Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/384361
Il-Ħadd 21 ta' Settembru 2014 | illum 7 SEJĦA GĦALL- APPLIKAZZJONIJIET 'JOB COACHES' GĦALL-PROĠETT TAL-FSE 3.113, 'SUPPORTED & SHELTERED EMPLOYMENT TRAINING FOR DISADVANTAGED GROUPS, INCLUDING RDPs' GED GROUPS, UDING RDPs' MPO Reference No: MPO98/2005/09 ETC Permit No: 97/2014 Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tfittex persuni motivati u lesti biex jidħlu għal impenn ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. Il-persuni magħżula se jkunu impjegati bħala 'job coaches' biex jagħtu taħriġ, għajnuna u appoġġ Soċjali Ewropew 'Supported and sheltered employment training for disadvantaged groups including RDPs' sal-aħħar ta' Ġunju 2015. L-applikanti għandhom ikollhom minn tal-anqas tlett 'O' levels (minn gradi 1 sa 5 jew A sa C) u sena esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`, JEW l-'MCAST Foundation Certificate in Care' jew ekwivalenti f'termini ta' livell u kontenut tal-kors, JEW minn tal-anqas tlett snin esperjenza ta' xogħol ma' persuni b'diżabbilta`. L-applikanti L-esperjenza ta' xogħol trid tkun verifikata b'ittra ta' referenza jew b'kopja tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg tal-ETC. L-ismijiet ta' żewġ persuni li jistgħu jitkellmu għall-applikanti għandhom ikunu sottomessi mal-ittra t'applikazzjoni. Persuni interessati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljata u kopja tal-kwalifiki tagħhom, bil-posta reġistrata jew bl-idejn lil: L-Aġent Kap tad-Dipartiment People Management & Corporate Services Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ Ħal Far BBG 3000 L-applikanti għandhom jikkwotaw il-kodiċi HR/07/14 fl-ittra t'applikazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 30 ta' Settembru 2014. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu rikonoxxuti u se jkunu trattati bl-akbar kunfidenzjalita`. Is-CVs tal-applikanti se jinżammu mill-ETC għal referenza futura. Dawk l-individwi li ma jixtiequx li s-CV tagħhom tinżamm mill-ETC għandhom jibagħtu ittra fuq l-indirizz t'hawn fuq u jirċievu lura s-CV tagħhom wara l-proċess ta' reklutaġġ. ħ Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Fond Soċjali Ewropew (FSE) Ninvestu fil-futur tieg ek Raġel jitlef ħajtu fiż-Żejtun CHARLES Fenech ta' 48 sena residenti ż-Żejtun tilef ħajtu kmieni lbieraħ filgħodu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f 'razzett fi Triq Ħal Tarxien, iż-Żejtun. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li għall-ħabta tad-9.30am, waqt li Fenech kien fl-imsemmi post jagħmel xi xogħol ta' kostruzzjoni ma' ħamest irġiel oħra, allegatament ċeda ħajt jew xi planki u safa mirdum. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Sfortunatament, kawża tal-ġrieħi li ġarrab Fenech tilef ħajtu u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Wieħed mill-irġiel kien ħuh, Raymond Fenech li għandu 41 sena u residenti ż-Żejtun. Dan ittieħed l-Isptar sabiex jingħata kura għal ġrieħi li ġarrab. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li appuntat. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet. Ritratti: Chris Mangion tad-Duka ta' Cambridge f 'pajjiżna