Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 11 differenti" – Simon Busuttil Mercieca Ryan Bħala Għawdxi, x'temmen li hu l-aħjar mod sabiex tissaħħaħ l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer? Nemmen li hemm bżonn jibda jopera l-'fast boat service' bejn il-port tal-Imġarr u l-Port il-Kbir immedjatament. Jekk u meta jibda jopera dan is-servizz ikun qed inaqqas il-ħin tal-ivjaġġar b'mod konsiderevoli. Hekk ikun jagħmel il-ħajja tal-ħaddiema u studenti Għawdxin iktar faċli. Ikun qed ukoll jiffaċilita l-ħajja ta' dawk il-Maltin u barranin li jixtiequ jinvestu jew iżuru l-gżira ta' Għawdex. Dan is-servizz mhux biss iwassal biex iħalli effett pożittiv fuq il-ħajja tal-poplu Għawdxi imma wkoll effett pożittiv fuq l-ekonomija Għawdxija li tant għandha bżonn tiġi stimulata. Però wieħed m'għandux għax jeskludi possibiltajiet oħrajn. Iżda importanti li nagħmlu dak li hu fattibbli u li jista' jsir qabel. Micallef Aaron Is-settur tal-avjazzjoni f 'pajjiżna qed dejjem jikber, partikolarment il- manutenzjoni tal-ajruplani. Kemm hi importanti li nħarsu u niżviluppaw din l-industrija? L-industrija tal-avjazzjoni hija żgur settur importanti li kull gvern għandu jiffoka fuqha. Toħloq impjiegi varji , minn skrivani sa piloti sa inġiniera. L-avjazzjoni żgur tagħti spinta wkoll l-ekonomija tal-pajjiż tagħna. Wieħed mill-vantaġġi ewlenin li għandu pajjiżna huwa li Malta hija bbażata fiċ-ċentru tal- Mediterran u għalhekk 'hub' perfetta bejn il-kontinenti tal-Ewropa u l-Afrika. Huwa importanti li wieħed iżomm f 'moħħu li l- industrija tal-avjazzjoni mhuwiex biss dwar manutenzjoni tal-ajruplani, iżda hemm setturi oħra bħall-industrija tal- linji tal-ajru u t-taħriġ fl-avjazzjoni fost l-oħrajn. Nemmen u ċert li l-PN jemmen ukoll, li iva l- industrija tal-avjazzjoni ta' min jiffoka fuqha u jkompli jiżviluppaha f 'Malta. Micallef Angelo Kif qed tħares lejn il-bidla fil-mezzi tax- xandir tal-partit u x'hemm bżonn isir biex jiżdiedu l-udjenzi? Huwa mingħajr ebda dubju li l-mezzi tax-xandir tal-partit għandhom quddiemhom sfidi xejn faċli. Sfida finanzjarja u fl-istess ħin ħtieġa assoluta ta' titjib fil-kwalità. Titjib li jrid jaġġorna l-mezzi tax-xandir maż-żminijiet tal-lum. Tibdil partikolari li jrid jsir huwa fejn jidħlu programmi ta' attwalità. Żmien il-monologi ta' One TV u Net TV spiċċa. In-nies illum qiegħda tfittex l-element investigattiv, mistoqsijiet iebsa u dibattiti ħajjin. Il-mezzi tal-partit għandhom ikunu fuq quddiem nett li jadottaw dan l-istil fuq kull pjattaforma tagħha u f 'kull programm inkluż l-aħbarijiet. Huwa biss b'qabża fil-kwalità u dan l-aġġornament ta' stil li l-udjenzi se jiżdiedu. Psaila Zammit Alessia X'inhi l-politika li temmen għandu jħaddan il-PN fuq riċerka u innovazzjoni? It-twaqqif ta' policy fora li se jiddiskutu t-triq 'il quddiem f 'oqsma soċjo- ekonomiċi ta' pajjiżna huwa pass pożittiv li jagħti spazju biex il-PN japprezza iktar ir-riċerka li qed issir u jiddiskuti x'innovazzjonijiet jistgħu jtejbu l-oqsma soċjo-ekonomiċi ta' pajjiżna. Nemmen li d-diskussjoni fil-policy fora għandha tħeġġeġ lil żgħażagħ, studenti u gradwati biex iressqu r-riċerka tagħhom fuq temi partikolari. Wasal iż-żmien li t-teżijiet u riċerka fil-Librerija tal-Università ta' Malta jibdew jiġu kkonsultati fid- diskussjonijiet dwar politiki u t-triq 'il quddiem. Għaldaqstant, il-politika tal-PN jeħtieġ li tidħol iktar fid-dettall tal-isfidi u opportunitajiet marbuta ma' riċerka u innovazzjoni f 'kull qasam. Schembri Graziella X'għandu jagħmel iżjed il-PN sabiex iżid il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-politika? Il-PN wera bil-provi kemm jixtieq jippromovi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Dan jidher fl-istatut li jagħmilha ċara li sehem in-nisa jkun attwali u immedjat fil-partit; pereżempju fil-Kumitat Eżekuttiv, li huwa l-organu li jfassal il-politika tal-Partit, it-18-il tesserati eletti mill-Kunsill Ġenerali huma eletti skont listi separati. B'hekk l-ewwel disa' nisa mil-lista tan-nisa jiġu magħżula. Dan jagħmel kuraġġ lin-nisa biex jersqu lejn dawn l-elezzjonijiet. Fuq bażi personali jiena dejjem sibt għajnuna kbira u inkuraġġiment mill-partit. Il-fatt li mit- tnax il-deputat ġdid, nofshom, sitta, huma nisa, jawgura tajjeb ħafna u juri l-PN qed iwettaq politika li żżid il-parteċipazzjoni tan-nisa u li tippromwovi ugwaljanza. Schembri Justin X'pożizzjoni għandu jkollu l-PN sabiex jikkumbatti l-illiteriżmu? Il-ġlieda kontra l-illitteriżmu ma tistax tintrebaħ jekk ma jkunx hemm pjan b'viżjoni. Ma jagħmilx ġid li s-sistema edukattiva jkollha ħafna strutturi li ma jintrabtux ma' xulxin. Huwa evidenti li l-għalliema (jgħallmu l-Malti fil-klassijiet tal-Core Competence Programmes) m'għandhomx la r-riżorsi u lanqas kriterji u għanijiet speċifiċi u li jiggwidawhom. Irridu naraw li s-sistema edukattiva jkollha dawn il-mekkaniżmi, billi qabel xejn ninvestu fir-riżorsi gradati li jistgħu jwasslu lill-istudenti minn skala għal oħra. Irridu wkoll nifhmu li din hija speċjalizzazzjoni u li għaliha jeħtieġ li l-pajjiż ikun qiegħed jagħraf il-ħtieġa li jkollu għalliema ggradwati f 'dan il-qasam partikolari.