Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 9 fl-1987 seta' nqatel f 'każ separat il-bieb u kif mar biex jiftaħ sab raġel armat b'senter. Minnufih iż-żewġt irġiel bdew jargumentaw, imma filwaqt li wieħed kien armat, Fenech kien maħsud u ma kellu xejn biex jiddefendi lilu nnifsu. Wara li l-argument saħan sew, il-qattiel agredixxa lil Fenech bl-istess arma tant li fuq ras il-kadavru kienu nstabu ġrieħi kompatibbli ma' daqqiet b'oġġett iebes. Kif kienu qrib ta' xulxin l-aggressur spara tir f 'sider Fenech u ieħor f 'wiċċu. B'dan it-tir nofs wiċċ il-vittma nfetaħ ktieb. Kif il-kanna tas-senter kienet għadha taħraq wara li kienu sparati żewġ tiri, il-qattiel poġġa l-arma fuq in-naħa l-oħra ta' wiċċ Fenech b'konsegwenza li ħaraqlu l-kumplament ta' wiċċu. Dan kollu seħħ fi ftit minuti tant li ħadd mill-ġirien ma sema' xejn ħlief għall- isparaturi. Iżda sa dak il-ħin il-qattiel kien diġà ħarab minn fuq il-post. Spiċċa ħdejn il-bieb Peress li l-argument u l-isparatura seħħet qrib il-bieb tal-garaxx, Fenech spiċċa fl-art ħdejn il-bieb tal-garaxx f 'għadira demm fuq in-naħa ta' barra. Fil-fatt il-mara li ċemplet għall-ajjut sabet lil Fenech mejjet barra mill-bieb tal-garaxx. Il-qattiel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma ħalla traċċi warajh. Kif bdew jaslu l-Pulizija fuq il-post tad-delitt sabu xena kerha. Minkejja li wħud mill- Pulizija kienu raw diversi xeni ta' omiċidji, xorta waħda dak li raw kienet waħda mill-agħar li qatt esperjenzaw. Barra l-feriti gravi li kellu f 'rasu, sidru u partijiet oħrajn ta' ġismu, Charles Fenech kellu nofs wiċċu mtajjar. Tant il-qattiel spara mill-viċin li ċ-ċomb ma kellux fejn jinfirex u Fenech intlaqat direttament miċ-ċomb kollu taż-żewġ tiri sparati. Ftit li xejn evidenza Bix-xjenza forensika li kienet għadha mhix avvanzata bħalma hi llum, l-investigaturi u l-esperti forensiċi ftit li xejn kellhom biex jaħdmu. Mill-investigazzjonijiet li saru fil-jiem u x-xhur ta' wara dan il-qtil, il-Pulizija waslu għat-teżi li l-mottiv wara li qtil ta' Charles Fenech kien bla dubju ta' xejn vendetta. Kollox kien qed jindika li min qatel lil Fenech ma għamlux minħabba xi negozju jew xi att kriminali, imma kienet kwistjoni personali fejn kien hemm għajdut li l-problema kienet dwar xi relazzjoni ma' xi ħadd minn tal-familji. L-arma baqgħet ma nstabitx Il-Pulizija kienu ġabru numru ta' persuni li b'xi mod jew ieħor kienu jafu lil Charles Fenech kemm fuq bażi personali kif ukoll minħabba terzi persuni. L-investigaturi anke għamlu diversi tfittxijiet għand uħud mis-suspettati bit-tama li tinstab l-arma li ntużat f 'dan il-qtil. Iżda minkejja dan kollu l-Pulizija ma sabu l-ebda ħjiel u l-arma baqgħet ma nstabitx. Xi snin wara, fil-bidu tal-2005, il-Pulizija kienu appellaw lil kull min għandu senter biex jieħdu d-Depot tal-Pulizija fil-Furjana f 'tentattiv mhux biss biex isolvu l-każ ta' Charles Fenech imma omiċidji oħrajn li fihom intuża senter. Fost dawn kien għad hemm il-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia ta' 68 sena li nqatel f 'Ottubru 1988 fl- Imġarr li dwar dan il-każ il-Pulizija resqu raġel mill- Mosta li l-proċeduri kontrieh għadhom għaddejjin fil-Qorti. Każijiet oħrajn huma dak ta' Victor Gauci ta' 34 sena mill- Mosta li nqatel f 'Jannar 1992. Dak ta' Oscar Seguna ta' 45 sena mill-Imsida f 'Settembru 1992, Maurice Seguna ta' 32 sena, suldat li nqatel f 'Ħad Dingli f 'Ġunju 1993 u dak ta' Mario Bonnici ta' 45 sena li nqatel f 'għalqa fil-limita ta' Ta' Qali. Dawn il-vittmi kollha nqatlu b'senter u kien għalhekk li l-Pulizija talbet biex kull min kellu senter irreġistrat fuq ismu biex jieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikun eżaminat mill-esperti ballistiċi. Iżda minkejja dan it-tentattiv min-naħa tal- Pulizija, ma rriżulta xejn. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Iż-żona fejn sar il-qtil ta' Charles Fenech ħdejn il-Kappella tal-Mirakli Hija żona fejn fiha kien jirrenja l-kwiet, u għadha hekk sal-lum, speċjalment filgħaxija