Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 BOOKING FOR ETC ħ Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ninvestu fil-futur tieg ek Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku li qed nilqgħu applikazzjonijiet għall-korsijiet f'oqsma differenti tas-suq tax-xogħol. Il-korsijiet tagħna huma immirati biex itejbu l-prospetti tal-impjieg tiegħek. Il-korsijiet huma miftuħa għal kulħadd, inkluż għal dawk li qed ifittxu xogħol u dawk li diġa` għandhom impjieg. Il-korsijiet tagħna kollha huma akkreditati u mingħajr ħlas. Il-korsijiet qed jingħataw f'firxa wiesgħa ta' suġġetti, inkluż: đƫ %(%!0ƫø%b%ƫĨ(0%Čƫ *#(%øƫ1ƫ0!)0%'ĩƫ đƫ %(%!0ƫü/ġ/*&&ĚƫĨ+./%&%!0ƫ#((ġę3!( !./ĚČƫę!(!0.%%*/ĚČƫę,(1)!./ĚČƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫ ƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫƫ)/0.1 44%ƫ1ƫ+.&*ĩ đƫ +#+(ƫ0Ěƫ1.ƫĨ+#+(ƫ0Ěƫ'1.ƫ)(ġ*6&*%ƫ1ƫ(ġ,!./1*%ƫĚ %ø%(0ǔĩ đƫ ġ33!(ƫ&*1* đƫ ę++ ƫ* (%*#Ě đƫ %"ƫ0% ƫ!#+6&1 đƫ 0ġ!'*+(+%&ƫ0(ġ *"+.)0%'ƫĨ%ƫ&2.&3ƫ)%**ƫ'+./%&%!0ƫø%b%Čƫ/(ġƫ1ƫ ƫ /Ěƫ'+./%&%!0ƫ22*60%ƫ(ƫ(ġęŐƫƫ!$*%%*Ěĩ 1ƫ %*ƫ(ġ+,,+.01*%0ǔƫ%!4ƫ0%0#((!)ƫ1ƫ00!&&!ƫ%(ġ%(%!0ƫ0%!#!'ċƫƫ !''ƫ-! ƫ0%..!%/0.ƫ#4ġ4+#+(ƫ"1-ƫ(ġ33!(ƫ.0%ƫ0.ġ.!%/0.1ƫ0(ġ-# Čƫ&!''ƫ &+#+'ƫ'!((!)ƫ(%((ġę),(+5)!*0ƫ 2%/+.Ěƫ0%!#!'ċƫƫ !''ƫĚ ƫ-! ƫ0%..!%/0.ƫ#4ġ4+#+(Čƫ'!))ƫ&!''ƫ%*0ƫ"Ě%),&%!#ƫ&!3ƫ(!Čƫ0%/0Ěƫ 0,,(%'ƫ#(ƫ 3*ƫ%(ġ'+./%&%!0ƫ"Ě3%!! ƫ)%((ġę +ƫ!*0.!/Ěƫ0#*ƫ&!3ƫ%((%ƫbb!),!(ƫ fuq 22 201 607/610. L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-KORSIJIET TAL-ETC HUMA MIFTUĦA Is-serqa li falliet fuq il-bank ta' St Andrews Se jgħaddi ġuri t-tielet kompliċi JOHN PISANI NHAR it-Tnejn, 6 ta' Ottubru 2014, quddiem l-Imħallef Dr Michael Mallia mistenni jibda jinstema' ġuri dwar serqa fuq bank f 'St Andrews li falla fl-1996 wara intervent ta' żewġ kuntistabbli li dakinhar kienu qrib il-bank. George Xuereb ta' 49 sena mill-Marsa allegatament kien kompliċi flimkien ma' tnejn oħrajn li diġà għaddew minn proċeduri fil-Qorti u ngħataw sentenza ta' għaxar snin priġunerija kull wieħed. Dawn kienu Carmel Spiteri, magħruf bħala "l-Biżabellu" u Joseph Polidano magħruf bħala "Żeppi l-Għarbi." Il-każ seħħ fis-27 ta' Marzu 1996 għall-ħabta tal-10.20am meta quddiem il-bank, li dak iż-żmien kien il-Mid-Med Bank u llum sar HSBC, waqaf vann u minnu niżlu tliet irġiel mgħammda u armati. Kif daħlu fil-bank ħatfu lill-Kuntistabbli li kien għassa, Maurice Laferla li miet xi snin ilu, ħadulu l-arma u anke aggredewh billi tawh daqqa bil-manku tal-arma fuq rasu. Ftit sekondi wara li l-ħallelin daħlu fil-bank, eks PC Edward Falzon u eks PC Emanuel Cilia, li kienu fl-iskwadra tal-mobile, daħlu fil-pompa tal-petrol li hemm biswit il-bank għax kellhom wieħed mit-tyres baxx. Kif ħarġu mill-vettura, innutaw impjegat tal-bank li kien qed jipprova jiġbdilhom l-attenzjoni minn wara tieqa tal-istess bank. Dan għamlilhom sinjal li kienet għaddejja serqa u għamel sinjal b'idejh forma ta' arma ma' rasu. Kif wieħed mill-kuntistabbli resaq lejn il-bank, it-tliet ħallelin ippanikkjaw u ħarġu mill-bank b'wieħed minnhom jibda jispara fid-direzzjoni taż- żewġ pulizija. Min-naħa tagħhom iż-żewġ pulizija ddefendew lilhom infushom billi sparaw lura lejn it-tliet irġiel fejn tnejn minnhom, Polidano u Spiteri, intlaqtu f 'riġlejhom. Minkejja li kienu feruti, huma xorta daħlu fil-vann u ħarbu minn fuq il-post. Waqt din il-ħarba l-ħallelin laqtu karozza li kien fiha