Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 3 Deċiżjoni li hija frott l-iżbalji Iż-żjara tal-Prinċep William B'REAZZJONI għad- deċiżjoni tal-Gvern li jwaqqaf ħesrem il-kaċċa, l-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li hu jilqa' d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq l-istaġun tal- kaċċa b'effett immedjat wara l-każi ta' illegalità li ddominaw l-aħbarijiet matul din il-ġimgħa. "Il-kaċċa illegali hija illegali u għaldaqstant l-ebda Gvern m'għandu jittolleraha. Din kienet il-pożizzjoni ċara tal-Partit Nazzjonalista meta fl-2007 għalaq l-istaġun wara massakru tal-barbaġann. Madankollu, l-istraġi li rajna fl- aħħar jiem ma seħħitx b'kumbinazzjoni. Seħħet għaliex il-Gvern preżenti bagħat messaġġ ċar li kien se jittollera l-illegalità" sostna l-Partit Nazzjonalista. Il-PN qal ukoll li, fost l-oħrajn, dan il-messaġġ intbagħat kemm meta saru numru kbir ta' transfers fis-sezzjoni tal-ALE, kif ukoll meta l-Gvern neħħa l-curfew ta' limitu ta' ħin tal-kaċċa sat-3pm. "Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet żbaljati taw l-impressjoni lill- kaċċaturi li lesti jiksru l-liġi, li jistgħu jagħmlu li jridu. Għaldaqstant id-deċiżjoni li jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa llum setgħet kienet evitata li kieku l-Gvern kien aktar serju mill-bidu nett" temm jgħid il-Partit Nazzjonalista. L-assoċjazzjoni tal- kaċċaturi KSU, Kaċċaturi San Ubertu, qalet li din id-deċiżjoni hi se tispiċċa tħalli deni u tirrifletti ħażin fuq l-isforzi li kien qiegħed jagħmel il-Gvern biex jirregola l-kaċċa. Fi stqarrija li ħarġet l-assoċjazzjoni KSU, intqal li d-deċiżjoni tal-Gvern qed tikkastiga l-minorità minħabba ħsara li għamlu wħud u li qed ipattu qares għaliha dawk li huma responsabbli mill-azzjonijiet tagħhom. Il-Kaċċaturi San Ubertu kkundannaw kull kaċċa illegali. Tkompli minn paġna 1 Il-Prinċep William ma' Joseph Muscat ħerġin minn Kastilja KMIENI ilbieraħ waranofsinhar wasal Malta l-Prinċep William fejn se jkun qed jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet fl- okkażjoni tal-50 sena minn meta Malta kisbet l-Indipendenza. Il-Prinċep wasal abbord titjira tal-Air Malta fejn ftit wara l-wasla tiegħu f 'Malta mar il-Palazz tal-President f 'San Anton fejn iltaqa' mal-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca li min-naħa tagħha tat merħba lill-Prinċep William f 'isem il-Maltin kollha u tenniet ix- xewqa tagħha li hu jkun jista' jgawdi lill-pajjiżna u l-klima tiegħu fil-mawra qasira li għandu f 'pajjiżna. Waqt il-laqgħa Coleiro Preca tkellmet ukoll dwar ir-relazzjoni tajba bejn iż- żewġ pajjiżi u dwar il-mawra li għadha kif temmet ġewwa l-Ingilterra. Min-naħa tiegħu l-Prinċep stqarr li jinsab kuntent li qiegħed f 'pajjiżna għal dan l-anniversarju tant importanti għall-istorja ta' pajjiżna. Fi tmiem il-laqgħa l-Prinċep ħawwel ukoll siġra biex timmarka din l-okkażjoni fil- ġnien ta' San Anton. Aktar tard il-Prinċep kompla bl-impenji tiegħu hekk kif skorta tal-Pulizija waslitu fil-Belt Valletta, fejn jistennewh fuq it-taraġ ta' Kastilja kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma' martu Michelle u ż-żewġ uliedu. Wara l-laqgħa f 'Kastilja huwa mar fi Pjazza San Ġorġ il-Belt fejn assista għall-In Guardia, wara huma marru fil-Librerija Nazzjonali fejn, hu u sejjer bil-pass waqaf ukoll jitkellem ma' xi nies preżenti fejn kien hemm min tah xi tifkiriet żgħar inkluża ċappetta li libes dak il-ħin stess. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt