Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 "Il-PN li se jkun radikalment "ILPARTIT Nazzjonalista jinsab għaddej minn proċess ta' tiġdid, ta' riġenerazzjoni u f 'dan il-proċess qed jinvolvi nies ġodda. Dan il- proċess għadu fil-bidu tiegħu, iżda maż-żmien se jwassal għal partit li jkun radikalment differenti." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ftit wara li din il- ġimgħa l-partit approva l-ewwel kandidati ġodda tiegħu għall- elezzjoni ġenerali. Dawn it-12-il persuna se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal- Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba. Din il-gazzetta tkellmet mas- Segretarju Ġenerali Chris Said fejn staqsejnieh għaliex il-PN ħareġ daqshekk kmieni bl-ewwel kandidati meta għad fadal tliet snin u nofs għall- elezzjoni ġenerali li jmiss. Said qal li eżatt wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-PN beda proċess ta' tiġdid, kemm fl-istrutturi interni kif ukoll fin-nies li jmexxu l-politika tiegħu. "Ġew maħtura Kap, Viċi Kapijiet, u Segretarju Ġenerali ġodda. Inbidel il-mod kif naġixxu man-nies. U issa għandna wkoll l-ewwel kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali. Dawn se jibdew minn issa jiltaqgħu man- nies, jitkellmu magħhom l-isfidi li jiffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum, kif ukoll jgħinu fil-politiki flimkien mal-partit biex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati lill-poplu fis-snin li ġejjin" qal Said. Mistoqsi jekk jaħsibx li l-poplu hux lest biex jibda jilqa' u jiltaqa' ma' kandidati prospettivi meta sa ftit ġimgħat ilu d-diskors kien li l-elettorat għaddej minn electoral fatigue, Said qal li Malta pajjiż żgħir u ċert li n-nies iridu dak il-kuntatt personali mal-politiċi. "Veru, bħalissa hawn min qed iġib skuża bl- electoral fatigue imma xorta jagħmel diskorsi partiġġjani kull nhar ta' Ħadd". Qal li l-kandidati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista mhumiex persuni diviżivi. Żied jgħid li ħafna minnhom qatt ma kienu fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista u għandhom l-għan li jgħaqqdu lil pajjiż. "Ċert li l-poplu Malti u Għawdxi jrid stil ta' politika serja u dawn il-kandidati ġodda hekk se jkunu qed joffru" saħaq is-Segretarju Ġenerali. Mitlub finalment jiddeskrivi lil dawn it-tnax-il kandidat ġdid, Said qal li l-kandidati huma persuni validissimi, b'kompetenzi differenti, entużjasti, li jridu jkunu viċin in-nies, determinati, u lesti biex jikkonvinċu. Tkellimna wkoll mad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Dr Toni Abela fejn tlabnieh jikkummenta dwar il-fatt li l-PN għadu kemm ħabbar l-ewwel 12-il kandidat tiegħu. "Kulħadd għandu l-mod tiegħu kif jaħdem. Il-ħidma fi ħdan il-PL baqgħet għaddejja u se tibqa' għaddejja fiż- żmien li ġej, dan il-proċess huwa wieħed kostanti u li se jibqa' għaddej. Wara kollox huwa dan l-istess proċess li jħalli lil kull partit politiku attiv u ħaj. Il-PL huwa kuntent ħafna bit-tim li għandu preżentament filwaqt li kandidati ġodda, li jkunu se joħorġu f 'isem il-PL, ikunu mħabbra, bħal ma dejjem sar, fil-ħin u l-waqt opportun" qal Abela. Intant wara li rajna l-profil tal- kandidati ġodda, din il-gazzetta bagħtet domanda waħda lil kull wieħed mill-kandidati, liema domandi kienu marbuta mal-profil rispettivi tagħhom. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Abela Wadge Alan Kif qed tħares lejn il-politika tal-PN vis-à-vis l-iżvilupp tal-ekonomija nazzjonali? Il-PN huwa mfawwar b'nies esperti fil-linja ekonomika li fil-mument qegħdin jaħdmu id f 'id ma' diversi industriji f 'pajjiżna biex inkomplu niżviluppaw l-ekonomija ta' pajjiżna. Dan jista' jseħħ biss billi nibqgħu b'idejna fuq il-polz ta' min iħaddem għaliex huwa bil-ġenerezzjoni kontinwa ta' impjiegi ġodda u impjiegi aħjar li pajjiżna jista' jiżviluppa pożittivament b'mod ekonomiku. Barra minn hekk il-PN dejjem offra l-għajnuna tiegħu lil Gvern biex flimkien ifasslu pjattaformi ta' kif jista' jiġu ġġenerati iktar impjiegi. Din hija l-politika