6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014
Il-karozza "tan-nar" lura f 'Għawdex
ILMINISTRU għal
Għawdex Anton Refalo
laqa' bi pjaċir l-ewwel
karozza li qatt ġiet
irreġistrata f 'Malta. Fil-
fatt għandha n-numru
tar-reġistrazzjoni Numru
1. Din il-karozza kienet
ukoll l-ewwel karozza li
qatt instaqet fit-toroq
Għawdxin. Hija tal-marka
Siddeley.
Il-karozza ġiet irreġistrata
fil-1904. Mhux magħruf
x'sar mill-karozza bejn il-
1904 u l-1907. Dwar dawn
is-snin għadha qiegħda ssir
ir-riċerka. Ir-riżultat għandu
jkun ferm interessanti għad-
dilettanti tal-karozzi antiki.
Li hu magħruf hu li din
il-karozza sabet ruħha
f 'Għawdex fil-1907.
L-Għawdxin tant beżgħu
minnha li bdew isejħulha
"l-karozza tan-nar".
Eventwalment il-karozza
ma baqgħetx tinstaq u sabet
ruħha abbandunata ġewwa
mitħna għal madwar 60
sena sakemm instabet minn
David Arrigo u Brian Mizzi
fil-1968.
Din is-sejba kienet
meqjusa bħala waħda
formidabbli. Għalkemm
kienet fi stat ħażin ħafna, il-
vettura nstabet sħiħa u dan
għen fir-restawr tagħha. Il-
Ministru Refalo rringrazzja
lil David Arrigo li wara 110
sena l-Għawdxin ingħataw
l-opportunità li jaraw din
il-karozza fl-istat oriġinali
tagħha. Il-Ministru semma
kif il-karozza Siddeley 1904
għandu jkollha post speċjali
fil-qalb tal-Għawdxin
minħabba li Siddeley 1904
hija parti mill-istorja ta'
Għawdex.
Waqtiet miż-żjara tad-Duka