xi turisti, iżda baqgħu sejrin. B'xorti tajba t-turisti ma sofrew ebda ġrieħi. Minnufih bdiet tfittxija għat- tliet ħallelin. Wieħed minnhom, Polidano, kien arrestat ftit tal-ħin wara mill-Ispettur Bertu Mula. Polidano kien instab f 'parapett fi Triq Ross f 'San Ġiljan bid-demm ħiereġ minn siequ kawża tal-ferita li sofra. Il-Pulizija komplew bi tfittxija għat-tnejn l-oħrajn fejn l-ewwel ma nstab kien George Xuereb imma "l-Biżabellu" baqa' mistoħbi u ma deherx. Kien madwar tmin ġimgħat wara li l-Pulizija sabu t-traċċi tiegħu arrestawh fl-inħawi ta' Ħal Qormi. Li ma kienx għall-intervent ta' Cilia u Falzon, kieku t-tliet ħallelin kienu se jisirqu aktar minn Lm100,000 (€233,000). Mhux magħruf x'se jkunu l-akkużi li se jinġiebu kontra George Xuereb meta jibda jinstema' l-ġuri tiegħu bħal għada ġimagħtejn, iżda mhux qed ikun eskluż li fost l-akkużi se jiġi mixli li flimkien ma' żewġ persuni oħrajn ipprova jisraq mill-fergħa tal-bank, liema attentat kien kwalifikat bil- vjolenza, li uża din il-vjolenza fil-konfront tal-eks Kuntistabbli Maurice Laferla waqt li kien fuq dmirijietu, li seraqlu l-arma tas-servizz tal-għamla Webley & Scott u li kkawża feriti fuq l-istess kuntistabbli. Akkużi oħrajn jistgħu jkunu wkoll li Xuereb żamm lil Joseph Sapiano, Paulette Psaila, Tanja Grixti, Eva Fenech u persuni oħrajn kontra l-volontà tagħhom u li heddidhom b'arma tan-nar. "Il-Knisja għandha tersaq viċin il-poplu" – President KDŻ DAVID Callaby Floridia hu l-president il-ġdid tal- Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) wara li ħa post Anthony Mifsud li kien ilu jmexxi l-kummissjoni għal dawn l-aħħar ħames snin. Fl-ewwel kummenti tiegħu li ta lil dan il-ġurnal esklussivament qalilna li l-Knisja, issa aktar minn qatt qabel, għandha tersaq viċin tal- poplu. "Il-Knisja trid timxi mal- poplu u toffri kulma għandha biex tkun sinjal ta' dawl u melħ għal din id-dinja. Trid tkun preparata biex tasal safejn hemm bżonn bil-ħidma tagħha basta xxandar il-vanġelu lil kull min jinsab fid-dlam skont il- viżjoni tal-Papa Franġisku." David twieled Paceville 34 sena ilu u miżżewweġ lil Ana. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ Stella Maris, il-Gżira u ggradwa fil-qasam tal-Ħidma Soċjali. Kompla l-istudji tiegħu fil-livell ta' Masters fil-Youth Ministry. Fil-preżent hu lecturer l-MCAST u jgħallem żgħażagħ b'abbiltajiet differenti. David li anke kellu esperjenzi ta' volontarjat f 'Malta u anke barra l-pajjiż qalilna hekk dwar il-ħidma tal-KDŻ. "Qed nippruvaw kemm jista' jkun li jkollna Knisja żagħżugħa u għaż-żgħażagħ fejn l-għan tagħna hu li jkollna Knisja li tilħaq lil kulħadd. Kemm lil dawk diġà impenjati f 'diversi gruppi biex insaħħuhom u għal dawk li għadhom ma sabux għaqda fejn jistgħu jaqsmu l-fidi tagħhom biex ikun jista' jasal il-vanġelu permezz tax-xhieda ta' dawk li diġà esperjenzawha. Kif ukoll ma' żgħażagħ li huma 'l bogħod mill-Knisja. "Din il-ħidma għandha tinbena fuq il-prinċipji ta' relazzjoni, formazzjoni, studju u appoġġ fil-qasam tad-dixxipulat tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Il-Knisja hi mibnija mill- esperjenza ta' kull wieħed u waħda minna. Importanti li nobdu l-awtoritajiet u li nimxu bħala għaqda ta' nies li jemmnu li Ġesù hu t-triq, il-verità u l-ħajja." Il-Pulizija ngħataw sinjal minn tieqa waqt li kienu qegħdin biswit il-bank David Callaby Floridia