Illum previous editions

illum 21 september 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 29 SPORTSillum Hibs b'punti massimi minn ħames logħbiet Hibernians. .................3 Pieta H .......................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBERNIANS iddominaw għal kollox lill-avversarji tagħhom Pietà Hotspurs biex għelbuhom bl-islor ta' 3-1 biex baqgħu b'punti massimi minn ħames logħbiet. Kienu Hibernians li kif mistenni ħolqu l-ewwel periklu meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Jackson Lima għadda ftit għoli. Il-Pawlisti komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara, wara ġirja fuq il-linja xellugija ta' Jorge da Silva Pereira, dan ixxuttja iżda ra l-ballun jgħaddi barra. Pietà Hotspurs rrispondew fid-19-il minuta meta Zacarias avvanza tajjeb fil-kaxxa ssikkat minn difensur ta' Hibernians iżda ra x-xutt tiegħu mdawwar f 'korner bi bravura mill-goalkeeper ta' Hibernians, Henry Bonello. Pietà Hotspurs komplew joħolqu l-periklu meta Zacarias irċieva l-ballun mil-lemin mingħand Frances li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat mill-eks goalkeeper ta' Sliema Wanderers, Henry Bonello. Fis-36 minuta Jackson Lima ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jiġi salvat f 'corner mill-goalkeeper tal-Hotspurs, Cassar. Fl-44 minuta Jorge Pereira da Silva għadda tajjeb lejn Edison Luis dos Santos li iżda kien ferm sfortunat, hekk kif kellu x-xutt b'saħħtu tiegħu jistampa mal-mimduda. Iżda, finalment il-Pawlisti rnexxilhom isibu x-xibka minuta biss wara meta Edison Luis dos Santos krossja lejn Jorge da Silva Pereira li bir-ras tefa' fix-xibka permezz ta' lob delizzjuż, bil-ballun jgħaddi minn fuq ras David Cassar. Hibs komplew juru s-supremazija assoluta tagħhom fit-tieni taqsima fejn ikkontrollaw għal kollox lill-avversarji tagħhom u skorjaw it-tieni u t-tielet gowl fil-logħba permezz ta' Jorge Pereira da Silva biex skorja doppjetta personali u permezz tal-plejer ineternazzjonali Clayton Failla. Pietà Hotspurs skorjaw il-gowl tal-bandiera fil-81 minuta permezz ta' Rafael Xavier Zacarias. Hibernians - Bonello, Gomes (Pearson 82), Soares, Tabone Desira, Cohen, Kristensen (Bezzina 77), Failla, Lima, Agius, Dos Santos (Degabriele 69), Da Silva Pereira Pietà H. - Cassar, Attard (Anonam 70), Grech, Fortunato Dos Santos, Pisani, Cassar, Tasic (Gabriel Joao da Silva 59), Agius, Frances, Zacaraias,Rodrigues Da Silva Referi - Sandro Spiteri JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Diċembru 1985 fil-Brażil Skorja doppjetta f'din il-logħba Qabel ingħaqad ma' Hibernians, kien jilgħab ma' Qormi Ingħaqad ma' Hibernians matul dan is-sajf Floriana miżmuma f 'parità minn Żebbuġ Florian .................... 3 Zebbug ................... 3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ŻEBBUĠ Rangers rebħu punt prezzjuż fl-aħħar mumenti tal-konfront tagħhom kontra t-tim fuq il-karti superjuri ta' Floriana hekk kif temmew din il- logħba f 'parità ta' 3-3. Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta wara biss ħames minuti Gary Muir għadda through pass lejn Vito Plut li kellu x-xutt tiegħu mneħħi minn fuq il-linja minn Yessous Camilleri. Żebbuġ Rangers fetħu l-iskor fl-24 minuta meta minn freekick ta' Carlo Monti, Bojan Mamic għola tajjeb u tefa' fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras ferm tajba. Floriana ġabu l-iskor indaqs fit-43 minuta meta Brooke Farrugia għadda l-ballun bir- ras lejn il-plejer mis-Slovenja Vito Plut li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' fix- xibka. Kif mistenni Floriana għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tat-tieni taqsima u wara biss ħames minuti logħob, huma kellhom ċans li jsibu x-xibka meta minn through pass ta' Gary Muir, il-ballun spiċċa f 'saqajn Vito Plut li ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jintemm ġewwa. Żebbuġ Rangers marru fil- vantaġġ fl-24 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Carlo Monti, Bojan Mamic bħas-soltu għola tajjeb u tefa' fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha. Fit-58 minuta Floriana komplew jiskorjaw meta l-BOV Plejer tal-Logħba Emerson Marcelina qassam il-ballun 'il quddiem lejn il-plejer internazzjonali Steve Pisani li daħal bħala sostitut fil-ftuħ tat-tieni taqsima li minn quddiem il-goalkeeper avversarju għamilhom 3-1 favur Floriana. Iżda Żebbuġ Rangers kellhom intenzjonijiet oħra hekk kif minuta biss wara huma reġgħu daħlu fil- logħba meta rebħu penalty hekk kif Steve Bonnici waqqa' lil John Nwoba fil- kaxxa u mill-11-il metru Carlo Monti tefa' ġewwa. Finalment, Żebbuġ Rangers, ġabu l-iscore indaqs bies salvaw punt prezzjuż fit-88 minuta permezz tas-sostitut Maurico Osmar Rodrigues Britto li permezz ta' xutt angulat tefa' wara l-goalkeeper Taljan, Senatore. Floriana - Senatore, Scicluna, Marcelina, C. Borg (Pisani 46'), Plut (Samb 68'), Piciollo, Briffa, Farrugia (J. Borg 71'), Muir, S. Borg, Bonnici Żebbuġ R. - Farrugia, Paris (Ciantar 82'), M. Gauci, Mandic, Camilleri, Diaz Serrano, Muchardi, Nwoba, Carlo Monti, C. Gauci, Mamic (Britto 63') Referi - Andrè Arciola EMERSON MARCELINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-24 ta' Frar 1991 fil-Brażil Jilgħab fl-irwol ta' plejer ta' nofs il-grawnd ċentrali Huwa wieħed mill-akkwisti li għamlu Floriana matul dan is-sajf Tislima lil Twanny Buġeja ILKAMP sportiv, speċjalment dak relatat mat-tiġrijiet taż-żwiemel tilef kontributur kbir hekk kif tħabbret il-mewt tas- Segretarju Ġenerali tal- Malta Racing Club Twanny Bugeja fl-età ta' 60 sena. Twanny Buġeja kien ilu għal dawn l-aħħar 35 sena jagħti l-kontribut tiegħu għall-isport tat-tlielaq biż- żwiemel. Leħen Twanny Bugeja kien sinonimu mal- korsa taż-żwiemel fil-Marsa, hekk kif sa ftit ġimgħat ilu, kien għadu l-kummentatur tal-korsa. Minbarra hekk, fil-passat ippreżenta wkoll il-programm Korsa fuq TVM filwaqt li kien għal diversi snin kontributur fil-ġurnal L-Orizzont. Twanny Bugeja kien ukoll kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Imtarfa. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, flimkien mal-bord tad- diretturi u l-impjegati kemm tas-Segretarjat Parlamentari u anke tal-Kunsill Malti għall- Isport, iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta' Twanny Bugeja. L-eks kummentatur tat-tiġrijiet taż-żwiemel, Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja l-Ħamis lgħodu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 september 2014