moderna, politika progressiva u pożittiva li jemmen fiha u jħaddan il-PN. Aquilina Simone Is-settur turistiku preżentement għaddej minn perjodu pożittiv, x'taħseb li għandha tkun il-politika tal-oppożizzjoni f 'dan ir-rigward? Il-Gvern sab qafas tajjeb fejn jidħol is-settur tat-turiżmu u qiegħed jibni fuq dak li sab u b'mod tajjeb. Iżda bħala Oppożizzjoni nħossu li t-turiżmu huwa settur kritiku li jista' jinbidel mil- lejl għan-nar. Għaldaqstant it-turiżmu għandu jitħares b'mod ħolistiku speċjalment fejn jidħol ambjent. Dawn iż-żewġ setturi jridu jaħdmu flimkien b'sinerġija. Inutli li jkollok infrastruttura tajba u ambjent mitluq jew agħar minn hekk ambjent li dejjem qed jitnaqqar. Għalhekk għandu jsir studju dettaljat fuq riklamazzjoni tal-art. Irid ikun hemm politika serja għal qalba tal-villaġġi fejn l-iżvilupp irid ikun limitat. L-għażla li nisfruttaw setturi bħal agrituriżmu hija tajba iżda rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm żvilupp żejjed li jeqred l-għan ewlieni ta' dan it tip ta' turiżmu. Borg Dounia X'inhi l-politika ta' inklużjoni li int temmen fiha u li temmen li l-PN għandu jadotta? Kulħadd għandu x'jagħti lil pajjiż, anke jekk xi ħaġa żgħira. Għalhekk, il- PN għandu jiġbor dawn l-ideat, u fejn jista' jaddottahom. L-inklużjoni tfisser ukoll li anke nies ta' razez, kulturi u reliġjonijiet differenti preżenti fil-pajjiż għandhom jittieħdu l-ideat tagħhom u fl-istess ħin jingħataw ukoll id- drittijiet li dawn suppost għandhom. M'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala persuni biss bħala numru. Borg Roslyn X'temmen li għandu jsir u x'politika għandu jadotta l-PN sabiex jieqaf kontra x-xogħol prekarju? Primarjament irid ikun hemm iktar diskussjoni bejn il-partijiet soċjali ta' x'inhi eżatt id-definizzjoni ta' xogħol prekarju u liema huma l-parametri li jridu jiġu addottati. Kemm il-unjins kif ukoll l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem iridu jifhmu l-importanza tal-protezzjoni tal-individwi kif ukoll l-importanza li jkun hemm ċertu flessibiltà għal min iħaddem. Hemm bżonn ta' iktar infurzar u riżorsi biex jintlaħaq dan l-għan - minn hawn irridu nibdew. Il-liġijiet huma importanti però inutli jkollok liġijiet u ma jkunx hemm konforma magħhom. Camilleri Zarb Charlene X'inhuma r-riformi li temmen li hemm bżonn fis-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna? Biex is-sistema ġudizzjarja tagħna tkun waħda adegwata u effettiva għaż-żminijiet tal-lum, għandha bżonn riformi legali, investiment infrastrutturali, investiment f 'dawk li huma riżorsi umani. Mil-lat infrastrutturali l-binjiet tal-Qrati saru żgħar u mhumiex mgħammra sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tal-lum. Numru ta' ġudikanti lanqas biss għandhom awla u sigrieta allokati għalihom. Apparti minn hekk, nemmen li għandu jsir aktar investiment f 'sistemi tal- informatika u tibdil proċedurali sabiex, fost affarijiet oħra, kawżi quddiem il-Qrati, u, aktar u aktar, proċeduri kriminali, jintemmu fi żmien ferm iqsar u raġonevoli mil-lum. Nemmen ukoll li l-ġudikanti għandhom jiġu maħtura b'għaqal u li tabilħaqq jintgħażlu l-aħjar nies għal dawn il- karigi sensittivi. Cassar Charlot X'inhi l-viżjoni aħħarija tal-PN dwar in-Nofsinhar ta' Malta? Il-PN jemmen li l-ġmiel tan-naħa t'isfel ta' Malta – naturali u storiku - flimkien mal-Istorja rikka u t-talenti uniċi tan-nies li jgħixu f 'din il-parti ta' gżiritna għandhom potenzjal bla limitu. Il-viżjoni tagħna għal dan ir-reġjun tibni fuq dan il-potenzjal u hija msejsa fuq il-prinċipji u l-valuri tagħna. - Il-valur li jagħmlek temmen fit- talenti tiegħek. - Il-valur li jiftaħlek il-bibien beraħ u jagħtik l-enerġija biex tinvesti fl- abbiltajiet tiegħek. - Il-valur li jippermettilek tuża l-attributi kollha li għandek biex tilħaq il-milja tiegħek. Il-viżjoni tagħna hi li noħolqu mhux li nisfruttaw; li nagħtuk il-libertà mhux inżommuk dipendenti; li nkabbru mhux inkasbru. Viżjoni t'evolviment mhux ta' limitu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014