Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 3 li jsir Punent forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir ħafif Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ bi ftit sħab f 'xi waqtiet TEMP: L-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 3 li jsir forza 4 u jdur mill-Punent Majjistru forza 4 BAĦAR: Ħafif SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 71 67 59 81 82 75 63 44 REGENT Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta DARWIN Pharmacy, 152, Triq il- Kbira San Guzepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbi- ra, Birkirkara CHARING Pharmacy, Triq il-Mimo- sa, Pietà SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Frangisk, Balzan ST. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura FELICE Dispensary, 95, Triq is-Sant- warju, Żabbar BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria TONY'S Pharmacy, Triq il-Qbajjar, Marsalforn X'jagħmilna nazzjon, għada f 'Reporter DIN il-ġimgħa l-programm Reporter se jerġa' jiddiskuti żewġ suġġetti differenti fejn fl-ewwel parti d-diskussjoni se titratta l-ħatra tal-Kummissarju Malti Karmenu Vella u l-portafoll mogħti lilu filwaqt li fit-tieni parti s-suġġett magħżul hu dwar x'jagħmilna nazzjon. Il-mistieden ta' Saviour Balzan fl-ewwel parti tal- programm se jkun Peter Agius, Kap tal-Uffiċċju tal- Parlament Ewropew f 'Malta. Din il-ġimgħa smajna kif il-President tal- Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker ħabbar li l-Kummissarju Malti Karmenu Vella se jingħata portafoll responsabbli mill- ambjent, affarijiet marittimi u s-sajd. Inkluż f 'dan il-portafoll hemm ukoll il- kaċċa. Balzan jistaqsi fost oħrajn jekk hemmx xi mottiv partikolari għaliex Vella ingħata dan il-portafoll u x'inhu mistenni mill- presidenza ta' Juncker. Fit-tieni parti tal- programm, id-diskussjoni se tiffoka fuq x'jagħmilna nazzjon u x'ifissru l-festi Nazzjonali tal- Indipendenza, Jum ir- Repubblika, Jum il-Ħelsien u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Balzan jitkellem ma' Roderick Pace, Direttur tal- Istitut tal-Istudji Ewropej fl-Università ta' Malta u ma' Charles Xuereb, Xandar u Storiċista. Magħhom jiddiskuti fid-dettall x'inhuma dawk l-elementi li jsawru l-identità tagħna bħala nazzjon. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill- ġurnalist Frederick Attard. Reporter jixxandar għada fid-8.45pm Huwa l-waqt li ningħaqdu aktar minn qatt qabel "INNIES xebgħu bil- piki tal-aħmar u l-blu, li jkun hemm dibattitu politiku hija xi ħaġa normali f 'demokrazija, iżda għandna għalfejn nargumentaw fuq festi li ġraw 50, 40 u 35 sena ilu? Dawn il-festi nazzjonali huma wlied l-istess omm, u ma setgħux iseħħu kieku ma kinux flimkien. Dan huwa l-waqt li ningħaqdu aktar minn qatt qabel" dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jindirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali taċ-Ċentru Laburista ta' Ħal Qormi. "L-Indipendenza, ir- Repubblika u l-Ħelsien huma tal-poplu kollu u għalhekk inħeġġeġ lill-poplu biex kulħadd jingħaqad u jiċċelebra l-Indipendenza. Irridu nuru li dan il- poplu immatura u kiber, u tikber billi tagħmel pass 'il quddiem. Jekk din tirnexxi, bħal ma jien persważ li se tkun, se nkunu qed nagħtu rigal lill-ġenerazzjoni li ġejja, għax se nkunu għamilna pass li xtaqu jagħmlu ġenerazzjonijiet ta' qabel iżda li ma rnexxilhomx" saħaq Muscat. Hu żied jgħid li meta tkun fit-tmexxija tal-pajjiż trid tieħu d-deċiżjonijiet, liema deċiżjonijiet ikunu diffiċli u fejn ma jkollokx il-lussu tal-ħin u informazzjoni kompleta, iżda li dawn iridu jittieħdu fl-interess tal-poplu. Il-Mexxej Laburista spjega kif waħda minn dawn id- deċiżjonijiet diffiċli ttieħdet propju din il-ġimgħa meta kien hemm informazzjoni li vapur kien qiegħed ibaħħar viċin Malta u li fuqu seta' kien hemm persuna li kienet infettata bl-ebola. "Ma konniex nafu jekk kellhiex vera dan il-virus jew jekk kienx hemm aktar nies. Iżda dak il-ħin trid tieħu d-deċiżjonijiet, li jagħmlu s-sens għall-pajjiżna" stqarr il-Prim Ministru. "Aħna lesti li ngħinu u nagħtu li nistgħu lill-umanità, iżda ma tistax tagħti dak li m'għandekx, u ma tistax biex tagħti l-għajnuna lil ftit tipperikola l-ħajja ta' poplu sħiħ. Ridna niddeċiedu biex nagħtu dak li hu l-aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi" tenna Muscat waqt li fakkar kif din id-deċiżjoni sabet l-appoġġ ukoll tal-Oppożizzjoni, u allura dan ifisser li s-sens komuni jipprevali. Fl-aħħar nett Muscat tkellem ukoll dwar ix- xogħol u qal li minkejja li ftit aktar minn sena u nofs ilu, kien hemm min qed jgħid li se mmorru nitkarrbu għall-bail-out, illum qed nesperjenzaw bil-maqlub. "Il-kontijiet roħsu, għandna stabbilità fil-prezzijiet tal- fjuwil, iżda fuq kollox hawn l-istabbilità. Dan kollu jfisser aktar xogħol, u minkejja li forsi mhux kulħadd għandu xogħol, l-għan ta' dan il- Gvern huwa dak li kull min irid jaħdem ikollu xogħol. Se ngħinu lil dawk li qed jirreġistraw u jridu jaħdmu, iżda mhux lil dawk li ma jridu jagħmlu xejn, pajjiż jinbena fuq il-bżulija" temm jgħid Muscat. Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014