Illum previous editions

illum 14 September 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/380560

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 14 ta' Settembru 2014 | illum 5 "It-tfal huma tal-ġenituri, mhux tal-istat" qabel jiftħu l-iskejjel DIN il-gazzetta tkellmet ukoll ma' numru ta' ġenituri dwar l-għoti taċ-Children's Allowance u Għajnuna Supplimentari. Dawn huma wħud mill-kummenti tagħhom. Joanne Muscat Naqbel li l-allowance jingħata qabel tibda l-iskola għax jgħin biex il-ġenituri jaraw li wliedhom ikollhom il-bżonnijiet kollha biex jibdew sena skolastika oħra. Hemm bżonn isir xi ħaġa dwar l-assenteiżmu u forsi l-Maltin jekk tmissilhom il-but jagħmlu sforz. Hemm bżonn jiġi segwit sew dawk li jibqgħu jfallu u hemm bżonn ukoll li jiġu segwiti dawk l-istudenti li jirritornaw lura l-iskola bis-saħħa ta' din il-miżura. Li sempliċiment imorru l-iskola u joqogħdu jtellfu l-lezzjonijiet mhix aċċettabbli. Alison Agius Fejn hemm iż-żieda tajba dejjem però ż-żieda mhux kulħadd se jeħodha. Ħa jeħduha dawk in-nies li jaqbdu sa €11,000 fis-sena. Minn jaqbad iktar ma jieħu xejn ħlief iċ-children's allowance. Rigward it-tilqim lit-tfal min ma jistax iħallas m'għandux skużi għax ituhom b'xejn. Tħallas biss dawk li ma jagħtix il-Gvern jew li mhumiex obbligatorji. Annabelle Cutajar Naqbel li l-allowance jingħata qabel it-tfal jidħlu l-iskejjel. Ibda biex ħafna mill-uniformijiet huma għaljin ikkumparati ma' pajjiżi Ewropej oħra u huma ta' kwalità inferjuri. Però rigward l-għajnuna supplimentari - inħoss li għandu jeħodha kulħadd jew ma jeħodha ħadd għax sinjal li din intenzjonata għas-single mothers jew għal dawk li jippreferu joqogħdu d-dar jitgħażżnu! Safrattant aħna nagħmlu sagrifiċċju u nħallsu balla taxxi! Naħseb li għandu jsir xi ħaġa rigward l-assenteiżmu mill-iskejjel fuq livell globali mhux marbuta mal-għajnuna supplimentari għax ma nistax nifhem kif fil-ġurnata tal-lum għadek issib żgħażagħ li huma illitterati. Inħoss li l-kurrikulu jinvolvi ħafna studju fil-vojt u t-tfal bit-teknoloġija kollha ta' madwarhom m'għadx għandhom paċenzja jistudjaw bl-amment. Rigward it-tilqim dan l-aħħar fuq Facebook qrajt xi kummenti ta' ġenituri li ma jridux jagħtu t-tilqima obbligatorja MMR ta' età żgħira għaliex xi riċerka tgħid li hi relatata mal-awtiżmu imma hemm bżonn ta' għarfien aħjar f 'dan ir-rigward. Christina Borg Chircop Rigward children's allowance huwa sewwa li ħa jingħataw qabel mat-tfal jidħlu l-iskola għax mhux kulħadd jiflaħ iħallas ħafna spejjeż f 'daqqa. Dwar l-għajnuna supplimentari iva naqbel u sewwa jagħmlu li din tingħata skont l-attendenza tat-tfal l-iskola forsi b'hekk jinqata' l-abbuż fejn tfal jispiċċaw ifallu l-iskola għal xejn b'xejn. Andrew Fiorini Lowell Iva naqbel ma' dawn il- miżuri u li jkunu marbuta mal-attendenza tat-tfal fl-iskejjel. Hu dritt tat-tfal li jmorru l-iskola u l-ġenituri huma obbligati li jibagħtu lill-uliedhom l-iskola. Hi wkoll responsabbiltà tat-tabib li jara u jiċċertifika jekk tfal humiex verament morda. Ma' dawn il-miżuri hemm bżonn ukoll strutturi ġodda fejn l-assenteiżmu mill- iskejjel mingħajr raġuni valida għandu jwassal lil min hu responsabbli sabiex jittieħdu proċeduri kontrieh fil-qorti. Maria Brincat Dawn il-miżuri mhux se jnaqqsu l-assenteiżmu. It-tfal illi jfallu sikwit kulħadd jaf min huma imma bil-Malti ħadd m'għandu l-gazz li jaqbad il-barri minn qrunu! Dan issa aktar inkonvenjent għall-każi ġenwini għax tispiċċa toqgħod taħli xebgħa ħin il-polyclinic, jew iġġib it-tabib id-dar u tħallsu €15! Dwar li torbot l-għajnuna supplimentari mat-tilqim u attendenza minn fejn sa fejn? It-tfal huma tal-ġenituri, mhux tal-istat! Għal darb'oħra dan hu każ li l-persuni konċernati m'għandhomx il-gazz jindirizzaw lil min ħaqqu. Faċli jkunu jafu min qed jiżgarra mir-rekords mediċi tal-isptarijiet u twelidijiet. Mela allura la jafu min huma, għaliex ma jaqbdux u jduru fuqhom direttament? Vladimir Cutajar Forte Rigward il-ħlas taċ-Children's Allowance f 'darba ma naqbilx miegħu għax nemmen li l-istess Gvern Laburista kien introduċa dan l-allowance għal skop sabiex tingħata għajnuna inġenerali matul is-sena lill-familji bit-tfal. Fl- ebda mod dawn il-benefiċċji kienu speċifikament marbuta ma' xiri tal-kotba, uniformijiet eċċ, li ta' min ifakkar li bħal kull ħaġa, hemm bżonnhom is-sena kollha u mhux f 'Settembru biss. Min esperjenza personali, nieħdu pjaċir u napprezzaw iktar meta jasal darba kultant il- pagament u nallokaw il-fondi fuq it-tifel, skont l-esiġenzi tal- mument. Rigward l-għajnuna supplimentari huwa żball kardinali fejn ħa ċċappas pagament dovut bi dritt ċivili ma' obbligazzjonijiet, 'jew tagħmel hekk jew ma nħallsekx'. Marbut ma' dan hemm imsemmi wkoll iċ-ċertifikat tat-tabib obbligatorju kull meta tifel ma jattendix, anka għal ġurnata waħda. F'dan il-każ, hemm possibbiltà qawwija li familja bi dħul minimu mhux ħa jċemplu lit-tabib u jħallsu kull darba €5/€10 għal ċertifikat, b'hekk iktar tfal se jibdew jintbagħtu l-iskola morda u iktar se jimirdu tfal! Naqbel li għandu jkun hemm tilqim obbligatorju u naqbel li għandu jsir kontroll fuq l-attendenza, imma mhux b'theddida ta' benefiċċju. Rita Pace Naqbel li l-allowance jingħata qabel ma jinfetħu l-iskejjel ħalli l-familji jkollhom għajnuna fl-ispejjeż ta' uniformijiet, stationery, kotba eċċ li t-tfal jeħtieġu għas-sena skolastika. Idea tajba kieku li jkun hemm rabta bejn imġieba fl-iskola u allokazzjonijiet li jingħataw biex il-ġenituri jieħdu interess meta l-imġieba ta' wliedhom ittellef tfal oħra biex jerfgħu responsabbiltà u jieħdu sehem attiv fid-dixxiplina ta' wliedhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 September 2014