Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 Qatt iddispjaċik li ħallejt is-siġġu tal- Kunsill għas-siġġu tal-Parlament? Dak iż-żmien għadni nimmissjah sal- lum għax il-Kunsill iħallik qrib in-nies. Però hemmhekk ħallejt il-'baby' tiegħi l-parkeġġ fil-qalba tal-Ħamrun, avolja meta nfetaħ lanqas biss ġejt mistieden. Ifhimni bħala membru parlamentari fl- oppożizzjoni int nullita, ma tfisser xejn. Bħala backbencher fil-gvern ukoll ma tantx ikollok sodisfazzjon għax il-poplu jippretendi minnek u int trid minn ħaddieħor. Issa meta l-Prim Ministru bagħat għalija u offrieli r-rwol ta' ċermen tal-KMS, waqaft naħseb u għalkemm qatt ma stennejtha ħadt dan l-inkarigu bil-qalb. Anke jekk qatt ma ħlomt dwar dak li kelli nsib fil-KMS. Mela x'sibt? Sibt affarijiet tal-waħx. Mill-2011 sa Marzu tal-2013 ir-riservi kollha tal-KMS, €4 miljun, sparixxew. Il- KMS kienet qed tiekol minn ġewwa. Il-ħela ta' flus kienu xi ħaġa li lanqas timmaġinaha. Kienu ntefqu €100,000 biex tiġi organizzata l-Malta Sports Award u aħna għamilnieha bi €15,000. Intefqu €300,000 biex sar open gym f 'Ħal Qormi meta kien hemm prijoritajiet oħra u issa għandi dubju kemm verament dan il-gym jintuża. Kemm kien l-ammont ta' dejn li sibt? €700,000 li telgħu għal €1.2 miljun minħabba xi impenji li kien hemm. In-nies żejda b'salarji kbar li kien hemm kienu xi ħaġa li jwaħħxuk. Angelito Sciberras ingħata kariga maniġerjali u mill-aktar għolja mill-10 ta' Marzu 2013 (jiġifieri mill-għada tal-elezzjoni) bil-kuntratt tiegħu jiġi ffirmat fit-8 ta' Marzu, lejliet l-elezzjoni. Żammejtuhom dawn il-ħaddiema? Dażgur li le. 'Details revoked' u ġew rimpjazzati. Kemm ilna hemm iffrankajna €250,000 f 'pagi ta' nies żejda u overtime li ma kienx hemm bżonnu. Dawn is-salarji żejda kollha kienu jmorru għand Nazzjonalisti? Ma kinux Laburisti. Iżda rrid niċċara ruħi li fil-KMS hemm ħaddiema Nazzjonalisti li jagħtu qalbhom u li jaħdmu bil-qalb u bla waqfien. U dawn huma n-nies li rrid jaħdmu fil-KMS. X'inhu r-rwol tal-KMS fis-soċjetà Maltija? Ir-rwol tagħna li ngħinu lil klabbs biex jinvestu fit-tfal. Niftakar li dik dejjem kienet ir-reliġjon tiegħi anke meta kont sindku tal-Ħamrun kont ħriġt bl-idea li dawk il-Ħamruniżi li jgħixu l-Ħamrun inħallsulhom is-sħubija tan-nursery u b'hekk inkunu qed ngħinu lill-klabb u lill-familji. Meta tinvesti fit-tfal qed tinvesti fis-soċjetà. Irridu nibdlu l-mentalità wkoll li l-isport ma jwasslek imkien għax l-iskola akkademika dejjem tieħu post l-isport. Dan ġara fil-UEFA U17 tournament tal-futbol. Bqajt skantat meta smajt li kien hemm żgħażagħ li ġiethom l-opportunità darba li jieħdu sehem f 'dan it- tournament ta' klassi u minħabba li kien hemm l-eżamijiet kellhom iċedu posthom. Ma nistax nifhem għaliex l-eżamijiet ma ġewx posposti sa wara t-tournament. Din burokrazija żejda għax it-tfal jikbru fl-isport. Sadattant komplejtu fejn ħalliet l-amministrazzjoni ta' qabel 'Summer on the Move'? It-tajjeb inżommuh iżda ntejbuh ukoll. Li forsi l-poplu ma jafx hu li anke hawn F'sentejn sparixxew L-Avukat Luciano Busuttil jitkellem mal-ILLUM dwar is- sitwazzjoni nanzjarja tal-waħx li sab l-KMS. Dwar kif qed jiaċċja din is-sitwazzjoni u anke l-esperjenza negattiva tiegħu meta ma telax l- Parlament -aħħar elezzjoni ġenerali u kellu jistenna l-by- election. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Luciano Busuttil 40 sena Ilu miżżewweġ lil Dorothy għal dawn l-aħħar 10 snin Missier Gabriel ta' 8 snin u Kayleigh ta' 5 snin Avukat, membru parlamentari Laburista, ċermen tal-Foreign & European Affairs Commission u ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport Serva bħala sindku tal-Ħamrun għal seba' snin