ftuħ ta' kampus ta' Barts u ta' The London School of Medicine. F'din iż-żjara tagħha Coleiro Preca ltaqgħet ukoll ma' mijiet ta' Maltin li jgħixu l-Ingilterra. Dawn attendew bi ħġarhom għal Malta Day-UK, attività organizzata mill-komunità Maltija f 'Londra. Coleiro Preca indirizzat kongregazzjoni ta' Maltin li nġabret għal quddiesa fil-Katidral ta' Westminster. Wara l-quddiesa, kkonċelebrata mill-Kardinal Malti Prospero Grech, il-President stiednet lil Maltin biex iżuru Malta għall- attivitajiet bil-familji fil-Palazz tal-President. Il-komunità Maltija miġbura fil-Katidral ta' Westminster

